In-Network tal-Korrispondenti Lokali għall-Assistenza Ġudizzjarja Internazzjonali (Rețeaua de corespondenți locali în domeniul asistenței judiciare internaționale) twaqqaf fl-2001 wara Ordni tal-Ministeru tal-Ġustizzja, abbażi tal-mudell tan-Network Ġudizzjarju Ewropew. F’Marzu 2004, wara żewġ Ordnijiet tal-Ministru tal-Ġustizzja, in-Network ġie organizzat mill-ġdid f’żewġ networks speċjalizzati: in-Network Ġudizzjarju Rumen f’Materji Kriminali (Rețeaua Judiciară Română în materie penală, li jikkorrispondi għan-Network Ġudizzjarju Ewropew) u n-Network Ġudizzjarju Rumen f’Materji Ċivili u Kummerċjali (Rețeaua Judiciară Română în materie civilă și comercială, li jikkorrispondi għan-Network Ġudizzjarju Ewropew f’Materji Ċivili u Kummerċjali). Iż-żewġ networks ġew organizzati mill-ġdid għadd ta’ drabi (fl-2005, fl-2007, fl-2010, fl-2014, fl-2016, fl-2019 u fl-2022), wara emendi għal-liġi tal-UE rilevanti u bidliet fil-persunal li jaħdem fis-sistema ġudizzjarja nazzjonali.
L-aħħar aġġornament sar bl-Ordni Nru 3501/C tal-Ministeru tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Lulju 2022 b’konformità mad-Deċiżjoni Nru 568/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE tat-28 ta’ Mejju 2001. L-Ordni tħejjiet b'konformità mal-Ordni tal-Gvern Nru 123/2007 dwar ċerti miżuri għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni ġudizzjarja mal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, approvata b'emendi skont il-Liġi Nru 85/2008.
In-Netwerk Ġudizzjarju Rumen fil-Materji Ċivili u Kummerċjali jikkorrispondi għan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali fil-livell nazzjonali.
Ir-Rumanija nnominat żewġ punti ta’ kuntatt għan-Network Ġudizzjarju Ewropew fil-Materji Ċivili u Kummerċjali. Il-punti ta’ kuntatt għan-Network Ġudizzjarju Ewropew fil-Materji Ċivili u Kummerċjali jinsabu fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja. Dan jiżgura li d-dmirijiet tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-Materji Ċivili u Kummerċjali jkunu ssodisfati.
F’konformità mal-Artikolu 6 [tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE], in-Network Ġudizzjarju Rumen fil-Materji Ċivili u Kummerċjali huwa magħmul minn imħallef wieħed mid-Diviżjoni Ċivili I u mħallef wieħed mid-Diviżjoni Ċivili II (li qabel kienet Materji Kummerċjali) mill-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja (Înalta Curte de Casație și Justiție); imħallef wieħed mid-Diviżjoni Ċivili I u ieħor mid-Diviżjoni Ċivili II (li qabel kienet Materji Kummerċjali) tal-qrati tal-appell; imħallef wieħed minn kull qorti/diviżjoni speċjalizzata fi kwistjonijiet tal-minuri u tal-familja li jispeċjalizza fi kwistjonijiet ċivili relatati mas-sekwestru internazzjonali ta’ minuri u l-għoti ta’ indennizzi għall-vittmi tal-kriminalità; uffiċjali mid-Direttorat għad-Dritt Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja li jaqdu wkoll id-dmirijiet tal-Ministeru tal-Ġustizzja bħala l-awtorità ċentrali fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali f’materji ċivili u kummerċjali; u rappreżentant maħtur minn kull waħda mill-assoċjazzjonijiet professjonali tan-nutara pubbliċi (notari publici), tal-uffiċjali ġudizzjarji tal-eżekuzzjoni (executori judecătoreşti) u tal-avukati (avocaţi) fir-Rumanija. Il-punti ta’ kuntatt nazzjonali għan-Network Ġudizzjarju Ewropew fil-Materji Ċivili u Kummerċjali huma membri sħaħ tan-Network Ġudizzjarju Rumen fil-Materji Ċivili u Kummerċjali.
L-imħallfin li huma membri tan-Netwerk Ġudizzjarju Rumen inħatru b'deċiżjoni tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura (Consiliul Superior al Magistraturii).
Il-membri tan-Network Ġudizzjarju Rumen fil-Materji Ċivili u Kummerċjali huma elenkati fl-Anness tal-Ordni Nru 3501/C tal-Ministru tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Lulju 2022. L-Anness huwa parti integrali tal-Ordni.
Il-membri tan-Network Ġudizzjarju Rumen f’Materji Ċivili u Kummerċjali - Imħallfin mill-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja, il-qrati tal-Appell, il-qrati/id-diviżjonijiet speċjalizzati għall-kwistjonijiet tal-minuri u tal-familja u t-Tribunal ta’ Bucharest (imħallfin ta’ kollegament fin-Network Internazzjonali ta’ The Hague għall-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta’ Minuri u mħallef maħtur mill-Kummissjoni għall-għoti ta’ indennizzi għall-vittmi tal-kriminalità):
Il-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja (Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie)
Denisa-Livia BĂLDEAN Imħallef, Diviżjoni Ċivili I
Adina-Georgeta PONEA Imħallef, Diviżjoni Ċivili I
Andreia-Liana CONSTANDA Imħallef, Diviżjoni Ċivili I
Roxana POPA Imħallef, Diviżjoni Ċivili II
Il-Qorti tal-Appell (Curtea de Apel) ta’ Alba Iulia
Cristina-Gheorghina NICOARĂ Imħallef, Diviżjoni Ċivili I
Adina-Camelia IFTIMUȘ Imħallef, Diviżjoni Ċivili II
Il-Qorti tal-Appell ta' Bacău
Sorina CIOBANU Imħallef, President, Diviżjoni Ċivili I
Loredana ALBESCU Imħallef, President, Qorti tal-Appell ta’ Bacău
Il-Qorti tal-Appell ta' Brașov
Elena-Clara CIAPĂ Imħallef, Diviżjoni Ċivili
Simona-Petrina GAVRILĂ Imħallef, Diviżjoni Ċivili
It-Tribunal tal-Kwistjonijiet tal-Minuri u tal-Familja ta’ Braşov (Tribunalul pentru Minori și Familie)
Andrei IACUBA Imħallef, Tribunal tal-Kwistjonijiet tal-Minuri u tal-Familja ta’ Braşov
Il-Qorti tal-Appell ta' Bucharest
Andreea-Florina MATEESCU Imħallef, Diviżjoni Ċivili III
Dorina ZECA Imħallef, Diviżjoni Ċivili IV
Maria-Cristina FINTOC Imħallef, Diviżjoni Ċivili IV
Ștefan-Ciprian CMECIU Imħallef, Diviżjoni Ċivili V
Felix-Lucian ȘALAR Imħallef, Diviżjoni Ċivili VI
Romeo GLODEANU Imħallef, Diviżjoni Ċivili V
Bogdan CRISTEA Imħallef, Diviżjoni VIII - Tilwim Amministrattiv u tat-Taxxa
It-Tribunal ta' Bucharest
Anca Magda VOICULESCU, Imħallef, Diviżjoni Ċivili IV (imħallef ta’ koordinament fin-Network Internazzjonali ta’ The Hague għall-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta’ Minuri)
Sorin-Vasile IVANCIUC, Imħallef, President tad-Diviżjoni Kriminali I, it-Tribunal ta’ Bucharest, il-Kummissjoni għall-Konċessjoni ta’ Kumpensi għall-Vittmi tal-Kriminalità
Il-Qorti tal-Appell ta' Cluj
Axente-Irinel ANDREI Imħallef, President tad-Diviżjoni Ċivili II
Il-Qorti tal-Appell ta' Constanța
Luminița-Marinela DAN Imħallef, Diviżjoni Ċivili II
Ecaterina GRIGORE Imħallef, Diviżjoni talt-Tilwim Amministrattiv u tat-Taxxa
Il-Qorti tal-Appell ta' Craiova
Lotus-Manuela GHERGHINĂ Imħallef, Diviżjoni Ċivili II
Gabriela IONESCU Imħallef, President tad-Diviżjoni Ċivili I
Il-Qorti tal-Appell ta' Galați
Aneta-Luminița CRISTEA Imħallef, Diviżjoni Ċivili I
Cosmin-Răzvan MIHĂILĂ Imħallef, President tal-Qorti tal-Appell ta’ Galați
Andreea ARHIP Imħallef, President tad-Diviżjoni Ċivili II
Alexandru BLEOANCĂ Imħallef, Diviżjoni Ċivili II, Viċi President tal-Qorti tal-Appell ta’ Galați
Il-Qorti tal-Appell ta' Iași
Maria-Cristina POPA Imħallef, President tad-Diviżjoni Ċivili
Elena-Crizantema PANAINTE Imħallef, Diviżjoni tat-Tilwim Industrijali u s-Sigurtà Soċjali
Alina-Gilina PRELIPCEAN Imħallef, Diviżjoni tat-Tilwim Amministrattiv u tat-Taxxa, Viċi President tal-Qorti tal-Appell ta’ Iași
Il-Qorti tal-Appell ta' Oradea
Dorina-Mihaela BEREȘ Imħallef, Diviżjoni Ċivili I
Marcela FILIMON Imħallef, President tad-Diviżjoni Ċivili II - Tilwim Amministrattiv u tat-Taxxa
Pitești Court of Appeal
Emilia-Raluca TRANDAFIR President, Qorti tal-Appell ta’ Pitești
Corina PINCU IFRIM Imħallef, Diviżjoni Ċivili I
Maria-Ruxandra DANCIU Imħallef, Diviżjoni Ċivili II - Tilwim Amministrattiv u tat-Taxxa
Alina PAVELESCU Imħallef, Diviżjoni Ċivili, Tribunal ta’ Argeș
Beatrix-Yvone Vesna PIESS-MALIMARCOV Imħallef, Awla Ċivili, Tribunal ta’ Vâlcea
Il-Qorti tal-Appell ta' Ploiești
Adriana-Maria RADU Imħallef, President tad-Diviżjoni Ċivili I
Aida-Liliana STAN Imħallef, Diviżjoni Ċivili II - Tilwim Amministrattiv u tat-Taxxa
Ionel STĂNESCU Imħallef, Diviżjoni Ċivili II - Tilwim Amministrattiv u tat-Taxxa, Viċi President tal-Qorti tal-Appell ta’ Ploiești
Il-Qorti tal-Appell ta' Suceava
Ștefania-Fulga ANTON Imħallef, Diviżjoni Ċivili I
Ana-Maria TURCULET Imħallef, President tad-Diviżjoni Ċivili II
Marius-Ionel GALAN Imħallef, President tad-Diviżjoni tat-Tilwim Amministrattiv u tat-Taxxa
Il-Qorti tal-Appell ta' Târgu Mureș
Andreea CIUCĂ Imħallef, President tal-Qorti tal-Appell ta’ Târgu Mureș
Adriana-Loredana BERINDEAN Imħallef, Diviżjoni Ċivili II - Tilwim Amministrattiv u tat-Taxxa
Il-Qorti tal-Appell ta' Timișoara
Mădălina JEBELEAN Imħallef, Diviżjoni Ċivili I
Ramona-Ioana RISTEA Imħallef, Diviżjoni Ċivili II
Il-punti ta’ kuntatt nazzjonali għan-Network Ġudizzjarju Ewropew fil-Materji Ċivili u Kummerċjali - Professjonisti legali li għandhom status ekwivalenti għal dak tal-imħallfin u l-prosekuturi
Flavius-George PĂNCESCU Kap tas-Servizz, Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali f’Materji Ċivili u Kummerċjali, id-Direttorat għad-Dritt Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja, Ministeru tal-Ġustizzja
Ioana BURDUF (operatur fil-qasam tal-ġustizzja li għandu status ekwivalenti għal dak ta’ mħallef jew prosekutur), id-Direttorat għad-Dritt Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja, Ministeru tal-Ġustizzja
Il-membri tan-Network Ġudizzjarju Rumen fil-Materji Ċivili u Kummerċjali - Operaturi fil-qasam tal-ġustizzja li għandhom status ekwivalenti għal dak tal-imħallfin u l-prosekuturi li jwettqu d-dmirijiet tal-Ministeru tal-Ġustizzja bħala l-awtorità ċentrali fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali u li jipprovdu s-segretarjat tan-Network
Camelia TOBĂ (professjonista legali li għandha status ekwivalenti għal dak ta’ mħallef jew prosekutur), id-Direttorat għad-Dritt Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja, Ministeru tal-Ġustizzja
Il-Membri tan-Network Ġudizzjarju Rumen fil-Materji Ċivili u Kummerċjali - Rappreżentant wieħed maħtur minn kull wieħed mill-Presidenti tal-Unjonijiet Nazzjonali tan-Nutara Pubbliċi, tal-Uffiċjali Ġudizzjarji u tal-Kmamar tal-Avukati fir-Rumanija
Octavian ROGOJANU, Nutar Pubbliku (notar public), Segretarju tal-Kunsill tal-Unjoni Nazzjonali Rumena tan-Nutara Pubbliċi
Constantin Adrian STOICA, uffiċjal ġudizzjarju tal-eżekuzzjoni, Unjoni Nazzjonali Rumena tal-Uffiċjali Ġudizzjarji (Uniunea Executorilor Judecătorești din România)
Costea-Corin C. DĂNESCU, avukat, Unjoni Nazzjonali tal-Assoċjazzjonijiet tal-Kamra tal-Avukati Rumena (Uniunea Națională a Barourilor din România)
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.