

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Iva, fl-Iżvezja tista’ titlob ordni għal ħlas (betalningsföreläggande) lill-Awtorità ta’ Eżekuzzjoni (Kronofogdemyndigheten). Ir-rikors tiegħek trid tibgħatu lil
Kronofogdens inläsningscentral [Ċentru ta’ Entrati tal-Awtorità ta’ Eżekuzzjoni], Supro, Luleå, FE 7502, 105 81 Stockholm.
Tista’ ssib aktar informazzjoni fuq Is-sit elettroniku tal-Awtorità ta’ Eżekuzzjoni, bl-Isvediż, bl-Ingliż, bil-Finlandiż, bin-North Sami, bil-Pollakk, bl-Għarbi u bil-Farsi.
Rikors għal ordni għal ħlas irid ikun marbut mal-obbligu tal-konvenut li jħallas dejn finanzjarju. Id-dejn irid ikun dovut u l-medjazzjoni trid tkun permessa fil-każ.
Le, it-talbiet jistgħu jinstemgħu irrispettivament mill-ammont involut.
Le, rikors għal ordni għal ħlas mhux obbligatorju. Minflok tista’ tintalab ċitazzjoni quddiem il-qorti distrettwali (tingsrätt).
L-għażla tal-proċedura għal ordni għal ħlas tassumi li l-konvenut ikun residenti l-Isvezja, iżda jista' jsir ukoll rikors għal ordni għal ħlas kontra konvenut li huwa residenti barra l-Isvezja. Deċiżjoni dwar rikors għal ordni ta’ ħlas tista’ tiġi eżegwita fi Stati Membri oħra tal-UE skont ir- Ir-Regolament Brussell I (Regolament tal-Kunsill (KE) No 44/2001 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali).
Ir-rikorsi jridu jiġu ppreżentati lill-Awtorità ta' Eżekuzzjoni.
Rikors għal ordni għal ħlas irid isir bil-miktub u jkun iffirmat. Fir-rikors, il-konvenut irid jindika t-talba tiegħu u r-raġunijiet għaliha. Iridu jiġu ddikjarati wkoll l-ammont tat-talba, id-data ta' skadenza u l-interessi mitluba, kif ukoll l-ispejjeż li għalihom qed jintalba kumpens. Ir-rikors irid jispeċifika wkoll min huma l-partijiet.
Le. Iżda għal kull min jixtieq, hemm formola tar-rikors disponibbli bl-Iżvediż and bl-Ingliż, flimkien ma struzzjonijiet kif timliha, fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità ta’ Eżekuzzjoni (http://www.kronofogden.se/).
Le, mhemmx għalfejn tiġi rappreżentat minn avukat meta tippreżenta r-rikors għal ordni għal ħlas. Għandek dritt tidher u tmexxi l-kawża għalik innifsek, mingħajr avukat jew rappreżentant.
Ir-raġunijiet iridu jkun dettaljati biżżejjed sabiex il-konvenut ikun jaf dwar xiex inhi t-talba u biex jiddeċiedi jikkontestahiex jew le. Irid ikun ċar ħafna x’inhu l-għan tat-talba, sabiex kif id-deċiżjoni ssir eżegwibbli wieħed ikun jaf eżattament xi tkopri.
M’hemmx rekwiżiti li jridu jingħataw provi bil-miktub.
Ir-regola ġenerali hija li l-korrettezza tat-talba ma tiġix eżaminata sakemm ma jinħariġx ordni. Jekk, madankollu, jista' jiġi preżunt li t-talba tar-rikorrent mhix fondata jew mhux ġustifikata, ir-rikors irid jiġi trattat daqslikieku l-konvenut ikkontestah..
Rikors jista' jiġi riġettat jekk ikun difettuż.
Is-sistema Żvediża hija bbażata fuq il-prinċipju li l-każ m’hemmx għalfejn jiġi eżaminat. Jekk it-talba tiġi kontestata, ir-rikors ma jiġix riġettat, iżda jiġi sottomess lil qorti għal aktar kunsiderazzjoni. Ara l-mistoqsija nru 1.6 hawn taħt. Għalhekk m’hemmx deċiżjoni ta' ċaħda li jista' jkun hemm bżonn ta' appell kontriha.
Meta r-rikors jiġi riġettat kif deskritt fit-taqsima 1.4, dik id-deċiżjoni hija miftuħa għal appell.
Il-preskrizzjoni għal appell minn ordni huwa indikat fl-ordni. Normalment iż-żmien huwa ta' għaxart ijiem mid-data li fiha nħarġet l-ordni. Kwalunkwe dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet trid issir bil-miktub.
Jekk il-konvenut jikkontesta r-rikors, ir-rikorrent jiġi infurmat dwar dan minnufih. Jekk ir-rikorrent jixtieq ikompli bit-talba tiegħu, jista' jitlob li l-każ tiegħu jitressaq quddiem il-qorti distrettwali (tingsrätt).
Jekk il-konvenut ma jikkontestax ir-rikors fiż-żmien mogħti għal dan il-għan, l-Awtorità għall-Eżekuzzjoni tagħti deċiżjoni dwar ir-rikors mill-aktar fis possibbli.
Deċiżjoni mill-Awtorità ta’ Eżekuzzjoni hija eżegwibbli, u hekk kif tinħareġ tiġi eżegwita fl-Iżvezja mill-Awtorità ta’ Eżekuzzjoni ex officio, sakemm ir-rikorrent meta jippreżenta rikors għal ordni għal ħlas ma jitlobx li d-deċiżjoni ma tiġix eżegwita.
Il-konvenut jista' japplika biex jerġa' jinfetaħ il-każ fi żmien xahar mid-data tad-deċiżjoni. F'dan il-każ, il-każ jiġi trasferit lil qorti distrettwali għal aktar kunsiderazzjoni.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.