Sib informazzjoni għal kull reġjun
In-netwerk ġudizzjarju Taljan huwa bbażat fil-Ministeru tal-Ġustizzja Taljan, fl-Uffiċċju għall-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali fid-Dipartiment tal-Affarijiet Ġudizzjarji tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja.
Bħalissa hemm ħames punti ta’ kuntatt.
Il-punti ta’ kuntatt huma f’kuntatt kostanti ma’ membri oħra tan-Netwerk, li magħhom jikkollaboraw fl-ipproċessar ta’ talbiet għal kooperazzjoni jew fit-tħejjija ta’ skedi informattivi prattiċi biex jiġu ppubblikati fuq il-Portal tal-e-Ġustizzja.
Il-membri l-oħra tan-netwerk Taljan huma:
- id-Dipartiment tal-Ġustizzja għall-Minorenni u Komunitarja (Dipartimento per la giustizia minorile e di comunità),
- id-Direttorat Ġenerali għas-Sistemi ta’ Informazzjoni Awtomatizzati (Direzione generale per i sistemi informativi automatizzati, punt ta’ kuntatt għall-Portal tal-e-Ġustizzja),
- l-awtorità ċentrali għan-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji,
- il-Kamra Nazzjonali tal-Avukati (Consiglio Nationale Forense) u
- il-Kunsill tan-Nutara Taljan (Consiglio Italiano del Notariato).
Il-punti ta’ kuntatt għan-NĠE għandhom ukoll rabtiet ma’
- il-Kulleġġ Ġudizzjarju (Scuola Superiore della Magistratura),
- il-fergħa Taljana tan-Netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi (ECC Net),
- l-istruttura tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern fl-Italja u
- Pietro Franzina, professur tad-dritt internazzjonali privat fl-Università Kattolika ta’ Sacro Cuore, espert li jagħti pariri lill-punti ta’ kuntatt.
Bħala regola, il-membri Taljani tan-Netwerk jiltaqgħu darba fis-sena.
Il-punti ta’ kuntatt jipprovdu assistenza lill-qrati u lill-uffiċjali legali li jittrattaw kwistjonijiet transfruntiera.
Il-pubblikazzjonijiet kollha mibgħuta mill-Kummissjoni (fuljetti, sommarji ta’ informazzjoni, eċċ.) jitqassmu lill-qrati, lill-uffiċjali legali u lill-partijiet ikkonċernati.
Xi drabi, il-punti ta’ kuntatt jirċievu delegazzjonijiet minn Stati Membri oħra li jżuru l-Italja bħala parti mit-taħriġ ġudizzjarju tagħhom.
Qed issir referenza għan-Netwerk fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja.
Lista ta’ awtoritajiet li jittrattaw ir-regolamenti l-aktar rilevanti għall-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali:
- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta’ Mejju 2001;
Id-Direttiva 8/2003 dwar l-għajnuna legali.
Fiż-żewġ każijiet, l-awtorità ċentrali fl-Italja hija:
Il-Ministeru tal-Ġustizzja
Id-Dipartiment tal-Affarijiet Ġudizzjarji (Dipartimento Affari di Giustizia)
Id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja - Uffiċċju I Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali (Direzione Generale degli Affari internazionali e della Cooperazione Giudiziaria).
Via Arenula 70,
00186 RUMA
Telefon: +39 06 68852633, +39 06 68852180
Posta elettronika: cooperation.dginternazionale@giustizia.it
Ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar in-notifika ta’ dokumenti
L-awtorità ċentrali fl-Italja hija:
L-Uffiċċju tal-Bailiffs fil-Qorti tal-Appell ta’ Ruma (Ufficio Unico degli Ufficiali Giudiziari presso la Corte d’Appello di Roma)
Viale Giulio Cesare, 52
00192 RUMA
Telefon: +39 06 328361
Faks: +39 06 328367933
- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 (Brussell IIa)
- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 (obbligi ta’ manteniment);
L-awtorità ċentrali fl-Italja hija:
Il-Ministeru tal-Ġustizzja
id-Dipartiment tal-Ġustizzja għall-Minorenni u Komunitarja (Dipartimento per la giustizia minorile e di comunità),
Via Damiano Chiesa, 24
00136 RUMA
Telefon: +39 06 68188 535/331/326
Faks: +39 06 68808085
Posta elettronika: autoritacentrali.dgmc@giustizia.it
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.