Talbiet żgħar

Iċ-Ċekja
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Ir-Repubblika Ċeka ma għandix proċedura speċifika għal talbiet żgħar. Il-kategorija ta’ talbiet żgħar (jiġifieri l-kunsiderazzjoni tal-ammont ta’ kumpens finanzjarju) tiġi trattata biss fil-proċedimenti ta’ appell.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

L-Artikolu 202(2) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili jipprovdi illi ma jistgħux isiru appelli minn sentenzi dwar kumpens finanzjarju li ma jaqbiżx CZK 10 000, minbarra l-imgħax u l-imposti marbuta mat-talba; dan ma japplikax għal sentenzi mogħtija b’kontumaċja.

L-appelli għalhekk jistgħu jsiru kontra sentenzi mogħtija b’kontumaċja, anke jekk ikun jikkonċernaw ammonti inqas minn CZK 10 000.

L-Artikolu 238(1)(c) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili jipprovdi illi l-appelli fuq punt ta’ liġi mhux ammissibbli minn sentenzi u ordnijiet tal-qorti li fihom il-parti operattiva kkontestata fl-appell kienet iddeċidiet dwarkumpens finanzjarju li ma jaqbiżx CZK 50 000 (minbarra l-imgħax u l-imposti marbuta mat-talba), ħlief fejn jikkonċernaw relazzjonijiet kuntrattwali tal-konsumatur jew ta’ impjieg.

1.3 Formoli

Mhemmx formoli speċifiċi għal proċedura għal talbiet żgħar.

1.4 Assistenza

Skont il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, il-qrati għandhom jinfurmaw lill-partijiet bid-drittijiet u l-obbligi proċedurali tagħhom. F’dan ir-rigward, il-liġi tistabbilixxi liema pariri għandha tagħti l-qorti lill-partijiet f’dik is-sitwazzjoni proċedurali partikolari.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

L-istess regoli jirregolaw is-sottomissjoni, l-evalwazzjoni u l-ġbir tal-provi fil-litigazzjoni skont il-proċedura ċivili, irrispettivament mill-ammonti involuti.

1.6 Proċedura bil-miktub

Il-liġi dwar il-proċedura għal talbiet żgħar ma għandhiex xi eċċezzjonijiet għal mod li bihom jitmexxew il-proċedimenti.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Sentenza dwar talbiet żgħar ma fihiex kontenut differenti minn oħrajn.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Ir-rimborż tal-ispejjeż huwa regolat mir-regoli ġenerali dwar il-proċedura ċivili.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Kif imsemmi aktar il-fuq, ma jistgħux isiru appelli minn sentenzi dwar kumpens finanzjarju li ma jaqbiżx CZK 10 000, minbarra l-imgħax u l-imposti marbuta mat-talba; dan ma japplikax għal sentenzi mogħtija b’kontumaċja.

L-aħħar aġġornament: 31/03/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.