Please note that the original language version of this page Croatian has been amended recently. The language version you are now viewing is currently being prepared by our translators.
Swipe to change

Dwar in-Networks

Croatia
Content provided by:
European Judicial Network
European Judicial Network (in civil and commercial matters)

Fir-Repubblika tal-Kroazja, żewġ punti ta’ kuntatt joperaw fil-qafas tan-Network Ġudizzjarju Ewropew f’Materji Ċivili u Kummerċjali.

Il-punti ta’ kuntatt huma impjegati fid-Direttorat għall-Affarijiet Ewropej, il-Kooperazzjoni Internazzjonali u Ġudizzjarja u fid-Dipartiment għall-Assistenza Legali Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja f’Materji Ċivili tal-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Kroazja.

Fid-Dipartiment imsemmi l-aħħar, il-punti ta’ kuntatt għandhom diversi uffiċjali li jassistuhom sabiex il-ħidma fil-qafas tan-Network Ġudizzjarju Ewropew f’materji Ċivili u Kummerċjali (NĠE) titwettaq effettivament bis-saħħa tal-ħidma f’tim tal-uffiċjali fid-Dipartiment għall-Assistenza Legali Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja f’Materji Ċivili, li dawn iwettqu flimkien ma’ ħidma oħra fl-ambitu tal-attivitajiet tad-Dipartiment.

Minkejja li ma hemm l-ebda network nazzjonali formali fir-Repubblika tal-Kroazja, il-punti ta’ kuntatt jikkooperaw mal-imħallfin u ma’ esperti oħra fil-qafas tal-Ministeru tal-Ġustizzja u ma’ awtoritajiet kompetenti oħra, professuri tal-liġi, nutara u esperti oħra u ġuristi f’oqsma ġuridiċi differenti. Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u ż-Żgħażagħ huwa involut ukoll fit-tħaddim tan-network u bħala awtorità ċentrali għal xi regolamenti, jipparteċipa b’mod attiv fil-laqgħat tan-network organizzati mill-Kummissjoni Ewropea. In-network huwa miftuħ għall-ġuristi kollha li jixtiequ u li jkunu interessati li jieħdu sehem fl-applikazzjoni tal-istrumenti ġuridiċi Ewropej fir-Repubblika tal-Kroazja.

Il-komunikazzjoni fir-Repubblika tal-Kroazja sseħħ permezz tal-posta elettronika u tat-telefown, u jsiru laqgħat skont il-bżonn.

Il-komunikazzjoni mal-punti ta’ kuntatt fi Stati Membri oħra sseħħ permezz tal-posta elettronika, u l-punti ta’ kuntatt u l-membri l-oħra tan-network jipparteċipaw regolarment fil-laqgħat tan-NĠE organizzati mill-Kummissjoni Ewropea.

Billi l-Ministeru tal-Ġustizzja huwa l-awtorità ċentrali għar-regolamenti individwali, il-punti ta’ kuntatt jaqdu l-funzjonijiet tal-awtorità ċentrali, jittrażmettu u jwieġbu d-domandi tal-punti ta’ kuntatt minn Stati Membri oħra (f’kooperazzjoni mal-imħallfin u ġuristi u esperti oħra, f’każ ta’ bżonn), jikkomunikaw id-data mitluba lill-Kummissjoni u jwettqu l-ħidma meħtieġa għall-pubblikazzjoni tal-informazzjoni fil-portals rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea. Il-punti ta’ kuntatt iqassmu l-pubblikazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea lill-qrati, liċ-ċittadini u lill-gruppi oħra fil-mira u jirsistu sabiex in-network jingħata viżibbiltà akbar.

Kuntatti: EJNcontact@pravosudje.hr

L-aħħar aġġornament: 24/03/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.