Sib informazzjoni għal kull reġjun
Ġew stabbiliti formularji standard għall-Ordni ta’ Ħlas Ewropea u dawn huma disponibbli hawnhekk fil-lingwi kollha. Din il-ħolqa se tipprovdi wkoll aktar informazzjoni dwar liema qorti tista’ toħroġ Ordni ta’ Ħlas Ewropea u dwar fejn għandhom jintbagħtu l-formularji ta’ applikazzjoni.
Biex tinbeda l-proċedura, għandu jimtela l-Formularju A, fejn jingħataw id-dettalji kollha tal-partijiet u n-natura u l-ammont tat-talba. Il-qorti teżamina l-applikazzjoni, u jekk il-formularju jimtela’ tajjeb, il-qorti għandha toħroġ l-Ordni ta’ Ħlas Ewropea fi żmien 30 jum.
L-Ordni ta' Ħlas Ewropea mbagħad trid tiġi nnotifikata lill-konvenut mill-qorti. Huwa/hija jew i/tħallas l-ammont tal-pretensjoni, jew inkella j/tikkontestah. Għandu/għandha 30 jum biex i/tressaq kwalunkwe dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni fil-konfront tal-Ordni ta' Ħlas Ewropea. Jekk dan isir, bla ħsara għalall-għażla tal-pretendent, il-każ jista’ jew jiġi ttrasferit quddiem il-qrati normali tal-liġi ċivili sabiex jiġi rregolat skont il-liġi nazzjonali; jew jiġi rregolat f’konformità ma’ Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, jew ma jitkomplix.
Jekk ma ssir l-ebda stqarrija ta’ oppożizzjoni mill-konvenut, l-Ordni ta' Ħlas Ewropea issir eżegwibbli awtomatikament. Kopja tal-Ordni ta’ Ħlas Ewropea, u jekk neċessarju traduzzjoni tagħha, għandha tintbagħat lill-awtoritajiet eżekutorji tal-Istat Membru fejn jeħtieġ li tiġi eżegwita. L-infurzar iseħħ f’konformità mar-regoli u l-proċeduri nazzjonali tal-Istat Membru fejn l-Ordni ta’ Ħlas Ewropea qed tiġi eżegwita. Għal dettalji dwar l-eżegwibbiltà, jekk jogħġbok ikkonsulta t-taqsima rilevanti.
Innota li l-gwida ma tirriflettix iż-żewġ emendi li daħlu fis-seħħ fl-14 ta’ Lulju 2017. L-ewwel emenda żżid l-għażla ta’ kontinwazzjoni tal-proċedimenti f’każ ta’ preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mar-regoli tar-Regolament (KE) 861/2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. It-tieni emenda testendi l-applikazzjoni tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar għal talbiet b’valur sa 5000 euro.
Għal aktar informazzjoni f’dan ir-rigward, ikkonsulta t-test il-ġdid tal-Artikolu 17 tar-Regolament kif ukoll l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) 861/2007, kif emendat bir-Regolament (UE) 2015/2421.
Ħolqa relatata
Gwida ta' Prattika għall-app likazzjoni tar-Regolament dwar l-Ordni ta’ Ħlas Ewropea (5806 Kb)
Jekk jogħġbok innota li hemm ukoll ordni nazzjonali għall-proċeduri tal-ħlas. Tista’ tikseb informazzjoni dwar proċeduri nazzjonali bħal dawn billi tagħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti.
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.