

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Il-proċedura għal talbiet żgħar hija l-proċedura permezz ta’ ċitazzjoni fis-sezzjoni sub distrettwali tal-qorti (sector kanton van de rechtbank). Din hija l-proċedura ordinarja permezz ta’ ċitazzjoni, b’simplifikazzjoni tal-proċedura. Jekk il-każ jinstema fis-sezzjoni sub-distrettwali tal-qorti mhemmx għalfejn tqabbad avukat għaliex tista’ tirrapreżenta lilek innifsek.
Il-proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar tista’ tintuża wkoll f'każijiet transfruntiera fl-UE. Tista’ tuża l-proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar jekk għandek tirċievi flus mingħand:
Fil-liġi tan-Netherlands, hemm Att li jimplimenta r-Regolament tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (Att tad-29 ta’ Mejju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar).
Il-qorti sub distrettwali tisma’:
Barra minn hekk, l-imħallef tal-qorti sub distrettwali jiddeċiedi kawżi li jikkonċernaw il-liġi industrijali, kirjiet, kuntratti ta’ bejgħ lil konsumatur u kuntratti ta’ kreditu lill-konsumatur, appelli mill-multi tat-traffiku u reati minuri. Il-qorti tisma’ wkoll każijiet dwar l-amministrazzjoni, it-tutela, il-kurazija u r-rinunzja jew aċċettazzjoni ta’ wirt. Ikklikkja hawnhekk għal aktar informazzjoni dwar il-proċedura ta’ taħrik fil-‑qorti sub distrettwali.
Il-qorti sub distrettwali tisma wkoll il-kawżi dwar talbiet żgħar Ewropej. Il-valur massimu għall-proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar huwa stabbilit mir- Regolament (KE) Nru 861/2007 fis-somma ta’ EUR 5,000.
M'hemmx proċedura speċjali tal-qorti sub distrettwali. Fil-prinċipju, ir-regoli għall-proċedura biċ-ċitazzjoni japplikaw kemm għall-qorti distrettwali kif ukoll is-sezzjoni sub distrettwali tagħha. Differenza importanti hija li fil-kawżi quddiem il-qorti sub distrettwali, il-partijiet għandhom id-dritt jiddefendu l-kawża huma stess, filwaqt li għal kawżi oħra (quddiem il-qorti distrettwali), il-partijiet għandhom bżonn avukat. Ara l-punt 1.4 iktar l’isfel Barra minn hekk, fis-sezzjoni sub distrettwali l-kawżi jistemgħu minn imħallef‑uniku, jiġifieri minn imħallef presedenti wieħed.
Ir-regoli dwar il-proċedura b’ċitazzjoni japplikaw ukoll għat-talbiet żgħar Ewropej.
Il-proċedimenti quddiem il-qorti sub distrettwali normalment jibdew b’ċitazzjoni. L-aktar dikjarazzjonijiet importanti fiċ-ċitazzjoni huma l-pretensjoni (it-talba nnifisha) u r-raġunijiet warajha (il-fatti u l-liġi li fuqhom hija bbażata l-pretensjoni).
Xi ftit partikolaritajiet tal-proċedimenti tal-qorti sub distrettwali huma:
Talba skont il-proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar ssir bil- formola A. Ir-rikors irid isir lill-qorti li għandha ġuriżdizzjoni.
F’kawżi quddiem il-qorti sub distrettwali, l-partijiet jistgħu jiddefendu l-kawża huma stess. Dan ifisser illi m'hemmx l-obbligu ta’ rappreżentanza minn avukat. L-għajnuna mogħtija minn rappreżentant awtorizzat, li m'hemmx għalfejn ikun avukat, hija possibbli wkoll. Dwar ir-rimborż tal-ispejjeż għall-assistenza legali ta’ avukat, ara wkoll il-punt 1.8 hawn taħt.
Fil-proċedura Ewropea, bl-istess mod, il-partijiet ma għandhomx għalfejn jiġu rappreżentati minn avukat jew minn konsulent legali ieħor.
Japplikaw ir-regoli normali dwar il-provi. Skont il-liġi Netherlandiża dwar il-provi, l-imħallef huwa liberu li jevalwa l-provi edotti. L-Artikolu 9 tal-imsemmi Regolament (KE) Nru 861/2007 jirregola l-kumpilazzjoni tal-provi fil-proċedura Ewropea.
Hemmregoli nazzjonali ta’ proċedura għar-rwol fil-qasam ċivili tas-sezzjonijiet sub distrettwali (Landelijk Procesreglement voor rolzaken kanton). Id-dokumenti bil-miktub jistgħu jiġu ppreżentati fir-reġistru tal-qorti distrettwali qabel id-data tal-kawża, iżda wkoll fis-seduta ta' smigħ. Id-dikjarazzjonijiet u r-risposti jistgħu jiġu ppreżentati oralment fil-proċedimenti quddiem il-qorti sub distrettwali. Il-proċedura Ewropea hija proċedura bil-miktub, għalkemm tista’ ssir seduta ta’ smigħ jekk l-imħallef iqisha neċessarja jew jekk hekk parti titlob li ssir.
Is-sentenza għandu jkun fiha:
L-imħallef jiffirma s-sentenza.
Jekk il-kawża titressaq quddiem qorti sub distrettwali, din tista’ tinvolvi dawn l-ispejjeż: it-tariffa tal-qorti għall-preżentata, it-tqassim tal-ispejjeż ordnati mill-qorti u l-ispejjeż għall-assistenza legali.
It-tariffa tal-qorti għall-preżentata titħallas meta’ l-kawża titressaq quddiem il-qorti. L-ammont jiddependi min-natura tal-każ. Fil-prattika, l-avukat tiegħek iħallas dan l-ammont bil-quddiem u mbagħad iżommlok tagħha aktar tard. L-imħallef jista’ jordna lill-parti telliefa biex tħallas l-ispejjeż tal-parti l-oħra. Jekk ħadd mill-partijiet ma jirbaħ il-kawża għal kollox, kulħadd iħallas l-ispejjeż tiegħu. L-ispejjeż ordnati mill-qorti jistgħu jinkludu l-ispejjeż għall-assistenza legali, kif ukoll l-ispejjeż tax-xhieda, l-esperti, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza, l-ispejjeż tal-estratti u spejjeż l-oħra barra mill-qorti.
Skont il-leġiżlazzjoni Netherlandiża, dawk il-persuni b’inqas mezzi biex iħallsu ġieli jkollhom il-possibbiltà li jingħataw kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-assistenza legali. L-assistenza legali sussidjata mhix possibbli għall-kawżi kollha quddiem il-qrati sub distrettwali kollha. Jekk l-assistenza legali sussidjata mhix possibbli, il-partijiet fil-kawża jħallsu wkoll kontribuzzjoni propja għall-ispejjeż tal-assistenza legali, skont is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom. Rikors għal kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-assistenza legali jsir mill-avukat lill-Bord għall-Għajnuna Legali (Raad voor rechtsbijstand). Dan huwa regolat mill-Att dwar l-Għajnuna Legali (Wet op de Rechtsbijstand). Il-Kapitolu III A ta’ dan l-Att jistabbilixxi r-regoli dwar l-għoti ta’ għajnuna legali f’kawżi transfruntiera fl-UE.
Appell kontra s-sentenzi tas-sezzjoni sub distrettwali tal-qorti jista’ jiġi ppreżentat quddiem il-qorti tal-appell. L-appell huwa possibbli biss jekk it-talba taqbeż EUR 1 750. L-appell jrid isir fi żmien tliet xhur mid-data tal-għotja tas-sentenza. Jista’ jsir appell minn deċiżjoni tal-qorti sub distrettwali fil-proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.