Dwar in-Networks

Ungerija
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

Id-Dipartiment tad-Dritt Internazzjonali Privat (Nemzetközi Magánjogi Főosztály) fil-Ministeru għall-Ġustizzja (Igazságügyi Minisztérium) jaġixxi bħala l-punt ta’ kuntatt nazzjonali fl-Ungerija. Il-kompiti relatati huma mqassmin fost diversi membri tal-persunal fi ħdan id-Dipartiment, minbarra l-attivitajiet l-oħra tagħhom.

Il-Ministeru għall-Ġustizzja (id-Dipartiment tad-Dritt Internazzjonali Privat) u l-Ministeru għall-Intern bħala awtoritajiet ċentrali huma membri tan-Network. L-Uffiċċju Nazzjonali għall-Ġudikatura (Országos Bírósági Hivatal), bħala awtorità ġudizzjarja oħra, il-Kamra Ungeriża tan-Nutara tad-Dritt Ċivili (Magyar Országos Közjegyzői Kamara), il-Kamra tal-Avukati Ungeriża (Magyar Ügyvédi Kamara) u l-Assoċjazzjoni Ungeriża tal-Uffiċjali Ġudizzjarji (Magyar Bírósági Végrehajtói Kar) bħala organizzazzjonijiet professjonali huma wkoll parti min-Network. Ir-rappreżentanti tal-membri jattendu regolarment il-laqgħat tan-Network, ovvjament skont xi tkun l-aġenda tal-laqgħat.

Il-membri Ungeriżi tan-Network m’għandhomx network intern uffiċjali fl-Ungerija. Il-kooperazzjoni bejn il-membri ssir fuq bażi ta’ każ b’każ kif meħtieġ.

Ikklikkja hawnhekk biex taċċessa d-dokumenti mħejjija mid-Dipartiment tad-Dritt Internazzjonali Privat fil-Ministeru għall-Ġustizzja, billi tippreżenta informazzjoni prattika dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili fl-UE u ma’ pajjiżi terzi.

L-aħħar aġġornament: 15/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.