

Sib informazzjoni għal kull reġjun
It-talbiet kollha jgħaddu minn proċess fejn tkun disponibbli l-opportunità biex tiddefendi l-kawża jew tirrispondi għaliha. Jekk it-talbiet jibqgħu mingħajr difiża jew ma jiġux ikkontestati, dawn m’għandhomx għalfejn jittellgħu l-qorti u jistgħu jiġu ttrattati in absentia - effettivament proċedura ssimplifikata għal talbiet mhux ikkontestati.
Din il-proċedura hija disponibbli fil-Qorti tax-Xeriff (Sheriff Court) fi proċedura sempliċi (simple procedure), f'kawża sommarja (summary cause) u fi proċedura ordinarja (ordinary procedure), kif ukoll fil-Qorti Suprema Ċivili (Court of Session) permezz ta’ proċedura ordinarja ta’ taħrika (ordinary summons procedure).
Proċedura Sempliċi (Simple Procedure) tittratta talbiet monetarji sa £5 000.
Kawża Sommarja (Summary Cause) tittratta ċerti tipi ta’ talbiet monetarji sa £5 000 jiġifieri Offiża fuq il-Persuna. Il-Proċedura Sempliċi (Simple Procedure) issostitwiet il-Proċedura tal-Kawża Sommarja (Summary Cause Procedure), iżda biss fejn għandha x’taqsam ma’ azzjonijiet għall-ħlas, il-konsenja jew l-irkupru tal-pussess ta’ proprjetà mobbli, jew azzjonijiet li jordnaw lil xi ħadd biex jagħmel xi ħaġa speċifika.
Il-Kawża Ordinarja (Ordinary Cause) tittratta talbiet li jaqbżu l-£5 000.
Il-Qorti Suprema Ċivili (Court of Session) tittratta talbiet li jaqbżu l-£100 000.
Proċedura Sempliċi (Simple Procedure) - limitu ta’ £5 000.
Kawża Sommarja (Summary Cause) - limitu ta’ £5 000.
Kawża Ordinarja (Ordinary Cause) fil-Qorti tax-Xeriff (Sheriff Court) u fil-Qorti Suprema Ċivili (Court of Session) - l-ebda limitu.
Il-proċedura sempliċi (simple procedure), il-kawża sommarja (summary cause) u l-kawża ordinarja (ordinary cause) fil-Qorti tax-Xeriff (Sheriff Court) għandhom proċeduri separati u huwa obbligatorju li dawn jiġu segwiti. Barra minn hekk, il-Qorti Suprema Ċivili (Court of Session) għandha proċedura separata għal taħrika ordinarja (ordinary summons) u dawk it-talbiet b’valur ta’ aktar minn £100 000 biss jistgħu jitressqu f’dik il-qorti.
Iva.
Proċedura Sempliċi (Simple Procedure) - jekk il-konvenut ikun domiċiljat fi Stat Kontraenti ieħor, ix-Xeriff ma għandux jieħu deċiżjoni qabel ma jintwera li l-konvenut seta' jirċievi l-formola tat-talba fi żmien suffiċjenti biex jrrispondi jew li ttieħdu l-passi kollha meħtieġa għal dak il-għan.
Kawża Sommarja (Summary Cause) - jekk il-konvenut ikun domiċiljat fi Stat Kontraenti ieħor, ix-Xeriff ma għandux jagħti digriet sakemm ma jintweriex li l-konvenut seta’ jirċievi t-taħrika fi żmien biżżejjed biex iħejji r-risposta tiegħu jew li ttieħdu l-passi kollha meħtieġa għal dak il-għan.
Kawża Ordinarja (Ordinary Cause) - ir-Regolament Brussell I jipprovdi regoli ġurisdizzjonali li jridu jiġu segwiti mill-qrati tar-Renju Unit fi proċedimenti kull meta l-konvenut ikun domiċiljat fi Stat ieħor tal-Unjoni Ewropea.
Ir-rikorsi għal kawża sommarja (summary cause) u għal proċedura sempliċi (simple procedure) għandhom isiru lill-Qorti tax-Xeriff (Sheriff Court). Sakemm ma jkunux jistgħu jiġu stabbiliti raġunijiet oħra ta’ ġurisdizzjoni, ir-rikorsi għandhom isiru lill-qorti fiż-żona fejn jgħix il-konvenut.
Normalment l-azzjonijiet ordinarji jistgħu jitressqu quddiem il-Qorti tax-Xeriff (Sheriff Court) jew il-Court of Session. Il-Court of Session għandha ġurisdizzjoni fl-Iskozja kollha. Għal darb’oħra, f’dak li jirrigwarda l-Qorti tax-Xeriff (Sheriff Court), sakemm ma jkunux jistgħu jiġu stabbiliti raġunijiet oħra ta’ ġurisdizzjoni, ir-rikorsi għandhom isiru lill-Qorti fiż-żona fejn jgħix il-konvenut.
Il-proċeduri huma kollha rregolati minn regoli separati tal-qorti, li huma disponibbli fuq is-sit web tas-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi (Scottish Courts and Tribunals Service).
Proċedura Sempliċi (Simple Procedure) - għandha tinbeda permezz tal-formola tat-talba (il-Formola 3A) b’dikjarazzjoni biex il-konvenut jingħata avviż ġust tat-talba, dettalji tal-bażi tat-talba u dettalji tal-oġġetti eċċ. jekk it-talba tkun irriżultat mill-provvista ta’ oġġetti.
Kawża Sommarja (Summary Cause) - għandha tinbeda permezz ta’ taħrika (il-Formola 1) b’dikjarazzjoni li tagħti lill-konvenut avviż ġust tat-talba, dettalji tal-bażi tat-talba u dettalji tal-oġġetti eċċ. jekk it-talba tkun irriżultat mill-provvista ta’ oġġetti.
Il-Kawża Ordinarja (Ordinary Cause) fil-Qorti tax-Xeriff (Sheriff Court) - għandha tinbeda permezz tat-taħrika inizjali fil-Formola G1. Dikjarazzjoni tal-fatti (article of condescendence) għandha tkun inkluża fit-taħrika inizjali li tkopri -
a. il-kriterju tal-ġurisdizzjoni: u
b. il-fatti li fuqhom huwa bbażat il-kriterju tal-ġurisdizzjoni.
Kawża Ordinarja (Ordinary Cause) fil-Qorti Suprema Ċivili (Court of Session) - permezz ta’ ċitazzjoni, li d-deskrizzjoni u l-formola tagħha huma stabbiliti fir-regoli tal-Qorti Suprema Ċivili (Court of Session).
Iva, fi proċedura sempliċi (simple procedure), trid timtela l-Formola 3A u f’kawża sommarja (summary cause) trid timtela l-Formola 1. F’kawża ordinarja (ordinary cause), ir-rikors għandu jinbeda permezz ta’ taħrika inizjali fil-Qorti tax-Xeriff (Sheriff Court) u ċitazzjoni fil-Qorti Suprema Ċivili (Court of Session). Dawn huma disponibbli fuq is-sit web tas-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi (Scottish Courts and Tribunals Service) skont ir-regoli għall-forom ta’ proċedura rispettivi.
Le, tista’ tippreżenta rikors f’ismek iżda għal kawża ordinarja (ordinary cause) huwa rrakkomandat li jkollok avukat, minħabba li l-proċedura hija relattivament ikkumplikata.
Parti fil-kawża (persuna mhux irrappreżentata minn avukat) tista’ titlob permess lill-qorti sabiex xi ħadd jgħinha fil-proċedimenti tal-qorti ċivili - din il-persuna hija msejħa Rappreżentant Mhux Espert (Lay Representative). Aktar informazzjoni dwar Rappreżentanti Mhux Esperti hija disponibbli fuq is-sit web tas-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi (Scottish Courts and Tribunals Service).
Il-proċedimenti għandhom jinkludu dettalji tat-talba inklużi dati rilevanti. Aktar ma tkun kbira u kumplessa t-talba, iktar ikun hemm bżonn ta’ deskrizzjoni.
Le.
Il-qorti tistabbilixxi mill-kontenut tar-rikors li d-dejn huwa dovut. L-ordni tista’ tiġi rrifjutata jekk il-formoli ma jkunux kompluti, jekk ix-Xeriff ma jkunx sodisfatt li jeżisti kriterju ta’ ġurisdizzjoni jew jekk l-azzjoni tkun tressqet fil-qorti żbaljata.
Ir-rikorrent jista’ jappella kontra r-rifjut ta’ digriet in absentia? Iva.
Kawża ordinarja (Ordinary Cause) - jista’ jsir appell quddiem il-Qorti Suprema Ċivili (Court of Session) jew il-Qorti tal-Appell tax-Xeriff (Sheriff Appeal Court).
Kawża Sommarja (Summary Cause) - appell quddiem il-Qorti tal-Appell tax-Xeriff (Sheriff Appeal Court).
Proċedura Sempliċi (Simple Procedure) - appell quddiem il-Qorti tal-Appell tax-Xeriff (Sheriff Appeal Court).
Fil-Qorti Suprema Ċivili (Court of Session) il-proċedura ta’ appell tissejjaħ “talba mill-ġdid”.
Kawża sommarja (Summary Cause) - il-konvenut jingħata 21 jum biex jimla formola ta’ risposta li tinkludi dikjarazzjoni li tagħti notifika ġusta lir-rikorrent.
Proċedura Sempliċi (Simple Procedure) - il-konvenut irid jibgħat Formola ta’ Risposta 4A mimlija lill-qorti sal-aħħar data għal risposta, li tindika li huwa jikkontesta t-talba jew parti mit-talba (bħall-ammont li l-konvenut għandu jħallas lir-rikorrent). Huwa jrid jippreżenta kwalunkwe risposta lill-qorti sad-data tar-risposta speċifikata fl-iskeda nnotifikata flimkien mal-formola tat-talbiet.
Il-Kawża Ordinarja (Ordinary Cause) fil-Qorti tax-Xeriff (Sheriff Court) - il-konvenut jingħata 21 jum sa meta għandu jimla avviż ta’ intenzjoni ta' risposta fil-Formola 07 u jibgħat kopja lir-rikorrent. L-aħħar data li fiha l-avviż ta’ intenzjoni ta' risposta għandu jintbagħat lill-Qorti tax-Xeriff (Sheriff Court) hija speċifikata fil-Formola 07.
Fil-Qorti Suprema Ċivili (Court of Session), jekk il-konvenut jixtieq jopponi r-rikors jeħtieġ li “jikkomparixxi” billi jimmarka nota f’dan is-sens fuq it-taħrika fi żmien tlett ijiem qabel ma l-kawża “tittella' l-qorti”. Din il-kawża ma tittellax il-qorti qabel ma jkun skada l-perjodu ta’ notifika. Il-perjodu normali ta’ notifika huwa 21 jum.
Proċedura Sempliċi (Simple Procedure) - ix-Xeriff joħroġ ordni bil-miktub fi żmien ġimagħtejn mir-risposta li tista' tagħmel waħda minn dawn li ġejjin:
(a) tirreferi lill-partijiet għal soluzzjoni alternattiva tat-tilwim
(b) torganizza diskussjoni dwar il-ġestjoni tal-kawżi
(c) torganizza seduta
(d) jekk ix-Xeriff jaħseb li deċiżjoni tista’ tittieħed mingħajr seduta, tindika li x-Xeriff qed jikkunsidra jagħmel dan
(e) tuża s-setgħat tax-Xeriff biex tirrifjuta talba jew tiddeċiedi kawża taħt ir-regola 1.8(11), (12) u (13).
Kawża Sommarja (Summary Cause) - il-partijiet jattendu l-ewwel seduta fejn ix-Xeriff jipprova jinnegozja ftehim.
Kawża Ordinarja (Ordinary Cause) kemm fil-Qorti tax-Xeriff (Sheriff Court) kif ukoll fil-Qorti Suprema Ċivili (Court of Session) - għandhom jitressqu risposti, u wara dan il-kawża ssegwi r-regoli għal kawżi difiżi, li sakemm ma jiġux riżolti qabel bejn il-partijiet, jikkulminaw fi prova tal-fatti tat-tilwima bejn il-partijiet.
Fil-Kawża Sommarja (Summary Cause) kif ukoll fil-Proċedura Ordinarja (Ordinary Procedure) kemm fil-Qorti tax-Xeriff (Sheriff Court) kif ukoll fil-Qorti Suprema Ċivili (Court of Session), ir-rikorrent jista’ jressaq minuta jew mozzjoni għal digriet.
Fi Proċedura Sempliċi (Simple Procedure), ir-rikorrent jista’ jimla Rikors għal Deċiżjoni.
Ir-rikorrent għandu jippreżenta minuta jew mozzjoni għad-digriet (jew Rikors għal Deċiżjoni) u x-Xeriff jew l-Imħallef jista' jagħti digriet jew ordni kompetenti oħra f’termini ta' dik il-minuta (jew Rikors).
Għalkemm ix-Xeriff jew l-Imħallef jagħti digriet (jew jieħu deċiżjoni) il-konvenut huwa liberu li jressaq rikors quddiem il-qorti għall-annullament ta’ dak id-digriet (jew dik id-deċiżjoni).
Is-sit web tas-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi (Scottish Courts and Tribunals Service) jinkludi r-regoli ta’ Proċedura Ordinarja (Ordinary Procedure), Sommarja (Summary Cause) u Sempliċi (Simple Procedure).
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.