Sib informazzjoni għal kull reġjun
Fil-Lussemburgu, il-punti ta’ kuntatt u l-membri tan-Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali (in-Network) huma kif ġej:
Punti ta’ Kuntatt
- Punt ta’ kuntatt maħtur fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku (Parquet Général) skont l-Artikolu 2(1)(a) iwettaq il-kompiti ta’ “kooperazzjoni ġudizzjarja” previsti fl-Artikolu 3(1)(a), l-Artikolu 5(2)(a) sa (c) u l-Artikolu 5(3) u (4) tad-Deċiżjoni 568/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE li tistabbilixxi Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali.
L-imħallef li jservi fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku jittratta t-talbiet għal informazzjoni u l-kooperazzjoni ġudizzjarja magħmula fi ħdan in-Network.
Il-punt ta’ kuntatt fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku jaġixxi wkoll bħala awtorità ċentrali, b’mod partikolari fil-kuntest tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 u l-Konvenzjoni tal-Aja tal-2007 dwar l-Irkupru Internazzjonali ta’ Manteniment għat-Tfal u Forom Oħrajn ta’ Manteniment tal-Familja.
- Punt ta’ kuntatt maħtur fil-Ministeru tal-Ġustizzja jwettaq il-kompiti amministrattivi previsti fl-Artikolu 3(1)(b), l-Artikolu 5(2)(d) sa (e), l-Artikolu 5(3) u (4) u l-Artikoli 14, 15 u 18 tad-Deċiżjoni 568/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE li tistabbilixxi Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali.
Il-punt ta’ kuntatt fil-Ministeru tal-Ġustizzja huwa responsabbli għas-segwitu amministrattiv, il-koordinazzjoni u l-komunikazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea, u b’mod aktar speċifiku mas-Segretarjat tan-Network, u mal-membri tan-Network fil-livell nazzjonali.
Membri tan-Network:
- L-esperti maħtura skont l-Artikolu 2(1)(d) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE li tistabbilixxi Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali.
- L-assoċazzjonijiet professjonali maħtura skont l-Artikoli 2 u 5a tad-Deċiżjoni 568/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE li tistabbilixxi Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali.
- Uffiċjali ġudizzjarji (huissiers de justice), irrappreżentati mill-Kamra tal-Uffiċjali Ġudizzjarji (Chambre des huissiers de justice) tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu.
- Avukati (avocats), irrappreżentati mill-Kamra tal-Avukati tal-Lussemburgu (Barreau de Luxembourg) u mill-Kamra tal-Avukati ta’ Diekirch (Barreau de Diekirch).
- Nutara (notaires), irrappreżentati mill-Kamra tan-Nutara (Chambre des notaires) tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu.
Interazzjoni bejn il-punti ta’ kuntatt u l-membri tan-Network:
Il-Lussemburgu ma għandux network formalizzat fil-livell nazzjonali.
Il-membri tan-Network huma mistiedna għal-laqgħat tan-Network abbażi tal-punti li għandhom jiġu diskussi.
L-iskambju ta’ informazzjoni u l-koordinazzjoni bejn il-membri tan-Network u l-punti ta’ kuntatt isiru permezz ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni jew bit-telefon.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.