

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Il-proċedura nazzjonali għall-ordni ta’ ħlas tapplika għall-pretensjonijiet li ġejjin:
Skont il-proċedura għall-ordni ta’ ħlas prevista mil-liġi nazzjonali, fil-każijiet imsemmija hawn fuq u meta l-pretensjoni ma tkunx ikkontestata, il-kreditur jista’ jikseb titolu eżekuttiv (título executivo) mingħajr ma jkollu jagħmel azzjoni dikjaratorja.
Il-proċedura għall-ordni ta’ ħlas hija stabbilita bid-Digriet Amministrattiv 269/98 u hija rregolata mill-Kapitolu II tal-anness ta’ dik il-liġi. L-Artikolu 10 jirreferi għall-mudell ta’ rikors għall-ordni ta’ ħlas approvat mill-Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali Nru 21 tat-28 ta’ Jannar 2020.
Għall-pretensjonijiet li jirriżultaw minn kuntratti, l-ammont massimu huwa ta’ EUR 15 000.
Għall-pretensjonijiet li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet kummerċjali, ma hemm l-ebda limitu massimu.
L-użu tal-proċedura huwa fakultattiv.
Ir-regoli legali dwar il-proċedura għall-ordni ta’ ħlas ma jeskludux kawżi fejn id-debitur ikun jgħix barra l-Portugall.
Fil-Portugall, il-korp kompetenti huwa l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Ordnijiet ta’ Ħlas (Balcão Nacional de Injunções), reġistru uniku li jinsab f’Porto. Id-dettalji ta’ kuntatt jinsabu hawnhekk.
Il-kreditur jista’ jagħżel li jippreżenta r-rikors għall-ordni ta’ ħlas lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Ordnijiet tal-Ħlas, lir-reġistru tal-qorti tal-post tat-twettiq tal-obbligu, jew lir-reġistru tal-qorti tad-domiċilju tad-debitur, li sussegwentement jibagħtuh lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Ordnijiet tal-Ħlas (l-Artikolu 8(1) tal-anness tad-Digriet Amministrattiv 269/98).
L-utenti jistgħu jikkonsultaw il-proċedura għall-ordni ta’ ħlas u jaċċessaw it-titolu eżekuttiv b’mod elettroniku fuq il-Portal Citius.
Skont l-Artikolu 10 tal-Anness tad-Digriet Amministrattiv Nru 269/98, għall-finijiet tal-proċedura għall-ordni ta’ ħlas ir-rikorrent irid:
Ir-regoli rigward il-preżentazzjoni u l-konsenja tar-rikors għall-ordni huma stabbiliti fl-Artikolu 5 tal-Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali (Portaria) Nru 220-A/2008 flimkien mal-Artikolu 8 tal-Anness tad-Digriet Amministrattiv 269/98. Dan ta’ hawn fuq jipprevedi li:
Il-formola obbligatorja għal rikors għall-ordni ta’ ħlas kif prevista mill-Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali Nru 21 tat-18 ta’ Jannar 2020 tista’ titniżżel hawnhekk.
Ir-reġistri tal-qorti kompetenti biex jirċievu r-rikors għall-ordni ta’ ħlas fuq karta jistgħu jagħmlu l-formola standard disponibbli għaċ-ċittadini meta jitolbuhielhom.
L-avukati u s-solicitors jistgħu jiksbu l-formola elettronika permezz tal-indirizz tal-posta elettronika tal-Portal Citius.
Mhuwiex meħtieġ li tkun irrappreżentat minn avukat f’din il-proċedura, iżda r-rikorrenti jistgħu jqabbdu rappreżentant legali jekk jixtiequ (l-Artikolu 10(5) tal-anness tad-Digriet Amministrattiv 269/98).
L-Artikolu 10(2)(d) tad-Digriet Amministrattiv 269/98 jeżiġi li r-rikorrenti jistabbilixxu fil-qosor il-fatti li wasslu għall-pretensjoni tagħhom.
Le.
L-evidenza għandha tiġi ppreżentata biss meta titressaq oġġezzjoni, f’liema każ l-ordni ta’ ħlas tiġi ttrattata bħala azzjoni dikjaratorja speċjali jew ordinarja f’konformità mal-każijiet previsti fl-Artikolu 3 tad-Digriet Amministrattiv 269/98 u l-Artikolu 10(2) sa (4) tad-Digriet Amministrattiv 62/2013 rispettivament.
Ir-rikors għall-ordni ta’ ħlas jista’ jiġi miċħud għar-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 11 tad-Digriet Amministrattiv 269/98, jekk:
Jista’ jitressaq appell kontra deċiżjoni li tiċħad rikors mal-imħallef jew, meta l-qorti jkollha iktar minn imħallef wieħed, mal-imħallef tal-għassa (l-Artikolu 11(2) tal-anness tad-Digriet Amministrattiv Nru 269/98).
Il-limitu ta’ żmien biex topponi l-ordni ta’ ħlas huwa ta’ 15-il jum (l-Artikolu 12(1) tal-anness tad-Digriet Amministrattiv 269/98).
Jekk l-intimat jikkontesta l-ordni, ma tingħatax titolu eżekuttiv.
Il-każ, imbagħad, jiġi rinvijat għall-mezzi ordinarji, bil-forma ta’ azzjoni dikjaratorja speċjali jew ordinarja f’konformità mal-każijiet previsti fl-Artikolu 3 tal-anness tad‑Digriet Amministrattiv Nru 269/98 u l-Artikolu 10(2) sa (4) tad-Digriet Amministrattiv Nru 62/2013 rispettivament.
Jekk wara li jkun debitament innotifikat f’konformità mal-Artikoli 12 u 13 tal-anness tad-Digriet Amministrattiv 269/98, l-intimat ma jressaqx nota tal-eċċezzjonijiet, ir-reġistratur iżid il-kliem li ġej fuq ir-rikors għall-ordni ta’ ħlas: “Dan id-dokument għandu titolu eżekuttiv” (Este documento tem força executiva) (l-Artikolu 14(1) tal-anness tad-Digriet Amministrattiv Nru 269/98).
L-ordni mbagħad tikkostitwixxi titolu eżekuttiv.
Ladarba tiżdied il-klawżola ta’ eżekuzzjoni, ir-reġistratur jagħti aċċess lir-rikorrent għall-ordni, preferibbilment b’mezzi elettroniċi (l-Artikolu 14(5) tal-anness tad-Digriet Amministrattiv 269/98).
Tista’ titressaq kontestazzjoni quddiem il-qorti kontra ċaħda ta’ eżegwibilità. L-inklużjoni tal-klawżola ta’ eżekuzzjoni tista’ tiġi miċħuda jekk ir-rikors ma jkunx jaqbel mal-ammont jew il-fini tal-proċedura (l-Artikolu 14(3) u (4) tal-anness tad-Digriet Amministrattiv 269/98).
Links Relatati:
Id-Digriet Amministrattiv 269/98
L-Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali 220-A/2008
L-Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali 21/2020
Avviż:
Il-Punt ta’ Kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali, il-qrati jew entitajiet u awtoritajiet oħrajn mhumiex marbutin bl-informazzjoni li tinsab f’din l-iskeda informattiva, li tista’ tkun soġġetta għal bidliet fl-interpretazzjoni mill-ġurisprudenza. Għalkemm l-iskedi informattivi jiġu aġġornati fuq bażi regolari, xorta hemm bżonn li tinqara l-leġiżlazzjoni fis-seħħ.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.