About the network

National information about the contact points and functioning of the EJN (in civil and commercial matters)

What is the EJN (in civil and commercial matters)?

The European Union's wide variety of national legal systems and this diversity, together with new Union legislation, has led to a need to provide support and information through a specific network to authorities dealing with cross-border cases. These cases may cover business, consumer or employment disputes, divorce, child custody or succession issues. The Network brings together national authorities responsible for assisting local courts and was set up to facilitate judicial and legal cooperation between Member States. The EJN (in civil and commercial matters) was established by Council Decision 2001/470/EC of 28 May 2001 and started operating on 1 December 2002. This legal basis was modified once in 2009 (the consolidated version is available here). All Member States except Denmark participate in the EJN (in civil and commercial matters).

Have a look at the EJN's infographic!

The objectives of EJN (in civil and commercial matters)

Since its inception, the EJN (in civil and commercial matters) has been an important tool for providing support for the implementation of EU civil justice instruments in daily legal practice. The EJN (in civil and commercial matters) facilitates and supports relations between national judicial authorities through contact points in each Member State and thereby helps to facilitate cross-border cases. This cooperation between authorities aims to provide help for people involved in cross-border civil and commercial judicial cases.

Who are the EJN (in civil and commercial matters) members?

There are more than 500 members of the Network who fall under the five categories mentioned below. Each Member State has at least one contact point.

The Network is composed of

  • contact points designated by Member States;
  • bodies and central authorities specified in Union law or in international instruments whereby Member States are party, or in domestic law relating to judicial cooperation in civil and commercial matters;
  • liaison magistrates with responsibilities for cooperation in civil and commercial matters;
  • other judicial or administrative authorities responsible for judicial cooperation in civil and commercial matters whose membership is deemed to be useful by the Member State;
  • professional associations representing legal practitioners directly involved in the application of Union law and international instruments in civil and commercial matters at national level in the Member States

Please select the relevant country's flag to obtain detailed national information.

Last update: 20/11/2019

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.

Dwar in-Netwerks - Belġju

Punti ta’ kuntatt u membri Belġjani tan-netwerk

Il-Belġju nnomina żewġ punti ta’ kuntatt. Wieħed minn dawn huwa maġistrat tal-Qorti tal-Kassazzjoni li jikkoordina r-relazzjonijiet tan-netwerk mal-membri maġistrati; l-ieħor huwa uffiċjal fis-Servizz Pubbliku Federali tal-Ġustizzja u jaħdem speċifikament fis-servizz għall-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali fi kwistjonijiet ċivili.

Barra minn hekk, in-netwerk Belġjan bħalissa huwa ffurmat minn 15-il maġistrat, li huma membri skont l-Artikolu 2.1(d) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE. Għal kull sentenza mill-qorti tal-appell jinħatru tlieta jew erba’ maġistrati; kull wieħed minnhom huwa speċjalizzat fil-liġi tal-familja, fil-liġi kummerċjali u fil-liġi tal-proċedura. Dawn il-maġistrati ġejjin minn qrati ta’ diversi livelli (Qorti tal-Appell, Tribunali tal-Prim’Istanza, Tribunali tal-Kummerċ u Kummissarji tal-Ġustizzja).

Rappreżentant tal-Kunsill nazzjonali tar-reġistraturi superjuri huwa wkoll membru tan-netwerk Belġjan skont l-Artikolu 2.19d) tad-Deċiżjoni msemmija hawn qabel.

Erba’ rappreżentanti ta’ professjonijiet legali ġew innominati wkoll mill-Belġju bħala membri tan-Netwerk skont l-Artikolu 2.1(e): rappreżentant għan-nutara, rappreżentant għall-marixxalli tal-qorti u żewġ rappreżentanti tal-assoċjazzjonijiet tal-avukati (rappreżentant tal-assoċjazzjonijiet li jitkellmu bil-Franċiż u l-Ġermaniż u rappreżentant tal-assoċjazzjonijiet li jitkellmu bil-Fjamming).

Il-koordinazzjoni hija assigurata wkoll flimkien mad-diversi awtoritajiet ċentrali deżinjati fil-kuntest ta’ diversi regolamenti (ir-Regolament (KE) Nru 2201/2003, ir-Regolament (KE) Nru 4/2009, ir-Regolament (KE) Nru 1393/2001,...).

Ġew stabbiliti wkoll kuntatti mat-taqsima Belġjana taċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur.

Il-mod tal-operat tan-netwerk

Il-biċċa l-kbira tal-komunikazzjonijiet issir bil-posta elettronika. L-informazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea u b’mod partikolari mis-Segretarjat tintbagħat prinċipalment minn wieħed mill-punti ta’ kuntatt mill-membri. Il-membri jieħdu sehem fil-laqgħat tan-Netwerk skont it-temi tagħha. Barra minn hekk, issir laqgħa darba fis-sena tal-membri Belġjani maġistrati.

Il-membri huma regolarment mistiedna jagħtu bl-aktar mod wiesgħa possibbli informazzjoni dwar il-liġijiet ġodda jew iqassmu kwestjonarji mal-kollegi tagħhom. B’mod iktar ġenerali, id-dokumentazzjoni ppubblikata mill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll il-ħoloq utli tal-internet huma disponibbli fil-qrati. Ċerti membri tan-netwerk huma wkoll involuti fil-pubblikazzjoni ta’ bulettin iddedikat lil-leġiżlazzjoni Ewropea (Eur-alert!).

Ġiet stabbilita wkoll kollaborazzjoni mal-Istitut tat-Taħriġ Ġudizzjarju li tippermeti li l-punti ta’ kuntatt u l-membri jkunu involuti, bħala kelliema waqt it-taħriġ li jorganizzaw dwar il-leġiżlazzjoni Ewropea reċenti u b’mod partikolari fuq il-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja Ewropea u internazzjonali fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali.

Fil-kuntest tat-trattament ta’ kwistjonijiet partikolari rigward pereżempju l-kontenut ta’ liġi barranija jew dwar il-proċess ta’ proċedura li jkollha inċidenza transfruntiera, il-kuntatti jsiru permezz tal-posta elettronika minn naħa bejn il-punt ta’ kuntatt tal-Belġju u l-maġistrat Belġjan li jkun għamillu d-domandi fil-kuntest ta’ proċedura pendenti u min-naħa l-oħra bejn il-punti ta’ kuntatt tal-Istati Membri kkonċernati.

L-aħħar aġġornament: 18/02/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Dwar in-Netwerks - Bulgarija

In-Network Ġudizzjarju Ewropew f'Materji Ċivili u Kummerċjali

Il-qafas ġuridiku tan-Network Ġudizzjarju Nazzjonali f'Materji Ċivili u Kummerċjali fir-Repubblika tal-Bulgarija (in-Network Nazzjonali) huwa stabbilit fir-Regoli Operazzjonali tiegħu (Pravila za deynostta), adottati mill-Kunsill Ġudizzjarju Suprem (Vissh sadeben savet, VSS) b’deċiżjoni tat-13 ta’ Marzu 2018, li ssostitwixxew ir-regoli adottati b’deċiżjoni tal-11 ta’ Diċembru 2014 u emendati b’deċiżjoni tad-19 ta’ Marzu 2015.

L-iskop tan-Network Nazzjonali huwa li jipprovdi l-assistenza meħtieġa lill-awtoritajiet ġudizzjarji fit-tfassil, fit-trażmissjoni u fl-eżekuzzjoni effettivi tat-talbiet għall-assistenza ġudizzjarja, il-ġbir u l-ħżin tal-istatistika dwar il-kooperazzjoni legali internazzjonali segwita mill-qrati fil-Bulgarija, u li jikkoopera mal-punti ta’ kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew u istituzzjonijiet simili oħra.

L-Awla tal-Imħallfin (Sadiyska kolegiya) tal-Kunsill Ġudizzjarju Suprem hija responsabbli għall-funzjonament tan-Network Nazzjonali, għall-parteċipazzjoni tiegħu fi proġetti nazzjonali u internazzjonali, u għall-kooperazzjoni tiegħu mal-istituzzjonijiet, mal-organizzazzjonijiet u mal-entitajiet kollha, kemm nazzjonali kif ukoll internazzjonali, li jwettqu funzjonijiet fil-qasam tal-assistenza ġudizzjarja internazzjonali. Id-Direttorat għar-Relazzjonijiet Internazzjonali u l-Protokoll (Direktsiya Mezhdunarodna deynost i protokol) tal-Kunsill Ġudizzjarju Suprem jassisti u jikkoordina l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-membri tan-Network, il-punti ta’ kuntatt nazzjonali u l-Awla tal-Imħallfin. Il-gwida u l-koordinazzjoni metodoloġika tal-operat tan-Network Nazzjonali huma pprovduti mill-Awla tal-Imħallfin permezz tal-Kumitat għall-Evalwazzjonijiet u għall-Kompetizzjonijiet (Komisiya po atestiraneto i konkursite).

Komplement

L-applikanti għall-membri tan-Network Nazzjonali jridu jkunu mħallfin ta’ qorti distrettwali u provinċjali jew ta’ qorti tal-appell li tissodisfa kriterji partikolari f’termini ta’ mertu professjonali u integrità morali, ħiliet ta’ lingwi barranin, eċċ. Wara kompetizzjoni ta’ reklutaġġ, l-imħallfin tan-Network Nazzjonali jiġu nnominati b’deċiżjoni tal-Awla tal-Imħallfin tal-Kunsill Ġudizzjarju Suprem għal perjodu ta’ ħames snin. In-Network Nazzjonali jinkludi sa seba’ imħallfin ta’ kull distrett tal-appell u sa 15-il imħallef tad-Distrett tal-Appell ta’ Sofia. F’każijiet espressament previsti, is-sħubija tan-Network tintemm b’deċiżjoni motivata tal-Awla tal-Imħallfin tal-Kunsill Ġudizzjarju Suprem, proposta mill-Kumitat għall-Evalwazzjonijiet u għall-Kompetizzjonijiet.

Punti ta’ kuntatt

L-Awla tal-Imħallfin tal-Kunsill Ġudizzjarju Suprem, li taġixxi fuq proposta tal-Kumitat għall-Evalwazzjonijiet u għall-Kompetizzjonijiet, taħtar punti ta’ kuntatt minn fost il-membri tan-Network: punt ta’ kuntatt wieħed f'Materji Ċivili u punt ta’ kuntatt wieħed fil-materji kummerċjali, għal perjodu ta’ ħames snin.

Funzjonijiet

— Il-membri tan-Network Nazzjonali jassistu lill-punti ta’ kuntatt nazzjonali li huma parti min-Network Ġudizzjarju Ewropew f'Materji Ċivili u Kummerċjali jew Networks internazzjonali oħra għall-kooperazzjoni legali u l-imħallfin nazzjonali fit-tfittxija għal kooperazzjoni legali internazzjonali.

— Bħala parti minn din l-assistenza, il-membri tan-Network Nazzjonali huma marbuta li fejn meħtieġ jinfurmaw, jagħtu pariri, jikkoordinaw, u jwettqu attivitajiet oħra biex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni legali internazzjonali skont il-ġurisdizzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji rispettivi fil-Bulgarija. Il-membri tan-Network Nazzjonali huma marbuta li jipprovdu assistenza meta mitluba minn kull imħallef nazzjonali, prosekutur, maġistrat investigattiv jew rappreżentant ta’ awtorità nazzjonali ċentrali vestita b’setgħat, f’konformità mal-leġiżlazzjoni internazzjonali u Ewropea.

— Il-membri tan-Network Nazzjonali jiffaċilitaw l-arranġament ta’ taħriġ fil-qasam tal-kooperazzjoni legali internazzjonali li jitwettaq fid-distrett fejn iwettqu dmirijiethom.

— Il-membri tan-Network Nazzjonali jiffaċilitaw l-imħallfin fit-tfittxija ta’ kooperazzjoni legali internazzjonali fid-distrett tal-appell rilevanti li huma responsabbli għalih.

— Il-membri tan-Network Nazzjonali jwettqu studji tal-ġurisprudenza Ewropea u nazzjonali u l-bidliet li jintervjenu fil-kooperazzjoni f'Materji Ċivili u kummerċjali, u jippopolarizzaw u jxerrdu dawn l-istudji.

— Il-membri tan-Network Nazzjonali jfasslu dikjarazzjonijiet ta’ attività trimestrali għad-distrett tal-appell rilevanti b’rabta mal-implimentazzjoni tal-liġi Komunitarja u internazzjonali u l-kooperazzjoni legali internazzjonali u jibagħtu dawn id-dikjarazzjonijiet lil bażi tad-data aġġornata u ta’ aġġornament mal-VSS u jipprovdu lill-punti ta’ kuntatt nazzjonali verżjoni elettronika tal-istrumenti tal-qorti f'Materji Ċivili u kummerċjali mogħtija mill-qrati fid-distrett tal-appell ikkonċernat li japplikaw il-liġi tal-UE, sabiex il-bażi tad-data rekwiżita tkun tista’ tinżamm.

— Huma jwettqu wkoll kompiti addizzjonali stabbiliti mill-Awla tal-Imħallfin tal-VSS, jekk ikun meħtieġ li tingħata informazzjoni, jitwettaq studju, jingħata taħriġ jew titwettaq attività oħra li tikkonċerna l-kooperazzjoni legali internazzjonali.

— Il-membri tan-Network Nazzjonali jżommu bażi tad-data ta’ dettalji ta’ kuntatt aġġornata (indirizzi tal-posta elettronika, indirizzi oħra għall-korrispondenza, numri tat-telefon) u bażi tad-data tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-VSS, it-taqsima Network Ġudizzjarju f'Materji Ċivili u Kummerċjali.

— Kull membru tan-Network Nazzjonali jwettaq il-funzjonijiet tiegħu fi ħdan id-distrett tal-appell rilevanti.

— Il-membri tan-Network Nazzjonali jattendu laqgħa annwali, li ssir fi Frar u li fiha jiġi adottat rapport ta’ attività tan-Network għas-sena kalendarja preċedenti; ir-rapport ta’ attività jitfassal mill-punt ta’ kuntatt nazzjonali abbażi tar-rapporti ta’ attività annwali ppreżentati mill-membri sal-15 ta’ Jannar.

— Wara li jkunu attendew għal-laqgħat perjodiċi tal-punti ta’ kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew f’Materji Ċivili u Kummerċjali, il-parteċipanti jippreżentaw rapport lill-Awla tal-Imħallfin tal-Kunsill Ġudizzjarju Suprem, li jiġi ppubblikat fuq is-sit web tal-Kunsill Ġudizzjarju Suprem, it-taqsima Kooperazzjoni Internazzjonali, in-Network Ġudizzjarju Ewropew f'Materji Ċivili u Kummerċjali, sabiex tiġi żgurata l-pubbliċità tal-attività tagħhom.

L-aħħar aġġornament: 10/07/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Dwar in-Netwerks - Repubblika Ċeka

Attwalment ir-Repubblika Ċeka għandha sitt punti ta' kuntatt tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew: ħamsa fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja fir-Repubblika Ċeka u wieħed fi Brussell (ir-Rappreżentanza Permanenti tar-Repubblika Ċeka fl-UE).

Il-punti ta' kuntatt tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fir-Repubblika Ċeka jikkomunikaw mal-punti ta' kuntatt fl-Istati Membri l-oħra, jittrattaw mistoqsijiet mill-qrati u nutara li jridu informazzoni dwar il-liġijiet tal-pajjiżi l-oħra u tfakkiriet dwar l-ipproċessar tat-talbiet, b'mod partikolari skont ir-Regolament (KE) Nru 1206/2001 dwar il-kumpilazzjoni ta' xhieda u r-Regolament (KE) Nru 1393/2007 dwar is-servizz ta' dokumenti u kwistjonijiet oħra.

Wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE li tistabbilixxi Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali, fl-2004 ir-Repubblika Ċeka stabbiliet in-Netwerk Ġudizzjarju Intern ("in-Netwerk") għal kooperazzjoni f'materji ċivili u kummerċjali, li għandu r-responsabbiltà li jiżgura illi r-Repubblika Ċeka tkun involuta b'mod effettiv fin-Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali.

Il-membri tan-Netwerk jinkludu mħallfin, rappreżentanti tal-Kamra tal-Avukati tar-Repubblika Ċeka, rappreżentanti tal-Kamra tan-Nutara tar-Repubblika Ċeka, rappreżentanti tal-Kamra tal-Eżekuturi tar-Repubblika Ċeka, rappreżentanti tal-Uffiċċju għall-Protezzjoni Internazzjonali Legali tat-Tfal, rappreżentanti taċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumaturi, rappreżentanti mill-Fakultà tal-Liġi tal-Università Charles u persunal nominat mill-Ministeru għall-Ġustizzja.

Il-membri tan-Netwerk jieħdu sehem b'mod partikolari fl-attivitajiet tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali u fit-twettiq tal-kompiti ġejjin minnu, u fl-attivitajiet tal-gruppi ta' ħidma u l-kumitati tal-Kunsill tal-UE u tal-Kummissjoni dwar materji ċivili u kummerċjali. Il-membri tan-Netwerk jesprimu l-opinjonijiet tagħhom fuq abbozzi ta' leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea u proposti oħra marbuta mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kummerċjali.

In-Netwerk illum għandu madwar 130 membru. Il-laqgħat tal-membri kollha tan-Netwerk jiġu organizzati mill-Ministeru għall-Ġustizzja darba fis-sena. L-aġenda tal-laqgħat tinkludi temi attwali li jikkonċernaw b'mod partikolari in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew, il-ħidma tal-portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. F'dawn il-laqgħat il-membri tan-Netwerk għandhom opportunità unika biex jiltaqgħu personalment u jaqsmu l-esperjenza prattika tagħhom fl-applikazzjoni tal-istrumenti tal-UE.

Il-kompendja u pubblikazzjonijiet oħra ippreparati min-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew jitqassmu lill-membri tan-Netwerk.

Il-membri jistgħu jikkomunikaw b'mod informali permezz tal-posta elettronika. In-Netwerk għandu lista ta' distribuzzjoni bil-posta elettronika tiegħu stess fejn u li permezz tagħha l-membri tan-Netwerk jistgħu jibagħtu l-mistoqsijiet u jaqsmu l-esperjenza tagħhom. Permezz ta' dan il-mezz ta' komunikazzjoni l-Ministeru tal-Ġustizzja jista' javża malajr lill-membri tan-Netwerk b'aħbarijiet marbuta mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fl-UE.

L-aħħar aġġornament: 25/02/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Dwar in-Netwerks - Ġermanja

Bħala riżultat tal-istruttura federali tal-Ġermanja, hemm ċentri ta' kuntatt f'kull stat minbarra ċ-ċentru ta' kuntatt federali tan-NĠE (in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew). Iċ-ċentru ta’ kuntatt federali jinsab fl-Uffiċċju Federali tal-Ġustizzja (Bundesamt für Justiz). Skont l-organizzazzjoni ta’ kull stat, il-punti ta’ kuntatt tal-istat jinsabu jew f’qorti (il-Bavarja [il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Munich], Bremen [il-Qorti Reġjonali ta’ Bremen], Hamburg [il-Qorti Lokali ta’ Hamburg], Hessen [il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Frankfurt am Main], is-Sassonja t’Isfel [il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Celle], in-Nordrhein-Westfalen [il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Düsseldorf] u s-Sassonja [il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Dresden]) jew il-Ministeru għall-Ġustizzja tal-Istat. B'kollox hemm 17-il ċentru ta' kuntatt tan-NĠE fil-Ġermanja. Iċ-ċentru ta' kuntatt federali huwa responsabbli għall-koordinament tan-network nazzjonali u l-organizzazzjoni tal-avvenimenti, bħall-Jum Ewropew tal-Ġustizzja u l-laqgħat tal-membri Ġermaniżi tan-NĠE, filwaqt li jwieġeb ukoll it-talbiet li jkunu deħlin jew ħerġin.

Il-kompiti jitqassmu internament bejn iċ-ċentri ta' kuntatt tal-istat u ċ-ċentru ta' kuntatt federali. Iċ-ċentru ta' kuntatt federali jwieġeb il-mistoqsijiet marbuta mad-dritt ċivili jew kummerċjali Ġermaniż, u l-organizzazzjoni tal-qrati b’mod ġenerali. Mistoqsijiet dwar każ speċifiku min-naħa l-oħra jiġu ttrattati miċ-ċentru ta' kuntatt fl-istat fejn ikun pendenti l-każ. Madankollu, iċ-ċentri ta' kuntatt Ġermaniżi kollha għandhom status ugwali, li jfisser illi kull wieħed minn dawn is-17-il ċentru jista' jiġi kkuntattjat għal kull tip ta' mistoqsija u, f'xi każijiet, iċ-ċentru ta' kuntatt federali jista' jipprovdi assistenza għal każijiet speċifiċi. Dan it-tqassim intern tad-dmirijiet jiżgura illi l-mistoqsija tiġi ttrattata mill-aktar ċentru ta' kuntatt adattat.

Minbarra ċ-ċentri ta' kuntatt, hemm erba’ maġistrati disponibbli biex jgħinu lill-qrati Ġermaniżi fil-qasam kopert mir-Regolament (KE) Nru 2201/2003 (ir-Regolament Brussell IIA). Id-dmirijiet tagħhom jitqassmu wkoll internament skont l-istat. Il-mistoqsijiet esterni jistgħu jsiru lil kull wieħed mill-erba’ maġistrati ta' kollegament. Jekk ikun hemm bżonn, il-persuna li tkun qed tagħmel il-mistoqsija tiġi riferuta immedjatament lill-persuna jew persuni responsabbli skont it-tqassim intern tal-kompiti, kif ukoll skont il-ħiliet lingwistiċi, il-kompetenzi speċifiċi u l-għarfien espert marbut mal-każ speċifiku.

Barra minn hekk, uffiċjal ta’ kollegament Ġermaniż fil-Ministeru għall-Ġustizzja Franċiż huwa responsabbli għall-għajnuna legali reċiproka Ġermaniża/Franċiża. Jekk, f’każijiet individwali, ikun hemm diffikultajiet b’talbiet Franċiżi għal għajnuna legali reċiproka jew dispożizzjonijiet tad-dritt Franċiż jeħtieġ li jiġu determinati, minbarra l-kanali permezz tal-punti ta’ kuntatt, l-uffiċjal ta’ kollegament Ġermaniż jista’ jintalab jassisti.

Skont l-Artikolu 2(1)(e) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE tat-28 ta' Mejju 2001 li tistabbilixxi Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali, kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni Nru 568/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE tat-28 ta' Mejju 2001 li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali, il-Ġermanja ħatret lill-Kamra tal-Avukati Federali (Bundesrechtsanwaltskammer), il-Kamra tan-Nutara Federali (Bundesnotarkammer), il-Kamra tal-Avukati tal-Privattivi (Patentanwaltskammer), il-Kamra tal-Avukati Ġermaniżi (Deutscher Anwaltverein), il-Federazzjoni tal-Uffiċjali Ġudizzjarji Ġermaniżi (Deutscher Gerichtsvollzieher Bund e.V.) u fl-2014, il-Federazzjoni tal-Uffiċjali Ġudizzjarji Ġermaniżi (Bund Deutscher Rechtspfleger), bħala membri tan-NĠE.

Membri oħra tan-NĠE fil-Ġermanja jinkludu l-korpi ċentrali stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (Regolament dwar is-servizz ta’ dokumenti) u r-Regolament (KE) Nru 1206/2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati ta' l-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali (Regolament dwar il-kumpilazzjoni tax-xhieda). Dawn il-korpi ċentrali u l-amministrazzjonijiet ġudizzjarji tal-istat jipprovdu lill-qrati b'informazzjoni aġġornata dwar l-għajnuna legali ċivili. Jintroduċu wkoll miżuri addizzjonali u jappoġġaw lill-qrati bin-notifika tad-dokumenti u l-kumpilazzjoni tax-xhieda f'każijiet b'element barrani. Barra minn hekk, l-Awtorità Ċentrali skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri (ir-Regolament Brussell IIA) u l-Awtorità Ċentrali skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (ir-Regolament dwar il-Manteniment) hija membru tan-NĠE.

Aktar informazzjoni dwar in-NĠE fil-Ġermanja u lista ta' kuntatti tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.bundesjustizamt.de/ejnzh).

L-aħħar aġġornament: 11/01/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Dwar in-Netwerks - Estonja

Il-punti ta' kuntatt nazzjonali tan-netwerk huma ż-żewġ konsulenti fid-Diviżjoni tal-Ko‑operazzjoni Internazzjonali Ġudizzjarja fil-Ministeru tal-Ġustizzja, li jservu wkoll ta' rappreżentanti tal-korp ċentrali. Id-dmirijiet ewlenin tal-punti ta' kuntatt huma kif ġej:

  • jiżguraw illi l-awtoritajiet ġudizzjarji lokali jirċievu informazzjoni ġenerali dwar l-istrumenti internazzjonali u tal-Unjoni relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kummerċjali;
  • jagħtu lill-punti ta' kuntatt u l-awtoritajiet l-oħra kif ukoll lill-awtoritajiet ġudizzjarji lokali fl-Istat Membru tagħhom stess l-informazzjoni meħtieġa għal kooperazzjoni ġudizzjarja b'saħħitha bejn l-Istati Membri, sabiex jgħinuhom fit-tħejjija ta' talbiet prattiċi għal kooperazzjoni ġudizzjarja u fl-istabbiliment tal-aktar kuntatti diretti xierqa;
  • jagħtu kull informazzjoni biex jiffaċilitaw l-applikazzjoni tal-liġi ta' Stat Membru ieħor li hija applikabbli skont strument internazzjonali jew tal-UE;
  • ifittxu soluzzjonijiet għad-diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu b'rabta ma' talba għal kooperazzjoni ġudizzjarja;
  • jiffaċilitaw il-koordinament tal-ipproċessar ta' talbiet għal kooperazzjoni ġudizzjarja fl-Istat Membru konċernat, b'mod partikolari fejn diversi talbiet mill-awtoritajiet ġudizzjarji f'dak l-Istat Membru se jiġu eżegwiti fi Stat Membru ieħor;
  • jagħtu sehem fl-għoti ta' informazzjoni lill-pubbliku, permezz tas-sit elettroniku tan-netwerk, dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kummerċjali fl-Unjoni Ewropea, dwar l-istrumenti internazzjonali u tal-Unjoni rilevanti u dwar il-liġi domestika tal-Istati Membri, b'referenza partikolari għall-aċċess għall-ġustizzja;
  • jikkollaboraw fl-organizzazzjoni tal-laqgħat tan-netwerk u jieħdu sehem fihom;
  • jgħinu bit-tħejjija u aġġornament tal-informazzjoni għall-pubbliku;
  • jiżguraw koordinazzjoni bejn il-membri tan-netwerk fuq livell nazzjonali;
  • ifasslu rapport biennali dwar l-attivitajiet tagħhom, inkluż, fejn xieraq, l-aħjar prattika fin-netwerk, jippreżentawh waqt il-laqgħa tal-membri tan-netwerk, u jiġbdu l-attenzjoni lejn titjib potenzjali fin-netwerk.

Il-maġistrat ta' kuntatt tan-netwerk huwa ġudikant tal-Qorti tal-Kontea ta' Harju li jirrappreżenta wkoll lill-Estonja fin-netwerk ta' mħallfin stabbilit mill-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat. Il-kompitu tal-maġistrat ta' kuntatt huwa li jagħti pariri lill-uffiċjali tal-qorti dwar il-liġi ċivili u kummerċjali tal-Unjoni Ewropea u jaqsam l-esperjenza tiegħu man-netwerk dwar l-applikazzjoni ta' diversi liġijiet.

Fl-2011, bid-dħul fis-seħħ tat-tieni Deċiżjoni dwar in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f'materji ċivili u kummerċjali (EJN-civil), li espanda l-attivitajiet tan-netwerk għall-assoċjazzjonijiet professjonali, il-korpi li ġejjin saru membri tal-EJN-civil fl-Estonja:

  • il-Kamra tal-Bailiffs u t-Trustees tal-Estonja fi proċedimenti ta' Falliment li tirrapreżenta lill-bailiffs u trustees fi proċedimenti ta' falliment;
  • il-Kamra tal-Avukati tal-Estonja li tirrapreżenta lill-avukati u lin-nutara.

Waqt il-laqgħat, il-Kamra tal-Bailiffs u t-Trustees fi proċedimenti ta' Falliment tkun irrappreżentata minn diversi rappreżentanti ta' korpi professjonali u okkupazzjonali, filwaqt li l-Kamra tal-Avukati tal-Estonja normalment jirrapreżentaha d-direttur tagħha. L-assoċjazzjonijiet professjonali huma responsabbli għal dan li ġej:

  • l-iskambju ta' esperjenza u informazzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni effettiva u prattika tal-istrumenti internazzjonali u tal-Unjoni;
  • kollaborazzjoni fil-preparazzjoni u l-aġġornament tal-iskedi informattivi;
  • parteċipazzjoni fil-laqgħat rilevanti.

Skont is-suġġett ta' diskussjoni, il-punt ta' kuntatt jistieden ukoll esperti nazzjonali oħra biex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom waqt il-laqgħat tan-netwerk. Pereżempju għal-laqgħat attendew diversi mħallfin minbarra l-maġistrat ta' kuntatt, ir-rappreżentanti tal-ministeri l-oħra u l-Kamra tan-Nutara, konsulenti tal-Qorti Suprema, rappreżentanti mill-Bord tal-Protezzjoni tal-Konsumaturi, membri mill-fakultà tal-Università ta' Tartu, eċċ.

L-aħħar aġġornament: 19/04/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Dwar in-Netwerks - Irlanda

Il-Punti ta’ Kuntatt

Hemm żewġ punti ta’ kuntatt għall-Irlanda. Hemm punt ta’ kuntatt wieħed għall-Qrati Distrettwali u taċ-Ċirkwit u punt ta’ kuntatt wieħed għall-Qrati Superjuri, jiġifieri l-Qorti Superjuri, il-Qorti tal-Appell u l-Qorti Suprema. Il-punti ta’ kuntatt jikkooperaw mill-qrib u jaħdmu flimkien fuq materji relatati man-Netwerk. Il-punti ta’ kuntatt għall-Irlanda huma bbażati fis-Servizz tal-Qrati f’Dublin. Minkejja li kull ġuriżdizzjoni hija separata, hemm koinċidenza fix-xogħol ta’ dawn il-punti ta’ kuntatt, li kull wieħed minnhom għandu responsabbiltà unika għan-Netwerk fid-Direttorati tagħhom. Il-mistoqsijiet li jsiru permezz tan-NĠE għandhom jintbagħtu lill-punt ta’ kuntatt rilevanti għall-ġuriżdizzjoni kkonċernata. Il-punti ta’ kuntatt jaħdmu f’uffiċċji separati, iżda fi ħdan id-Direttorati tas-Servizz tal-Qrati tal-Irlanda f’Dublin. Ix-xogħol tan-Netwerk jiġi kkombinat ma’ kompiti oħrajn. Madankollu, il-punt ta’ kuntatt jista’ jitlob l-għajnuna u l-assistenza ta’ kollegi oħrajn meta jittratta l-operat tan-Netwerk. Il-punti ta’ kuntatt iżommu kuntatt regolari permezz tal-posta elettronika, bit-telefon u b’laqgħat wiċċ imb wiċċ ma’ membri tan-netwerk tan-NĠE fl-Irlanda, inklużi l-Awtoritajiet Ċentrali; id-Direttur tal-Operazzjonijiet tal-Qorti Suprema u Superjuri u d-Direttur tar-Riforma u l-Iżvilupp fis-Servizz tal-Qrati [membri tal-Artikolu 2(1)(d)]; u l-uffiċjali fid-Dipartiment tal-Ġustizzja u r-Riforma tal-Liġi [membri tal-Artikolu 2(1)(d)]. Il-punti ta’ kuntatt huma wkoll f’komunikazzjoni regolari ma’ membru nnominat tal-ġudikatura b’rabta mal-iżviluppi fin-NĠE.

Il-funzjonament tan-NĠE fl-Irlanda

Ma jeżisti ebda netwerk nazzjonali formali fl-Irlanda.  Hemm netwerk ta’ persuni li huma esperti f’oqsma ta’ politika partikolari li għalihom jista’ jirrikorri l-punt ta’ kuntatt għal tweġibiet għall-mistoqsijiet li jitqajmu.

Il-punt ta’ kuntatt jaħdem mill-qrib ma’ oħrajn li huma membri estiżi tan-Netwerk għall-Irlanda, inklużi għadd ta’ mħallfin b’ħiliet speċjalizzati f’oqsma speċifiċi tal-liġi jew b’responsabbiltà għal xogħol ta’ kollegament internazzjonali. Il-Punti ta’ Kuntatt jistgħu jiġu kkuntattjati permezz tal-posta elettronika. Il-punt ta’ kuntatt jiżgura li l-esperti tal-politika, amministrattivi jew ġudizzjarji rilevanti jiġu kkonsultati qabel il-laqgħat rilevanti tan-Netwerk u li n-noti tal-laqgħat u l-punti ta’ azzjoni rilevanti jiġu mxerrdin kif xieraq.

Il-punt ta’ kuntatt għandu wkoll kuntatt regolari mad-Dipartiment tal-Ġustizzja dwar kwistjonijiet ta’ politika u mal-Awtorità Ċentrali dwar il-Manteniment tal-Familja u kwistjonijiet Transkonfinali

L-għoti ta’ informazzjoni

Ma jeżisti ebda sit web nazzjonali għan-NĠE fl-Irlanda. L-informazzjoni tiġi pprovduta permezz tas-sit web tas-Servizz tal-Qrati u permezz ta’ siti eżistenti oħrajn għal Dipartimenti differenti fl-Irlanda. Il-punt ta’ kuntatt jaħdem kemm ma’ punti ta’ kuntatt oħrajn kif ukoll ma’ Dipartimenti oħrajn meta jiġu pprovduti sorsi differenti ta’ informazzjoni għall-Istati Membri tan-NĠE u għan-NĠE nnifsu.

L-aħħar aġġornament: 17/12/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Dwar in-Netwerks - Greċja

L-istruttura tan-netwerk

Għadd ta’ punti ta’ kuntatt: Ġew iddeżinjati 22 punt ta’ kuntatt. Dsatax minnhom huma mħallfin li jiffurmaw parti min-netwerk nazzjonali filwaqt li jeżerċitaw id-doveri ġudizzjarji tagħhom b’mod parallel. Tlieta huma uffiċjali fil-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem, u b’mod aktar speċifiku fid-Dipartiment għall-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali f’Materji Ċivili u Kriminali, li jopera bħala l-awtorità ċentrali għall-finijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri (Brussell IIa) (li jikkomplementa l-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-aspetti ċivili tal-ħtif internazzjonali ta’ minuri), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 (obbligi ta’ manteniment) u d-Direttiva 2002/8/KE (għajnuna legali), u wkoll bħala l-korp ċentrali għall-finijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 (kumpilazzjoni ta’ xhieda) u (KE) Nru 1393/2007 (notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji).

Netwerk nazzjonali: Ġie stabbilit netwerk nazzjonali informali bi struttura ċentralizzata, u li l-komponenti prinċipali fih huma l-awtorità ċentrali, imħallfin minn Ateni, u tliet rappreżentanti tal-professjonijiet legali (assoċjazzjonijiet ta’ avukati, marixxalli tal-qorti u nutara). Id-Dipartiment għall-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali f’Materji Ċivili u Kriminali huwa inkarigat mill-monitoraġġ tal-ħidma tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew u mill-koordinazzjoni tal-ħidma tal-punti ta’ kuntatt f’livell nazzjonali fir-rigward tal-obbligi tal-Greċja fl-ambitu tan-NĠE u tal-kontenut li jittella’ fuq il-Portal tal-Ġustizzja Elettronika tal-UE. Il-punti ta’ kuntatt nazzjonali tan-netwerk jikkontribwixxu sabiex jimtlew l-iskedi informattivi, ikunu aġġornati n-notifiki formali tal-Greċja dwar il-leġiżlazzjoni tal-UE fir-rigward tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali, jimtlew il-kwestjonarji li joriġinaw min-NĠE jew minn korpi oħra tal-UE, u għall-proċess biex jitwieġbu l-mistoqsijiet minn awtoritajiet tal-UE jew punti ta’ kuntatt oħra li jirrigwardaw prinċipalment l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-Greċja.

Isiru laqgħat regolari li jiġu kkoordinati mid-Dipartiment għall-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali f’Materji Ċivili u Kriminali, normalment bejn darbtejn u erba’ darbiet fis-sena. L-iskop tal-laqgħat huwa l-iskambju ta’ fehmiet, esperjenza u informazzjoni. L-aġenda tiffoka l-aktar fuq suġġetti diskussi fil-laqgħat tan-NĠE fil-livell Ewropew, kwistjonijiet li jistgħu jfeġġu mill-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE (regolamenti u direttivi) fil-livell nazzjonali, u l-obbligi tal-Greċja fl-ambitu tan-NĠE u l-Portal tal-Ġustizzja Elettronika, kif jissemma aktar ’il fuq.

Komunikazzjoni tal-informazzjoni lill-pubbliku

Is-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem jagħmel referenza speċjali għan-NĠE. Tinsab għaddejja ħidma bl-għan li s-sit web jiġi aġġornat sabiex tingħata deskrizzjoni ċara u kompluta tar-rwol u s-siwi tan-NĠE f’rabta mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali.

Fil-livell nazzjonali, l-informazzjoni li tirrigwarda l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar materji ċivili u kummerċjali tiġi kkomunikata billi jitqassam materjal stampat tan-NĠE u billi jiġu organizzati seminars u avvenimenti ta’ ġurnata, f’Ateni u bliet oħra fil-Greċja, li jirrigwardaw l-iżviluppi leġiżlattivi Ewropej fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali u l-impatt tagħhom fil-livell lokali (xi drabi, il-membri tan-netwerk nazzjonali jieħdu sehem bħala kelliema prinċipali). Dawn l-avvenimenti jseħħu taħt il-patroċinju tal-Ministeru tal-Ġustizzja kif wkoll tal-Kamra tal-Avukati fil-pajjiż kollu, l-Iskola Nazzjonali tal-Imħallfin, il-Kunsill Legali tal-Istat, assoċjazzjonijiet tad-dritt ċivili u d-dritt kummerċjali, eċċ.

Barra minn hekk, il-Jum Ewropew tal-Ġustizzja, avveniment li jdum ġurnata, għandu l-għan li jservi sabiex il-professjonisti legali Ewropej “jistenbħu” u jniedu djalogu dwar il-progress tal-inizjattivi leġiżlattivi tal-UE; f’dawn l-aħħar snin, ġie organizzat kważi kull sena, taħt il-patroċinju tal-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem.

L-aħħar aġġornament: 11/12/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Dwar in-Netwerks - Spanja

Kif jaħdem in-NĠE (Network Ġudizzjarju Ewropew) fi Spanja

Fi Spanja, skont l-Artikolu 33 tal-Liġi 16/2015 tas-7 ta’ Lulju 2015 dwar l-istatus tal-membru nazzjonali ta’ Spanja fil-Eurojust, il-kunflitti dwar ġurisdizzjoni, networks ta’ kooperazzjoni internazzjonali ġudizzjarja u l-istaff tal-Ministeru tal-Ġustizzja li jaħdem barra l-pajjiż, il-ħatra u t-tneħħija tal-punti ta’ kuntatt Spanjoli għan-networks internazzjonali ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja, skont it-termini tar-regoli li jwaqqfuhom, jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

Il-ħatra trid issir minn fost nies li għandhom esperjenza ppruvata fil-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali u għarfien tajjeb tal-Ingliż jew tal-Franċiż, fejn meħtieġ, u trid tiżgura, tal-inqas, li tirrapreżenta lill-ġudikatura, lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku (Ministerio Fiscal) u lill-Ministeru tal-Ġustizzja. Għal dan l-għan, hija r-responsabbiltà tal-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura (Consejo General del Poder Judicial) u tal-Prosekutur Ġenerali (Fiscal General del Estado) li jipproponu lill-Ministru tal-Ġustizzja l-ħatra u t-tneħħija tal-punti ta’ kuntatt għall-professjonijiet rilevanti. L-istatus tal-punt ta’ kuntatt jintemm hekk kif il-persuna kkonċernata tieqaf taħdem għall-istituzzjoni li tkun ipproponiet il-ħatra tagħha. Dan irid jiġi nnotifikat lill-Ministeru tal-Ġustizzja, li jkun jeħtieġlu javża lis-Segretarjat tan-Network.

Il-punti ta’ kuntatt Spanjoli għan-networks tal-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali huma intermedjarji attivi bil-kompitu li jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati differenti. Huma disponibbli għall-awtoritajiet Spanjoli rilevanti, kif ukoll għall-punti ta’ kuntatt l-oħrajn kollha, fejn jipprovdulhom informazzjoni legali u prattika meħtieġa għat-titjib tal-kooperazzjoni ġudizzjarja. Kull sena l-punti ta’ kuntatt Spanjoli jkun jeħtiġilhom jippreżentaw id-data statistika tagħhom dwar ħidmiethom lill-istituzzjoni li jaqgħu taħtha.

Punti ta’ kuntatt

Fi Spanja, il-punti ta’ kuntatt tan-Network jinsabu fil-Ministeru tal-Ġustizzja, fil-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura u fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali (Fiscalía General del Estado). Attwalment hemm tmien punti ta’ kuntatt, imqassma kif ġej:

  • Sitt punti ta’ kuntatt maħtura mill-Ministeru tal-Ġustizzja — tnejn fis-Subdirettorat-Ġenerali għall-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali (Subdirección General de Cooperación Jurídica Internacional) u erba’ reġistraturi tal-qorti (Letrados de la Administración de la Justicia);
  • punt ta’ kuntatt maħtur mill-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura;
  • punt ta’ kuntatt maħtur mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali.

Awtorità ċentrali

Fi Spanja, id-Direttorat Ġenerali għall-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali u d-Drittijiet tal-Bniedem (Dirección General de Cooperación Jurídica Internacional y Derechos Humanos) tal-Ministeru tal-Ġustizzja huwa l-awtorità ċentrali fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali f’materji ċivili u kummerċjali.

Maġistrati ta’ kollegament

Spanja diġà għandha dispożizzjoni fil-liġi li teħtieġ li maġistrati ta’ kollegament ewlenin ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jsiru punti ta’ kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew u jservu ta’ punti ta’ kuntatt skont l-Artikolu 34 tal-Liġi 16/2015 tas-7 ta’ Lulju 2015. Dan l-istatus jintemm malli jintemm l-istatus tagħhom bħala maġistrati ta’ kollegament. Spanja ħatret Maġistrat ta’ Kollegament fil-pajjiżi li ġejjin: Fi Franza, fir-Renju Unit, fl-Istati Uniti tal-Amerka u fil-Marokk.

Awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi oħra b’responsabbiltà għall-kooperazzjoni ġudizzjarja

Fi Spanja hemm fis-seħħ dawn il-mekkaniżmi interni b’responsabbiltà għall-kooperazzjoni ġudizzjarja legali:

  • In-Network Ġudizzjarju Spanjol għall-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali (Red Española de Cooperación Judicial Internacional, REJUE), li jaqa’ taħt il-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura, li għandu l-għan li jassisti lil korpi ġudizzjarji Spanjoli li jitolbu l-għajnuna fit-talbiet ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja maħruġa jew li jaslulhom fit-twettiq tal-attivitajiet ġudizzjarji tagħhom, u biex jgħin lil membri oħra tan-networks ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja. Il-membri tan-Network Ġudizzjarju Spanjol għall-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali jistgħu jagħmlu s-sħubija tagħhom f’dan in-network kumpatibbli mas-sħubija tagħhom fin-Networks Ewropej ta’ Kooperazzjoni Ġudizzjarja. Għalhekk, il-Maġistrati Spanjoli tan-Network Ġudizzjarju Spanjol għall-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali (Taqsima Ċivili) huma membri tan-Network Ġudizzjarju Ewropew f’materji ċivili u kummerċjali, fejn jiffaċilitaw il-kuntatti mal-kontropartijiet tagħhom f’pajjiżi oħra tan-network fil-qadi ta’ dmirijiethom.
  • In-Network tal-Prosekuturi għall-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali (Red de Fiscales de Cooperación Jurídica Internacional), imwaqqaf fl-2002 sabiex jipprovdi servizz li jispeċjalizza f’materji ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali f’kull uffiċċju ta’ Prosekutur Pubbliku.
  • Il-prosekuturi f’dan in-Network li huma esperti fil-kooperazzjoni internazzjonali jgħinu biex jiffokaw, jiggwidaw u jagħtu assistenza ġudizzjarja internazzjonali malajr u b’mod effettiv.
  • In-Network ta’ Reġistraturi tal-Qorti (Red de Letrados de la Administración de Justicia, RECILAJ) huwa struttura ta’ koordinazzjoni fuq livell nazzjonali mwaqqaf mill-Ministeru tal-Ġustizzja fl-2010. Huwa ffurmat minn reġistraturi tal-qorti li jispeċjalizzaw fil-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali u jgħinu lid-diversi Uffiċċji Ġudizzjarji (Oficinas udiciales) biex isolvu problemi u jwieġbu mistoqsijiet marbuta mal-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali.

Assoċjazzjonijiet professjonali

Fi Spanja dawn l-assoċjazzjonijiet professjonali li ġejjin jirrappreżentaw professjonisti legali li jikkontribwixxu b’mod dirett fl-applikazzjoni tal-atti tal-Unjoni u ta’ strumenti legali internazzjonali rigward il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali:

  • il-Kunsill Ġenerali tan-Nutara (Consejo General del Notariado)
  • il-Kunsill Ġenerali tal-Avukati Spanjoli (Consejo General de la Abogacía Española);
  • l-Assoċjazzjoni tar-Reġistraturi Kummerċjali u tal-Proprjetà fi Spanja (Colegio de Registradores de la Propiedad y Mercantiles de España);
  • il-Kunsill Ġenerali ta’ Rappreżentanti Legali fi Spanja (Consejo General de Procuradores de España)

Informazzjoni dwar in-Network

Il-Ministeru Spanjol tal-Ġustizzja, li jagħti informazzjoni dwar il-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali u l-Assistenza Ġudizzjarja Internazzjonali, jipprovdi ħolqa fuq is-sit tiegħu għan-Network Ġudizzjarju Ewropew f’materji ċivili u kummerċjali, disponibbli fuq: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.mjusticia.gob.es/cs/Satellite/Portal/es/area-internacional/cooperacion-juridica/auxilio-judicial-internacional

Il-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura fi Spanja jagħti informazzjoni dwar in-Network Ġudizzjarju Ewropew f’materji ċivili u kummerċjali fuq is-sit web tiegħu Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.poderjudicial.es/cgpj/es/Temas/Redes-Judiciales/Otras-redes-judiciales/Red-Judicial-Europea-Civil-y-Mercantil/, fejn hemm ukoll ħoloq għall-Atlas Ġudizzjarju Ewropew f’materji ċivili u kummerċjali, kif ukoll għall-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali jipprovdi informazzjoni dwar in-Network Ġudizzjarju Ewropew f’materji ċivili u kummerċjali fis-sit tiegħu Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaħolqa.

L-aħħar aġġornament: 22/04/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Dwar in-Netwerks - Franza

Fi Franza, imħallfin, avukati (avocats), nutara u marixxalli tal-qorti (huissiers de justice) huma parti min-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f’materji ċivili u kummerċjali. In-netwerk huwa madanakollu miftuħ għall-professjonijiet ġuridiċi kollha li jkollhom interess fiha, b’mod partikolari meta huma jipparteċipaw fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ materji ċivili u kummerċjali (skrivani tal-qorti (greffiers), kapijiet skrivani, imħallfin u skrivani tal-qrati kummerċjali).

Il-punt nazzjonali ta’ kuntatt huwa imħallef, li għandu esperjenza fil-qorti u li jaħdem fid-Dipartiment tal-Affarijiet Ċivili tal-Ministeru tal-Ġustizzja. Huwa/hija parti mill-Uffiċċju tal-liġi Ewropea, id-dritt internazzjonali privat u assistenza legali ċivili, li hija wkoll l-awtorità ċentrali għall-applikazzjoni ta’ diversi ftehimiet ta’ kooperazzjoni internazzjonali fir-rigward ta’ kwistjonijiet ċivili u kummerċjali.

F’kull Qorti tal-Appell u fi ħdan il-Qorti tal-Kassazzjoni, ‘Imħallef ta’ rappurtar” (jew “punt ta’ kuntatt lokali”) jiġi maħtur. Ir-rwol tiegħu/tagħha huwa li jiffaċilita, f'livell lokali, ir-riżoluzzjoni ta’ diffikultajiet ta' kooperazzjoni li jqumu permezz tan-netwerk u li jipprovdi informazzjoni lill-ġudikatura rigward it-tħaddim ta’ strumenti dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja ċivili u b’mod ġenerali dwar il-liġi tal-UE. L-imħallfin rapporteurs fil-Qrati tal-Appell u l-Qorti tal-Kassazzjoni jistgħu wkoll jinformaw il-punt ta’ kuntatt nazzjonali dwar id-diffikultajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea. Il-punt ta’ kuntatt nazzjonali, imbagħad jgħaddi l-informazzjoni lil ħaddieħor.

Il-Marixxalli tal-Qorti (huissiers de justice) huma rappreżentati mill-Kamra Nazzjonali tal-Uffiċjali Ġudizzjarji.

Avukati (avocats) huma rappreżentati mid-Delegazzjoni tal-Assoċjazzjonijiet tal-Avukati Franċiżi (Delegazzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Assoċjazzjonijiet tal-Avukati ta' Brussell).

Nutara (notaires) huma rappreżentati mill-Kamra nazzjonali tan-nutara.

Imħallfin ta' kollegament Franċiżi li jaħdmu f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea huma wkoll parti min-netwerk, bħalma huma l-awtoritajiet ċentrali maħtura għall-applikazzjoni ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni ċivili u kummerċjali.

Darba fis-sena, f’data qrib il-Jum Ewropew tal-Ġustizzja, il-membri kollha tan-netwerk Franċiż jiltaqgħu f’Pariġi sabiex jirrevedu l-attivitajiet tan-netwerk u biex jiddiskutu l-iżviluppi fil-liġi tal-UE u l-implimentazzjoni tagħha fir-rigward ta’ materji ċivili u kummerċjali.

L-aħħar aġġornament: 08/08/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Dwar in-Netwerks - il-Kroazja

Fir-Repubblika tal-Kroazja, żewġ punti ta’ kuntatt joperaw fil-qafas tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f’Materji Ċivili u Kummerċjali.

Il-punti ta’ kuntatt huma impjegati fid-Direttorat għall-Affarijiet Ewropej, il-Kooperazzjoni Internazzjonali u Ġudizzjarja u fid-Dipartiment għall-Assistenza Legali Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja f’Materji Ċivili tal-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Kroazja.

Fid-Dipartiment imsemmi l-aħħar, il-punti ta’ kuntatt għandhom diversi uffiċjali li jassistuhom sabiex il-ħidma fil-qafas tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f’materji Ċivili u Kummerċjali (NĠE) titwettaq effettivament bis-saħħa tal-ħidma f’tim tal-uffiċjali fid-Dipartiment għall-Assistenza Legali Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja f’Materji Ċivili, li dawn iwettqu flimkien ma’ ħidma oħra fl-ambitu tal-attivitajiet tad-Dipartiment.

Minkejja li ma hemm l-ebda netwerk nazzjonali formali fir-Repubblika tal-Kroazja, il-punti ta’ kuntatt jikkooperaw mal-imħallfin u ma’ esperti oħra fil-qafas tal-Ministeru tal-Ġustizzja u ma’ awtoritajiet kompetenti oħra, professuri tal-liġi, nutara u esperti oħra u ġuristi f’oqsma ġuridiċi differenti. Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u ż-Żgħażagħ huwa involut ukoll fit-tħaddim tan-netwerk u bħala awtorità ċentrali għal xi regolamenti, jipparteċipa b’mod attiv fil-laqgħat tan-netwerk organizzati mill-Kummissjoni Ewropea. In-netwerk huwa miftuħ għall-ġuristi kollha li jixtiequ u li jkunu interessati li jieħdu sehem fl-applikazzjoni tal-istrumenti ġuridiċi Ewropej fir-Repubblika tal-Kroazja.

Il-komunikazzjoni fir-Repubblika tal-Kroazja sseħħ permezz tal-posta elettronika u tat-telefown, u jsiru laqgħat skont il-bżonn.

Il-komunikazzjoni mal-punti ta’ kuntatt fi Stati Membri oħra sseħħ permezz tal-posta elettronika, u l-punti ta’ kuntatt u l-membri l-oħra tan-netwerk jipparteċipaw regolarment fil-laqgħat tan-NĠE organizzati mill-Kummissjoni Ewropea.

Billi l-Ministeru tal-Ġustizzja huwa l-awtorità ċentrali għar-regolamenti individwali, il-punti ta’ kuntatt jaqdu l-funzjonijiet tal-awtorità ċentrali, jittrażmettu u jwieġbu d-domandi tal-punti ta’ kuntatt minn Stati Membri oħra (f’kooperazzjoni mal-imħallfin u ġuristi u esperti oħra, f’każ ta’ bżonn), jikkomunikaw id-data mitluba lill-Kummissjoni u jwettqu l-ħidma meħtieġa għall-pubblikazzjoni tal-informazzjoni fil-portals rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea. Il-punti ta’ kuntatt iqassmu l-pubblikazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea lill-qrati, liċ-ċittadini u lill-gruppi oħra fil-mira u jirsistu sabiex in-netwerk jingħata viżibbiltà akbar.

Kuntatti: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaEJNcontact@pravosudje.hr

L-aħħar aġġornament: 05/11/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna it-Taljan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Dwar in-Netwerks - Italja

In-network ġudizzjarju Taljan huwa bbażat fil-Ministeru tal-Ġustizzja, fl-Uffiċċju għall-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali fid-Dipartiment tal-Affarijiet Ġudizzjarji tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-Italja.

Hemm sitt punti ta’ kuntatt.

Il-punt ta’ kuntatt ta’ koordinazzjoni huwa mħallef kwalifikat.

Il-punti ta’ kuntatt huma f’kuntatt kostanti ma’ membri oħra tan-network, li jikkollaboraw magħhom fl-ipproċessar ta’ talbiet għal kooperazzjoni jew fit-tħejjija ta’ skedi prattiċi sabiex jiġu ppubblikati fuq il-Portal tal-Ġustizzja Elettronika.

Il-membri l-oħra tan-network Taljan huma:

- id-Dipartiment tal-Ġustizzja għall-Minorenni u Komunitarja (Dipartimento per la giustizia minorile e di comunità)

- id-Direttorat Ġenerali għas-Sistemi ta’ Informazzjoni Awtomatizzati (Direzione generale per i sistemi informativi automatizzati, punt ta’ kuntatt għall-Portal tal-Ġustizzja Elettronika)

- l-awtorità ċentrali għan-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji

- il-Kunsill Nazzjonali tal-Kamra tal-Avukati (Consiglio Nationale Forense) u

- il-Kunsill Taljan tan-Nutara (Consiglio Italiano del Notariato).

Il-punti ta’ kuntatt għan-NĠE għandhom rabtiet ukoll ma’

- il-Kulleġġ Ġudizzjarju (Scuola Superiore della Magistratura)

- il-fergħa Taljana tan-network taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi (ECC-Net)

- l-istruttura fl-Italja tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u

- Pietro Franzina, professur tad-dritt internazzjonali privat fl-Università Kattolika ta’ Sacro Cuore, espert li jagħti pariri lill-punti ta’ kuntatt.

Bħala regola, il-membri Taljani tan-network jiltaqgħu darba fis-sena.

Il-punti ta’ kuntatt jipprovdu assistenza lill-qrati u lill-uffiċjali tal-liġi li jittrattaw kwistjonijiet transfruntiera.

Il-pubblikazzjonijiet kollha mibgħuta mill-Kummissjoni (fuljetti, sommarji ta’ informazzjoni, eċċ.) jitqassmu lill-qrati, lill-uffiċjali tal-liġi u lill-partijiet ikkonċernati.

Xi kultant, il-punti ta’ kuntatt jirċievu delegazzjonijiet minn Stati Membri oħra li jżuru l-Italja bħala parti mit-taħriġ ġudizzjarju tagħhom.

Issir referenza għan-network fis-sit tal-Ministeru tal-Ġustizzja: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.giustizia.it/giustizia/it/mg_2_1_2_1.wp?previsiousPage=mg_14_7

Lista ta’ awtoritajiet li jittrattaw ir-regolamenti l-iktar rilevanti għall-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali:

- ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta’ Mejju 2001;

- id-Direttiva 8/2003 dwar għajnuna legali

Fiż-żewġ każijiet, l-awtorità ċentrali fl-Italja hija:

il-Ministeru tal-Ġustizzja (Ministero della Giustizia)

id-Dipartiment tal-Affarijiet Ġudizzjarji (Dipartimento Affari di Giustizia)

Id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja - Uffiċċju I Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali (Direzione Generale degli Affari internazionali e della Cooperazione Giudiziaria – Ufficio I (Cooperazione Giudiziaria Internazionale)),

Via Arenula 70,

00186 Ruma

Telefown: +39 06 68852480 +39 06 68852517

Faks: +39 06 68897529

email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaufficio2.dgcivile.dag@giustizia.it

- Ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar in-notifika ta’ dokumenti

L-awtorità ċentrali fl-Italja hija:

Uffiċċju Uniku tal-Uffiċjali Ġudizzjarji fil-Qorti tal-Appell ta’ Ruma (Ufficio Unico degli Ufficiali Giudiziari presso la Corte d’Appello di Roma)

Viale Giulio Cesare, 52,

00192 Ruma

Telefown: +39 06 328361

Faks: Faks:+39 06 328367933

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 (“Brussell IIa” jew “Brussels II bis”)

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 (l-obbligi ta’ manteniment)

L-awtorità ċentrali fl-Italja hija:

il-Ministeru tal-Ġustizzja (Ministero della Giustizia)

- id-Dipartiment tal-Ġustizzja għall-Minorenni u Komunitarja (Dipartimento per la giustizia minorile e di comunità),

Via Damiano Chiesa, 24,

00136 Ruma

Telefown: +39 06 68188 535/331/326

Faks: +39 06 68808085

email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaautoritacentrali.dgmc@giustizia.it

L-aħħar aġġornament: 20/01/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Dwar in-Netwerks - Ċipru

F’Ċipru, in-netwerk huwa organizzat minn punti ta’ kuntatt nazzjonali (NCPs) li jinnominaw. Bħalissa hemm sitt (6) NCPs: imħallef wieħed, żewġ avukati fl-Uffiċċju Legali tar-Repubblika ta’ Ċipru, żewġ uffiċjali fil-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Ordni Pubbliku (uffiċjal legali wieħed u uffiċjal amministrattiv wieħed) u membru wieħed tal-Kamra tal-Avukati ta’ Ċipru.

L-NCPs tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Ordni Pubbliku huma responsabbli sabiex jikkoordinaw is-sitt NCPs. Meta tasal mistoqsija jew talba għal informazzjoni min-netwerk jew inkella talba mill-punti ta’ kuntatt nazzjonali ta’ Stat Membru ieħor, l-NCPs tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Ordni Pubbliku jiżguraw li t-talba tintbagħat u li tiġi diskussa mal-NCPs l-oħrajn, sabiex jiġi deċiż liema Awtorità jew Aġenzija Ċiprijotta għandha tiġi nnominata sabiex tittratta t-talba jew tipprovdi l-informazzjoni mitluba.

L-aħħar aġġornament: 19/07/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Dwar in-Netwerks - Latvja

Il-punti ta’ kuntatt tan-Netwerk Nazzjonali huma d-direttur tad-Dipartiment tal-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-avukat tad-Dipartiment tal-Kooperazzjoni Internazzjonali tal-Ministeru tal-Ġustizzja, li jissodisfaw ukoll il-funzjonijiet ta’ rappreżentant tal-korp ċentrali. Il-funzjonijiet ewlenin tal-punti ta’ kuntatt huma:

- li jiġi żgurat li l-awtoritajiet ġudizzjarji lokali jirċievu informazzjoni ġenerali dwar l-istrumenti Komunitarji u internazzjonali relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, u li tiġi pprovduta l-informazzjoni meħtieġa għall-kooperazzjoni b’suċċess tal-awtoritajiet ġudizzjarji bejn l-Istati Membri biex jgħinuhom fil-preparazzjoni ta’ talbiet ta’ awtorità legali fattibbli għal assistenza ġudizzjarja;

- li jinstabu soluzzjonijiet għal kwistjonijiet li jistgħu jinqalgħu b’rabta mat-talbiet għal kooperazzjoni ġudizzjarja;

- li jintuża s-sit web tan-netwerk biex jiġi infurmat il-pubbliku ġenerali dwar il-kooperazzjoni ta’ awtorità ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali fl-Unjoni Ewropea, u strumenti Komunitarji u internazzjonali rilevanti;

- li jkun hemm kooperazzjoni fl-organizzazzjoni ta’ laqgħat tan-netwerk u li jkun hemm parteċipazzjoni fihom;

- li jkun hemm għajnuna fit-tħejjija u l-aġġornament tal-informazzjoni maħsuba għall-pubbliku ġenerali;

- li tiġi żgurata l-kooperazzjoni fost il-membri tan-netwerk fil-livell nazzjonali.

Skont is-suġġett diskuss, il-punt ta’ kuntatt jistieden ukoll esperti minn istituzzjonijiet oħra biex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom f’laqgħat tan-netwerk. Pereżempju, saru żjarat bħal dawn u mal-punt ta’ kuntatt minn diversi mħallfin, rappreżentanti tal-Ministeru tal-Ġustizzja li jaħdmu f’diversi oqsma ta’ kompetenza, nutara, medjaturi ċċertifikati, rappreżentanti tal-Fond ta’ Garanzija tal-Manutenzjoni, rappreżentanti tal-Kamra tal-Bailiffs u persunal akkademiku.

L-aħħar aġġornament: 16/04/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Dwar in-Netwerks - Litwanja

Il-persuna ta’ kuntatt għan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f’materji ċivili u kummerċjali huwa l-avukat fil-Grupp tad-Dritt Internazzjonali tal-Ministeru tal-Ġustizzja, li jwettaq ukoll il-funzjonijiet tal-awtorità ċentrali jew kompetenti prevista fl-istrumenti tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili. Minbarra dawn il-funzjonijiet, il-persuna ta’ kuntatt twettaq ukoll funzjonijiet relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, kif stabbilit kemm fl-istrumenti tal-UE kif ukoll fit-trattati multilaterali u bilaterali, u tieħu sehem ukoll fl-attivitajiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-gruppi ta’ ħidma tal-Kummissjoni Ewropea li jittrattaw kwistjonijiet ċivili.

L-ebda struttura ġudizzjarja nazzjonali formali li tgħaqqad flimkien il-membri tan-Netwerk Nazzjonali ma ġiet stabbilita fil-Litwanja. Il-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni dwar kwistjonijiet marbuta man-Netwerk normalment isiru fuq bażi ad hoc permezz tal-posta elettronika.

L-informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-laqgħat tan-Netwerk u kwistjonijiet oħra relatati mal-attivitajiet tan-Netwerk tiġi rċevuta mill-persuna ta’ kuntatt tan-Netwerk maħtura fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja, li mbagħad jgħaddi din l-informazzjoni lill-awtoritajiet jew lill-qrati nazzjonali kompetenti (permezz tal-Amministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali) skont il-kwistjoni jew is-suġġett tal-laqgħa. Dan jiżgura li l-informazzjoni u l-mistoqsijiet dwar in-Netwerk jaslu għand il-korp xieraq.

Meta meħtieġ, il-persuna ta’ kuntatt u r-rappreżentanti tal-awtoritajiet u l-qrati kompetenti nazzjonali jibqgħu f’kuntatt ma’ xulxin u jittrattaw il-problemi mhux biss bil-posta elettronika iżda wkoll bit-telefon. Il-persuna ta’ kuntatt għandha twieġeb personalment għall-mistoqsijiet ippreżentati minn persuni ta’ kuntatt f’pajjiżi oħra jew minnufih tibgħathom lill-awtorità kompetenti sabiex tkun tista’ tibgħat tweġiba; il-persuna ta’ kuntatt tikkoordina wkoll it-trażmissjoni ta’ tweġiba lill-kollega li tkun għamlet il-mistoqsija. Il-persuna ta’ kuntatt tgħin ukoll lill-qrati biex iwieġbu għal mistoqsijiet prattiċi dwar il-kooperazzjoni ma’ Stati Membri oħra li jirriżultaw fil-kors tal-attivitajiet tagħhom u tidderieġi r-rappreżentanti tal-qorti jew ir-rikorrenti lejn it-taqsima rilevanti tal-Portal tal-Ġustizzja Elettronika biex ifittxu informazzjoni rilevanti.

Fil-Litwanja, il-membri tan-Netwerk u/jew l-awtoritajiet ċentrali responsabbli għat-twettiq tal-funzjonijiet stabbiliti fir-Regolament huma l-Ministeru tal-Ġustizzja (u d-dipartimenti interni rispettivi tiegħu), il-maġistrati ta’ kollegament, l-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Qrati, is-Servizz tal-Għajnuna Legali garantit mill-Istat, is-Servizz Statali għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Minuri u għall-Adozzjoni, il-Kamra tal-Marixxalli Litwana, il-Kamra tan-Nutara Litwana, u l-fergħa Mažeikiai tal-Bord Statali tal-Fond tal-Assigurazzjoni Soċjali.

L-aħħar aġġornament: 10/04/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Dwar in-Netwerks - Ungerija

Id-Dipartiment tad-Dritt Internazzjonali Privat tal-Ministeru tal-Ġustizzja (Igazságügyi Minisztérium Nemzetközi Magánjogi Főosztálya) jaġixxi bħala l-punt ta’ kuntatt fl-Ungerija, b’diversi uffiċjali fid-dipartiment li jaqdu l-funzjonijiet korrispondenti fost id-doveri l-oħra tagħhom.

Bħala awtoritajiet ċentrali, il-Ministeru tal-Ġustizzja (id-Dipartiment tad-Dritt Internazzjonali Privat) u l-Ministeru tar-Riżorsi Umani (Emberi Erőforrások Minisztériuma) huma membri tan-Netwerk. L-Uffiċċju Ġudizzjarju Nazzjonali (Országos Bírósági Hivatal) bħala korp ġudizzjarju ieħor, il-Kamra Nazzjonali tan-Nutara tal-Ungerija (Magyar Országos Közjegyzői Kamara), il-Kamra tal-Avukati Ungeriża (Magyar Ügyvédi Kamara) u l-Kamra tal-Marixxalli tal-Qorti tal-Ungerija (Magyar Bírósági Végrehajtói Kamara), bħala assoċjazzjonijiet professjonali, huma wkoll membri tan-Netwerk. Ir-rappreżentanti tal-membri ta’ sikwit jattendu l-laqgħat tan-Netwerk, ovvjament skont xi tkun l-aġenda tal-laqgħat.

L-Ungerija ma għandhiex netwerk nazzjonali formali tal-membri Ungeriżi tan-Netwerk. Il-kooperazzjoni fost il-membri sseħħ fuq bażi ad hoc skont u meta jinħass il-bżonn.

Ir-riżorsi li fihom informazzjoni prattika dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja ċivili fl-UE u ma’ Stati terzi, elaborati mid-Dipartiment tad-Dritt Internazzjonali Privat tal-Ministeru tal-Ġustizzja, huma disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida hawnhekk.

L-aħħar aġġornament: 12/12/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Dwar in-Netwerks - Malta

Bħalissa hemm tliet (3) punti ta' kuntatt tal-EJN f'Malta. Il-koordinament bejn dawn il-punti ta' kuntatt huwa żgurat mill-fatt li dawn il-punti ta' kuntatt jaħdmu fl-istess uffiċċju u jikkooperaw ma' xulxin il-ħin kollu rigward kull suġġett li jinqala' mill-operazzjoni tan-netwerk f'Malta. Dawn il-punti ta' kuntatt stabbilew sistemi ta' kooperazzjoni bejniethom, li jfissru iktar effiċenza fit-tħaddim tan-netwerk, speċjalment meta jipprovdu informazzjoni lil prattikanti privati li jitolbuhom l-informazzjoni.

Dwar in-netwerk nazzjonali

  • Għajnuna Legali

L-Awtorità ta' Trażmissjoni u li Tirċievi fil-qasam tal-Għajnuna Legali hija l-Avukat tal-Għajnuna Legali, li jopera mir-reġistru tal-Qrati Ċivili, il-Qorti, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta, Malta.

  • In-notifika tad-Dokumenti

L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, li jinsab Il-Palazz, Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta jaġixxi bħala l-Awtorità Ċentrali kemm bħala Aġenzija ta' Trażmizzjoni kif ukoll bħala Aġenzija li Tirċievi fil-qasam tan-notifika tad-dokumenti. Huwa jieħu ħsieb li jibgħat formoli ta' talbiet u jirċievi dokumenti għan-notifika lil aġenziji ta' trażmissjoni barranin u dawn id-dokumenti mbagħad jingħaddew lil persuna inkarigata fil-Qorti għan-notifika skont il-liġijiet proċedurali ta' Malta applikabbli għan-notifika tad-dokumenti.

Bħala parti mill-attivitajiet tagħha waqt in-notifika tad-dokumenti, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali fil-kapaċità tiegħu ta' Aġenzija ta' Trażmizzjoni u/jew li Tirċievi, jikkoopera wkoll mar-rikorrenti u/jew ir-rappreżentant legali tagħhom sakemm issir in-notifika.

  • Talbiet Żgħar

Il-forum kompetenti għal din it-taqsima huwa t-Tribunal għal Talbiet Żgħar, li jopera mill-Qorti, il-Belt Valletta. L-appelli għad-deċiżjonijiet ta' dan it-Tribunal, imbagħad, jinstemgħu mill-Qorti tal-Appell fil-Ġuriżdizzjoni Inferjuri tagħha, li wkoll topera mill-Qorti, il-Belt Valletta.

L-awtorità kompetenti f'kull każ tiddependi mir-residenza tal-persuna li l-eżekuzzjoni qed tintalab kontriha. Il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) u l-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) għandhom kompetenza fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' eżekuzzjoni u anke għall-finijiet tal-Artikolu 23, skont l-Artikolu 10(4) tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar (il-Kapitolu 380 tal-Liġijiet ta' Malta).

  • Il-Ġbir tal-Provi

Il-Korp Ċentrali huwa l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, il-Belt Valletta.

Il-Qrati Mitluba huma:

  1. Il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili
  2. Il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja)
  3. Il-Qorti tal-Maġistrati (Malta)
  4. Il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) (Ġuriżdizzjoni Superjuri) jew (Ġuriżdizzjoni Inferjuri)

Il-Qrati għandhom il-ġuriżdizzjoni li jeżegwixxu ittri ta' talba li jsiru skont it-termini tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali.

L-aħħar aġġornament: 22/05/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Dwar in-Netwerks - Olanda

Punti ta’ kuntatt u membri tan-Netwerk fin-Netherlands

Fin-Netherlands ġie stabbilit punt ta’ kuntatt ċentrali fil-Ministeru tas-Sigurtà u l-Ġustizzja. Ġie appuntat ukoll punt ta’ kuntatt għall-materji ta’ ġuriżdizzjoni.

Flimkien mal-punti ta’ kuntatt, l-assoċjazzjonijiet professjonali għall-professjonijiet ġuridiċi liberi (avukati, servizzi notarili u marixxalli tal-qorti) huma wkoll membri tan-Netwerk.

Abbażi ta’ diversi regolamenti (inkluż ir-Regolament (KE) Nru 2201/2003, ir-Regolament (KE) Nru 4/2009 u r-Regolament (KE) Nru 1393/2001), l-awtoritajiet ċentrali huma wkoll membri tan-Netwerk.

Il-komunikazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea (f’dan il-każ, is-segretarjat tan-NĠE-ċivil) normalment isseħħ permezz tal-punt ta’ kuntatt ċentrali. Dan jiggarantixxi li, fejn ikun ta’ rilevanza, l-informazzjoni u l-mistoqsijiet jaslu għand l-awtorità t-tajba.

Il-punti ta’ kuntatt u l-membri, b’mod partikolari l-awtoritajiet ċentrali, ta’ sikwit jikkomunikaw direttament bejniethom u mal-punti ta’ kuntatt u l-membri fi Stati Membri oħra.

Il-membri jiġu mistiedna jieħdu sehem fil-laqgħat tan-Netwerk, skont il-punti li jkun hemm fuq l-aġenda.

Il-punti ta’ kuntatt u l-membri Netherlandiżi jorganizzaw ukoll laqgħa annwali. Din il-laqgħa sservi ta’ opportunità għad-diskussjoni tal-attivitajiet tan-Netwerk u għall-eżaminar ta’ oqsma li fihom jista’ jsir titjib fil-komunikazzjoni reċiproka.

L-aħħar aġġornament: 16/11/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Dwar in-Netwerks - Awstrija

L-Awstrija stabbiliet fid-Dipartiment I 9 tal-Ministeru Federali tal-Affarijiet Kostituzzjonali, ir-Riformi, id-Deregulazzjoni u l-Ġustizzja (Bundesministerium für Verfassung, Reformen, Deregulierung und Justiz) punt ta’ kuntatt ċentrali li jindirizza mistoqsijiet legali minn punti ta’ kuntatt barranin magħmula permezz tan-netwerk, iwettaq diversi kompiti relatati mal-organizzazzjoni u l-koordinazzjoni u jorganizza u jeditja l-entrati Awstrijaċi għall-iskedi informattivi tan-netwerk li jiġu ppubblikati fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja.

Barra minn hekk, ġew innominati żewġ imħallfin bħala punti ta’ kuntatt għal kull waħda mill-erba’ ġuriżdizzjonijiet (tlieta għall-ġuriżdizzjoni ta’ Vjenna) tal-Qorti Reġjonali Superjuri (Oberlandesgericht). Huma jipprovdu assistenza u appoġġ lill-punti ta’ kuntatt barranin u lill-qrati Awstrijaċi f’kawżi individwali li jinvolvu kooperazzjoni ġudizzjarja transfruntiera (bħal meta jkun hemm diffikultajiet fil-kumpilazzjoni tax-xhieda transfruntiera jew fin-notifika tad-dokumenti). Għalhekk, f’każijiet bħal dawn, il-punti ta’ kuntatt barranin għandhom jikkuntattjaw lill-punt ta’ kuntatt ġudizzjarju lokali rilevanti u mhux lill-punt ta’ kuntatt ċentrali fil-Ministeru Federali tal-Affarijiet Kostituzzjonali, ir-Riformi, id-Deregulazzjoni u l-Ġustizzja. Il-ġuriżdizzjoni tal-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Vjenna tinkludi l-provinċji ta’ Vjenna, l-Awstrija t’Isfel u Burgenland, dik tal-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Linz tinkludi l-provinċji tal-Awstrija ta’ Fuq u Salzburg, dik tal-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Innsbruck tinkludi l-provinċji ta’ Tirol u Vorarlberg u l-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Graz hija responsabbli għall-provinċji ta’ Steiermark u Kärnten.

L-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-punti ta’ kuntatt Awstrijaċi tan-NĠE jistgħu jiġu aċċessati permezz tal-ħolqa li ġejja: https://e-justice.europa.eu/contactPoint.do

Individwi privati/partijiet fil-proċedimenti jew ir-rappreżentanti legali tagħhom ma jistgħux jikkuntattjaw lill-punti ta’ kuntatt tan-netwerk direttament. Madankollu, huma jistgħu jitolbu lill-imħallef li jmexxi l-proċedimenti sabiex jirreferihom għal punt ta’ kuntatt.

Il-Kamra tal-Avukati Awstrijaka (Österreichische Rechtsanwaltskammertag) u l-Kamra tan-Nutara Awstrijaka (Österreichische Notariatskammer) ilhom jagħmlu parti min-NĠE mill-1 ta’ Jannar 2011; madankollu, skont id-Deċiżjoni tan-NĠE tat-28 ta’ Mejju 2001 (2001/470/KE), kif emendat bid-Deċiżjoni 568/2009/KE tat-18 ta’ Ġunju 2009, ma għandhomx il-kompetenza biex jittrattaw każijiet individwali.

Österreichischer Rechtsanwaltskammertag
1010 Wien, Tuchlauben 12
Tel.: +43/1/535-1275, Faks: +43/1/535-1275-13
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidarechtsanwaelte@oerak.at
Lingwi: Il-Ġermaniż u l-Ingliż

Österreichische Notariatskammer
1010 Wien, Landesgerichtsstraße 20
Tel.: +43/1/4024-5090, Faks: +43/1/406-3475
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidakammer@notar.or.at
Lingwi: Il-Ġermaniż, il-Franċiż u l-Ingliż

L-aħħar aġġornament: 22/04/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Dwar in-Netwerks - Polonja

Fil-Polonja, l-uniku punt ta' kuntatt tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew jinsab fil-Ministeru tal-Ġustizzja.

L-aħħar aġġornament: 11/04/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Dwar in-Netwerks - Portugall

Il-Punt ta' Kuntatt

Il-Portugall ħatar punt ta' kuntatt għall-NĠE-ċivil (in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropea fl-oqsma ċivili u kummerċjali). Il-punt ta' kuntatt huma mħallef maħtur mill-Kunsill Suprem tal-Ġudikatura (Conselho Superior da Magistratura) permezz ta' kompetizzjoni.

In-Netwerk Nazzjonali

In-netwerk nazzjonali huwa ffurmat minn: awtoritajiet ċentrali skont l-istrumenti legali tal-UE, strumenti legali internazzjonali oħra li tagħhom huwa parti l-Portugall jew dispożizzjonijiet legali nazzjonali fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fl-oqsma ċivili u kummerċjali; awtoritajiet amministrattivi b'responsabbiltajiet fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fl-oqsma ċivili u kummerċjali; u l-assoċjazzjonijiet professjonali li jirrappreżentaw lill-professjonisti legali involuti direttament fl-eżekuzzjoni tal-istrumenti internazzjonali u tal-UE marbuta mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fl-oqsma ċivili u kummerċjali.

In-netwerk nazzjonali ma jinkludix imħallfin ta' kuntatt jew esperti.

Membri Nazzjonali tan-Netwerk

Minbarra l-punt ta' kuntatt, l-istruttura nazzjonali tan-netwerk tinkludi 12-il membru:

  • Id-Direttorat-Ġenerali għall-Politika tal-Ġustizzja (Direcção-Geral da Política de Justiça)
  • Id-Direttorat-Ġenerali għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja (Direcção-Geral da Administração da Justiça)
  • Id-Direttorat-Ġenerali għas-Servizzi tal-Ħabs u r-Riintegrazzjoni (Direcção-Geral de Reinserção e Serviços Prisionais)
  • L-Istitut tar-Reġistrazzjoni u l-Affarijiet Nutarili (Instituto dos Registos e do Notariado, I.P.)
  • L-Istitut tal-Ġestjoni Finanzjarja u l-Infrastruttura tal-Ġustizzja (Instituto de Gestão Financeira e Equipamentos da Justiça, I.P.)
  • Il-Kunsill tal-Medjaturi (Conselho dos Julgados de Paz)
  • L-Istitut tas-Sigurtà Soċjali (Instituto de Segurança Social, I.P.)
  • Il-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Vittmi ta’ Reati (Comissão de Protecção às Vítimas de Crimes)
  • Imħallef min-Netwerk Internazzjonali tal-Aja tal-Imħallfin
  • Il-Kamra tal-Avukati (Ordem dos Advogados)
  • L-Assoċjazzjoni tas-Solicitors u l-Aġenti ta' Eżekuzzjoni (Ordem dos Solicitadores e dos Agentes de Execução)
  • L-Assoċjazzjoni tan-Nutara (Ordem dos Notários)

L-Awtoritajiet Ċentrali

Mill-membri msemmija hawn fuq, li ġejjin huma awtoritajiet ċentrali jew entitatjiet li jistgħu iwettqu ċertu kompiti previsti fil-liġi tal-UE:

Id-Direttorat-Ġenerali għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja - il-Ministeru tal-Ġustizzja

  • Ir-Regolament (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008
  • Ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tat-13 ta’ Novembru 2000
  • Ir-Regolament (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta’ Mejju 2001
  • Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1965 dwar in-Notifika barra mill-Pajjiż ta' Dokumenti Ġudizzjarji u Extraġudizzjarji fi Kwistjonijiet Ċivili jew Kummerċjali
  • Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1970 dwar it-Teħid ta’ Evidenza Barra mill-Pajjiż f’Materji Ċivili jew Kummerċjali
  • Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-2007 dwar l-Irkupru Internazzjonali tal-Manteniment għat-Tfal u Forom Oħra ta’ Manteniment tal-Familja
  • Il-Konvenzjoni ta' New York tal-1956 dwar l-Irkupru Barra mill-Pajjiż tal-Manteniment

Id-Direttorat-Ġenerali għas-Servizzi tal-Ħabs u r-Riintegrazzjoni - Ministeru tal-Ġustizzja

  • Ir-Regolament (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003
  • Il-Konvenzjoni tal-Aja dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri
  • Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996 dwar il-Ġuriżdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Eżekuzzjoni u l-Kooperazzjoni fir-Rigward tar-Responsabbiltà tal-Ġenituri u l-Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal

L-Istitut tal-Uffiċċji tar-Reġistri u n-Nutara - Ministeru tal-Ġustizzja

  • Ir-Regolament (KE) Nru 650/2012 tal-4 ta’ Lulju 2012

L-Istitut tas-Sigurtà Soċjali – Ministeru għas-Solidarjetà u s-Sigurtà Soċjali (Ministério da Solidariedade e da Segurança Social)

  • Id-Direttiva 2003/8/KE tas-27 ta’ Jannar 2003

Il-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Vittmi ta’ Reati - Ministeru tal-Ġustizzja

  • Id-Direttiva 2004/80/KE tad-29 ta’ April 2004

L-Uffiċċju tal-Prosekutur-Ġenerali

  • Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-2000 dwar il-Protezzjoni Internazzjonali tal-Adulti

Il-Koordinazzjoni tan-Netwerk Nazzjonali fi struttura deċentralizzata

Fil-Portugall, in-netwerk nazzjonali għandu struttura deċentralizzata Il-koordinament, li huwa assigurat mill-punt ta' kuntatt, huwa bbażat fuq il-kooperazzjoni volontarja bejn il-membri nazzjonali. Il-membri nazzjonali jipparteċipaw regolarment f'laqgħat trimestrali organizzati mill-punt ta' kuntatt. Kull fejn l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE teħtieġ bidliet fis-sistema nazzjonali, isiru laqgħat li għalihom jistgħu jattendu biss il-membri nazzjonali kkonċernati.

In-netwerk ma jinkludix l-esperti. Jekk għal kwistjoni partikolari jkun hemm bżonn l-opinjoni ta' espert, il-punt ta' kuntatt jitlob il-kooperazzjoni tal-aktar awtorità nazzjonali xierqa fuq bażi informali u volontarja. Il-membri nazzjonali kollha jiġu mħeġġa regolarment mill-punt ta' kuntatt biex jikkooperaw fl-oqsma speċifiċi fil-kompetenza u responsabbiltà tagħhom rigward il-kooperazzjoni ġudizzjarja f'oqsma ċivili u kummerċjali.

L-aħħar aġġornament: 09/11/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Dwar in-Netwerks - Rumanija

In-Netwerk tal-Korrispondenti Lokali għall-Assistenza Ġudizzjarja Internazzjonali (Rețeaua de corespondenți locali în domeniul asistenței judiciare internaționale) twaqqaf fl-2001 wara Ordni tal-Ministeru tal-Ġustizzja, ibbażata fuq il-mudell tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew. F'Marzu 2004, wara żewġ ordnijiet tal-Ministeru tal-Ġustizzja, in-Netwerk ġie riorganizzat f'żewġ netwerks speċjalizzati: in-Netwerk Ġudizzjarju Rumen f'materji kriminali (Rețeaua Judiciară Română în materie penală, li jikkorrispondi man-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew) u n-Netwerk Ġudizzjarju Rumen f'materji ċivili u kummerċjali (Rețeaua Judiciară Română în materie civilă și comercială, li jikkorrispondi man-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f'materji ċivili u kummerċjali. Iż-żewġ netwerks ġew riorganizzati għadd ta’ drabi (fl-2005, fl-2007, fl-2010, fl-2014, fl-2016 u fl-2019), wara emendi għal-liġi tal-UE rilevanti u bidliet fil-persunal li jaħdem fis-sistema ġudizzjarja nazzjonali.

L-aħħar aġġornament sar bl-Ordni Nru 1929/C tal-Ministeru tal-Ġustizzja tad-29 ta' Mejju 2014 b'konformità mad-Deċiżjoni Nru 568/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE tat-28 ta' Mejju 2001. L-Ordni tħejjiet b'konformità mal-Ordni tal-Gvern Nru 123/2007 dwar ċerti miżuri għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni ġudizzjarja mal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, approvata b'emendi skont il-Liġi Nru 85/2008.

In-Netwerk Ġudizzjarju Rumen fil-Materji Ċivili u Kummerċjali jikkorrispondi għan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali fil-livell nazzjonali.

Ir-Rumanija nnominat żewġ punti ta' kuntatt għan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-Materji Ċivili u Kummerċjali. Il-punti ta' kuntatt għan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-Materji Ċivili u Kummerċjali jinsabu fil-Ministeru tal-Ġustizzja. Dan jiżgura li d-dmirijiet tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-Materji Ċivili u Kummerċjali jkunu ssodisfati.

Skont l-Artikolu 6 [tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE], in-Netwerk Ġudizzjarju Rumen fil-Materji Ċivili u Kummerċjali huwa magħmul minn imħallef wieħed mit-Taqsima Ċivili I u mħallef wieħed mit-Taqsima Ċivili II (li qabel kienet Materji Kummerċjali) mill-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja (Înalta Curte de Casație și Justiție); imħallef wieħed mit-Taqsima Ċivili I u ieħor mit-Taqsima Ċivili II (li qabel kienet Materji Kummerċjali) tal-qrati tal-appell; imħallef wieħed minn kull qorti/taqsima speċjalizzata għall-kwistjonijiet tal-minuri u tal-familja li tispeċjalizza fi kwistjonijiet ċivili relatati mas-sekwestru internazzjonali ta’ minuri u l-għoti ta’ indennizzi għall-vittmi tal-kriminalità; uffiċjali mid-Direttorat għad-Dritt Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja li jaqdu wkoll id-dmirijiet tal-Ministeru tal-Ġustizzja bħala l-Awtorità Ċentrali fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali f’materji ċivili u kummerċjali; u rappreżentant maħtur minn kull waħda mill-assoċjazzjonijiet professjonali tan-nutara (notari), tal-uffiċjali ġudizzjarji tal-eżekuzzjoni (executori judecătoreşti) u tal-avukati (avocaţi) fir-Rumanija. Il-punti ta' kuntatt nazzjonali għan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali huma membri sħaħ tan-Netwerk Ġudizzjarju Rumen fil-Materji Ċivili u Kummerċjali.

L-imħallfin li huma membri tan-Netwerk Ġudizzjarju Rumen inħatru b'deċiżjoni tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura (Consiliul Superior al Magistraturii).

Mill-2001 'l hawn, id-Direttorat għad-Dritt Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja organizza għadd kbir ta' seminars u laqgħat ta' ħidma għall-membri tan-Netwerks bl-użu ta' riżorsi proprji (il-baġit tal-Ministeru tal-Ġustizzja). Mill-2007 'l hawn, b'mod partikolari, avvenimenti bħal dawn ġew organizzati taħt iktar minn 15-il programm Ewropew iffinanzjati mill-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, ir-rappreżentanti tan-Netwerk Ġudizzjarju Rumen attendew il-laqgħat tan-Netwerks Ġudizzjarji Ewropej fuq bażi regolari.

Il-membri tan-Netwerk Ġudizzjarju Rumen fil-Materji Ċivili u Kummerċjali huma elenkati fl-Anness mal-Ordni Nru 4008/C tad-09/10/2019. L-Anness huwa parti integrali tal-Ordni.

Il-membri tan-Netwerk Ġudizzjarju Rumen f’materji ċivili u kummerċjali, imħallfin mill-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja, il-Qrati tal-Appell, il-qrati/taqsimiet speċjalizzati għall-kwistjonijiet tal-minuri u tal-familja, it-Tribunal ta’ Bukarest (imħallfin ta’ kollegament fin-Netwerk Internazzjonali tal-Aja għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta’ Minuri u mħallef maħtur mill-Kummissjoni għall-għoti ta’ indennizzi għall-vittmi tal-kriminalità):

Il-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja (Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie)

Nina-Ecaterina GRIGORAȘ, Taqsima Ċivili I

Andreia-Liana CONSTANDA, Taqsima Ċivili I

Roxana POPA, Taqsima Ċivili II

Il-Qorti tal-Appell (Curtea de Apel) ta’ Alba Iulia

Cristina Gheorghina NICOARĂ, Taqsima Ċivili I

Nicolae DURBACĂ, Taqsima Ċivili II

Il-Qorti tal-Appell ta' Bacău

Cristina-Mădălina RADU, Taqsima Ċivili I

Loredana ALBESCU, Taqsima Ċivili II - Litiġji Amministrattivi u Fiskali

Il-Qorti tal-Appell ta' Brașov

Cristina ȘTEFĂNIȚĂ, Taqsima Ċivili u każijiet li jinvolvu Kwistjonijiet tal-Minuri u tal-Familja, u Tilwim Industrijali u tas-Sigurtà Soċjali

Elena-Clara CIAPĂ, Taqsima Ċivili

Simona Petrina GAVRILĂ, Taqsima Ċivili

Gabriel ȘTEFĂNIȚĂ, Taqsima Ċivili u każijiet li jinvolvu Kwistjonijiet tal-Minuri u tal-Familja, u Tilwim Industrijali u tas-Sigurtà Soċjali

It-Tribunal tal-Kwistjonijiet tal-Minuri u tal-Familja ta' Braşov (Tribunalul pentru Minori și Familie)

Andrei IACUBA

Il-Qorti tal-Appell ta' Bucharest

Antonela BRĂTUIANU, Taqsima Ċivili IV

Ştefan CMECIU, Taqsima Ċivili V

Felix Lucian ȘALAR, Taqsima Ċivili VI

Romeo GLODEANU, Taqsima Ċivili V

Bogdan CRISTEA, Taqsima VIII - Litiġji Amministrattivi u Fiskali

It-Tribunal ta' Bucharest

Andreea Florina MATEESCU, Taqsima Ċivili V (imħallef ta' koordinament fin-Netwerk Internazzjonali tal-Aja għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta’ Minuri)

Anca Magda VOICULESCU, Taqsima Ċivili IV (imħallef ta' koordinament fin-Netwerk Internazzjonali tal-Aja għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta’ Minuri)

Luminița TÂRȚĂU, Taqsima Kriminali I, il-Kummissjoni għall-Konċessjoni ta' Kumpensi għall-Vittmi tal-Kriminalità – It-Tribunal ta' Bucharest

Il-Qorti tal-Appell ta' Cluj

Denisa-Livia BĂLDEAN, President

Axente-Irinel ANDREI, President tat-Taqsima Ċivili II - Litiġji Amministrattivi u Fiskali

Il-Qorti tal-Appell ta' Constanța

Daniela PETROVICI, Taqsima Ċivili I

Ecaterina GRIGORE, Taqsima Ċivili II - Litiġji Amministrattivi u Fiskali

Il-Qorti tal-Appell ta' Craiova

Adina-Georgeta PONEA, President

Lotus GHERGHINĂ, Taqsima Ċivili II

Il-Qorti tal-Appell ta' Galați

Aneta-Luminița CRISTEA, Taqsima Ċivili I

Cosmin-Răzvan MIHĂILĂ, Taqsima Ċivili II

Andreea ARHIP, Taqsima Ċivili II

Alexandru BLEOANCĂ, Taqsima Ċivili II

Il-Qorti tal-Appell ta' Iași

Claudia Antoanela SUSANU, Taqsima Ċivili

Elena Crizantema PANAINTE, Taqsima tat-Tilwim Industrijali u s-Sigurtà Soċjali

Alina Gianina PRELIPCEAN, Taqsima tal-Litiġji Amministrattivi u Fiskali

Il-Qorti tal-Appell ta' Oradea

Dorina Mihaela BEREȘ, Taqsima Ċivili I

Marcela FILIMON, Taqsima Ċivili II - Litiġji Amministrattivi u Fiskali

Pitești Court of Appeal

Corina PINCU IFRIM, Taqsima Ċivili I

Dumitru VĂDUVA, Taqsima Ċivili II - Litiġji Amministrattivi u Fiskali

Mariana VÂRGĂ, Taqsima Ċivili, It-Tribunal ta' Argeș

Elena Cristina LUNGU, Taqsima Ċivili, It-Tribunal ta' Vâlcea

Il-Qorti tal-Appell ta' Ploiești

Andra Corina BOTEZ, President

Adriana Maria RADU, Taqsima Ċivili I

Aida Liliana STAN, Taqsima Ċivili II - Litiġji Amministrattivi u Fiskali

Il-Qorti tal-Appell ta' Suceava

Ştefania Fulga ANTON, Taqsima Ċivili I

Daniela MITREA MUNTEA, Taqsima Ċivili II - Litiġji Amministrattivi u Fiskali

Il-Qorti tal-Appell ta' Târgu Mureș

Andreea CIUCĂ, Taqsima Ċivili II - Litiġji Amministrattivi u Fiskali

Loredana BERINDEAN, President tat-Taqsima Ċivili I, il-Qorti Distrettwali ta’ Târgu Mureș

Il-Qorti tal-Appell ta' Timișoara

Cristian PUP, Taqsima Ċivili I

Ștefan LUCACIUC, Taqsima Ċivili II

Florin MOŢIU, Taqsima Ċivili II

Il-Membri tan-Netwerk Ġudizzjarju Rumen fil-materji ċivili u kummerċjali- punti ta' kuntatt nazzjonali għan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali

Il-Ministeru tal-Ġustizzja

Viviana ONACA, Direttriċi, Id-Direttorat għad-Dritt Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja

Ioana BURDUF (ġurista li jaġixxi bħala mħallef jew prosekutur), id-Direttorat għad-Dritt Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja

Il-membri tan-Netwerk Ġudizzjarju Rumen fil-materji ċivili u kummerċjali li jwettqu d-dmirijiet tal-Ministeru tal-Ġustizzja bħala l-awtorità ċentrali fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali u li jiffunzjonaw bħala s-Segretarjat tan-Netwerk

Camelia TOBĂ (ġurista li jaġixxi bħala mħallef jew prosekutur), id-Direttorat għad-Dritt Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja

Flavius George PĂNCESCU (ġurista li jaġixxi bħala mħallef jew prosekutur), id-Direttorat għad-Dritt Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja

Il-Membri tan-Netwerk Ġudizzjarju Rumen fil-materji ċivili u kummerċjali - rappreżentant maħtur minn kull wieħed mill-Presidenti tal-Unjonijiet Nazzjonali tan-Nutara, tal-Uffiċjali Ġudizzjarji u tal-Kmamar tal-Avukati fir-Rumanija

Octavian ROGOJANU, Nutar Pubbliku(notar public), Segretarju tal-Kunsill tal-Unjoni Nazzjonali Rumena tan-Nutara

Constantin Adrian STOICA, uffiċjal ġudizzjarju tal-eżekuzzjoni, Unjoni Nazzjonali Rumena tal-Uffiċjali Ġudizzjarji (Uniunea Executorilor Judecătorești din România)

Costea-Corin C. DĂNESCU, avukat, il-Kamra tal-Avukati Rumena (Uniunea Națională a Barourilor din România)

L-aħħar aġġornament: 15/01/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Dwar in-Netwerks - Slovenja

In-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-Materji Ċivili u Kummerċjali (NĠE) jopera fis-Slovenja permezz ta' 3 punti ta' kuntatt u 16-il membru tan-netwerk.

Il-punti ta' kuntatt huma impjegati tal-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tas-Slovenja. B'dan il-mod, ħidmet il-punti ta' kuntatt tista' tiġi armonizzata u kkoordinata kuljum.

Il-Qrati distrettwali, li hemm 11 minnhom fir-Repubblika tas-Slovenja, huma awtorizzati jipprovdu għajnuna legali internazzjonali f'materji ċivili u kummerċjali. Fid-dawl ta' dan, is-Slovenja, b'konformità mal-Artikolu 2(1)(d) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2001 li tistabbilixxi Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali, ħatret rappreżentant minn kull qorti distrettwali bħala membru tan-NĠE. Barra minn hekk, is-Slovenja ħatret żewġ membri tan-netwerk speċjalizzati (imħallfin) li huma kompetenti fi kwistjonijiet ta' kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji familjari, b'imħallef minnhom ikun impjegat fil-qorti distrettwali u l-ieħor fil-Ministeru tal-Ġustizzja.

L-emenda tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi NĠE fl-2009 għamlet possibbli l-kooperazzjoni ma' professjonijiet ġudizzjarji oħrajn fi ħdan in-NĠE. Mill-2011 'il quddiem, il-Kamra tan-Nutara tas-Slovenja (Notarska zbornica Republike Slovenije), il-Kamra tal-Avukati tas-Slovenja (Odvetniška zbornica Republike Slovenije) u l-Kamra tal-Uffiċċjali Eżekuttivi tas-Slovenja (Zbornica izvršiteljev Slovenije) ukoll kienu membri tan-netwerk.

L-involviment ta' mħallfin u professjonisti legali oħrajn fin-NĠE huwa importanti għall-ksib tal-għanijiet tan-NĠE, peress li jiżgura kooperazzjoni diretta bejn l-imħallfin u l-professjonijiet legali l-oħrajn, li hija importanti għar-riżoluzzjoni b'inqas intoppi ta' kawżi speċifiċi quddiem il-qrati.

Il-punti ta' kuntatt tal-membri tan-NĠE jikkomunikaw ma' xulxin spiss u meta jkun hemm bżonn, inkluż permezz tal-posta elettronika, bit-telefown u wiċċ imb wiċċ, u jiltaqgħu f'laqgħat annwali fil-livell nazzjonali.

L-aħħar aġġornament: 01/02/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Dwar in-Netwerks - Slovakkja

In-netwerk jinkludi:

  1. Il-punti ta' kuntatt ewlenin, li huma żewġ rappreżentanti mill-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka (Ministerstvo spravodlivosti Slovenskej republiky) mid-Dipartiment tad-Dritt Internazzjonali Privat (Odbor medzinárodného práva súkromného) tat-Taqsima tad-Dritt Internazzjonali (Sekcia medzinárodného práva). It-talbiet kollha lill-EJN jintbagħtu permezz tal-punti ewlenin ta' kuntatt.
  2. Il-punti ta' kuntatt tal-qorti: imħallef jew uffiċjal ġudizzjarju anzjan għal kull qorti distrettwali (okresný súd) qorti reġjonali (krajský súd) u għall-Qorti Suprema (Najvyšší súd).
  3. Punti ta' kuntatt mill-organizzazzjonijiet professjonali.
  4. Żewġ punti ta' kuntatt miċ-Ċentru għall-Protezzjoni Internazzjonali Legali tat-Tfal u ż-Żagħżagħ (Centrum pre medzinárodnoprávnu ochranu detí a mládeže).
  5. Maġistrat ta' kuntatt fil-liġi tal-familja.
L-aħħar aġġornament: 26/01/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Dwar in-Netwerks - Finlandja

Punti ta’ kuntatt fil-Finlandja

Il-punti ta' kuntatt fil-Finlandja huma żewġ uffiċjali maħturin li jaħdmu fl-Unità għall-Assistenza Legali Internazzjonali fil-Ministeru tal-Ġustizzja. Il-punt ta' kuntatt huwa ta’ unità li taġixxi bħala l-awtorità ċentrali għal bosta regolamenti tal-UE u ftehimiet internazzjonali fil-qasam tad-dritt ċivili u kriminali. Minbarra n-networking, id-dmirijiet tal-punt ta' kuntatt jinkludu kompiti ta' awtorità ċentrali u kooperazzjoni oħra fid-dritt ċivili.

Il-punt ta' kuntatt għandu indirizz tal-posta elettronika separat għall-qrati u għall-awtoritajiet legali u amministrattivi l-oħrajn involuti fil-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji tad-dritt ċivili u kummerċjali li jkunu jeħtieġu assistenza prattika bi problemi relatati ma' kawżi transfruntiera.

Il-punt ta' kuntatt jaħdem attivament mal-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali, mal-avukati u mal-professjonisti legali l-oħrajn. Il-kompiti tal-punt ta' kuntatt jinkludu t-tixrid tal-informazzjoni dwar id-dispożizzjonijiet legali tad-dritt ċivili u kummerċjali tal-UE u l-applikazzjoni prattika tagħhom kif ukoll jipprovdu taħriġ fi kwistjonijiet relatati. Il-punt ta' kuntatt jgħin ukoll lill-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali bi problemi relatati ma' talbiet transfruntieri għall-għajnuna u huwa involut attivament f'netwerks rilevanti u gruppi ta' ħidma.

Il-Kamra tal-Avukati Finlandiża nħatret membru tan-Netwerk skont l-Artikolu 2(1)(e) tad-deċiżjoni tat-twaqqif.

Minbarra l-punt ta’ kuntatt u l-Kamra tal-Avukati Finlandiża, il-membri tan-netwerk tad-dritt ċivili Finlandiż jipparteċipa fil-ħidma tan-Netwerk (ara hawn taħt għal aktar dettalji).

In-netwerk nazzjonali Finlandiż f’kawżi ta’ dritt ċivili transfruntiera

Fl-2016, fil-Finlandja ġie stabbilit netwerk nazzjonali għall-kawżi ċivili transfruntiera.

Il-ħidma tan-netwerk nazzjonali tinkludi l-kondiviżjoni tal-għarfien u l-iżgurar tal-fluss ta’ informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni tad-dritt ċivili tal-UE u s-sorsi assoċjati ta’ informazzjoni bejn in-netwerk tad-dritt ċivili Ewropew u kemm l-awtoritajiet ġudizzjarji Finlandiżi kif ukoll professjonisti legali oħrajn.

Ir-rappreżentanti tal-qrati lokali, il-qrati tal-appell, l-awtoritajiet tal-eżekuzzjoni, l-Awtorità tal-Għajnuna Legali, il-Kamra tal-Avukati Finlandiża u l-Ministeru tal-Ġustizzja nħatru għan-netwerk nazzjonali. Il-punt ta’ kuntatt tan-Netwerk fil-Finlandja jikkoordina l-operazzjonijiet tan-netwerk.

In-netwerk nazzjonali jiltaqa’ darbtejn fis-sena. Ir-rappreżentanti tan-netwerk nazzjonali jieħdu sehem ukoll fil-laqgħat u fil-ħidma tan-netwerk Ewropew tad-dritt ċivili.

L-aħħar aġġornament: 13/10/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Dwar in-Netwerks - Svezja

L-Iżvezja appuntat persuna li taħdem fit-Taqsima għad-Dritt Proċedurali u l-Kwistjonijiet tal-Qrati fil-Ministeru tal-Ġustizzja bħala l-punt ta’ kuntatt għan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f’Materji Ċivili u Kummerċjali, u persuna li taħdem fit-Taqsima għall-Politika dwar il-Kriminalità fil-Ministeru tal-Ġustizzja bħala l-punt ta’ kuntatt għall-Portal tal-Ġustizzja Elettronika.

Il-membri Żvediżi tan-netwerk huma l-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Qrati tal-Iżvezja, il-Kamra tal-Avukati tal-Iżvezja, l-Awtorità Żvediża tal-Eżekuzzjoni, l-Aġenzija Żvediża tal-Assigurazzjoni Soċjali, l-Awtorità tal-Liġi tal-Familja u l-Appoġġ tal-Ġenituri u l-Awtorità Żvediża għall-Kumpens u l-Appoġġ tal-Vittmi, kif ukoll żewġ awtoritajiet ċentrali (it-Taqsima għall-Kawżi Penali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali fil-Ministeru tal-Ġustizzja u fid-Dipartiment għall-Affarijiet Konsulari u l-Liġi Ċivili fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin).

L-aħħar aġġornament: 12/12/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Dwar in-Netwerks - L-Ingilterra u Wales

Il-Punti ta’ Kuntatt

Hemm punt ta’ kuntatt wieħed għal kull waħda mill-erba’ ġuriżdizzjonijiet legali tar-Renju Unit. Billi kull ġuriżdizzjoni hija separata, ma hemm l-ebda trikkib bejn il-ħidma ta’ dawn il-punti ta’ kuntatt, li kull wieħed minnhom għandu responsabbiltà unika għan-Network fil-ġuriżdizzjoni tiegħu. Il-mistoqsijiet li jsiru permezz tan-NĠE għandhom jintbagħtu lill-punt ta’ kuntatt rilevanti għall-ġuriżdizzjoni kkonċernata.

Il-punt ta’ kuntatt għall-Ingilterra u Wales jaħdem fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja (Ministry of Justice) f’Londra. Huwa assistit minn membru tal-persunal u jista’ jirrikorri għal għadd ta’ kollegi meta jittratta xogħol tan-Network. Ix-xogħol tan-network jiġi kkombinat ma’ kompiti oħrajn.

Il-funzjonament tan-NĠE fl-Ingilterra u Wales

Ma jeżisti l-ebda network nazzjonali formali fl-Ingilterra u Wales. Fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja (Ministry of Justice), madankollu, ġie żviluppat network ta’ persuni li huma esperti f’oqsma ta’ politika partikolari li għalihom jista’ jirrikorri l-punt ta’ kuntatt għal tweġibiet għall-mistoqsijiet li jitqajmu.

Ġew żviluppati wkoll kuntatti f’Ministeri rilevanti oħrajn li għalihom jista’ jirrikorri l-punt ta’ kuntatt għal pariri jew għal tweġibiet għall-mistoqsijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ dak il-Ministeru. Il-punt ta’ kuntatt jaħdem ukoll mill-qrib ma’ oħrajn li huma l-membri estiżi tan-Network għall-Ingilterra u Wales, inkluż għadd ta’ mħallfin speċjalizzati f’oqsma speċifiċi tad-dritt jew b’responsabbiltà għal ħidma ta’ kollegament internazzjonali – b’mod partikolari l-Kap ġudizzjarju tad-Dritt Internazzjonali tal-Familja (Head of International Family Law) u l-Kap Anzjan (Senior Master) li huwa l-imħallef responsabbli għar-Regolamenti dwar in-Notifika u l-Kumpilazzjoni tax-Xhieda.

Il-membri estiżi kollha tan-Network u n-network informali ta’ bejn il-Ministeri jistgħu jiġu kkuntattjati permezz tal-posta elettronika. Dawk fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja (Ministry of Justice) u s-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Maestà Tagħha (Her Majesty’s Courts and Tribunals Service) għandhom aċċess għal intranet li jista’ jintuża biex ixerrdu informazzjoni tan-Network u l-imħallfin jistgħu jkunu kkuntattjati bil-posta elettronika wkoll. Informazzjoni dwar in-Network ingħatat ukoll fuq l-Intranet Ġudizzjarju (Judicial Intranet) għall-Ingilterra u Wales.

Il-punt ta’ kuntatt jiżgura li l-esperti tal-politika, dawk amministrattivi jew ġudizzjarji rilevanti jiġu kkonsultati qabel il-laqgħat rilevanti tan-Network u li n-noti tal-laqgħat u l-punti ta’ azzjoni rilevanti jiġu mxerrdin kif xieraq.

Il-punt ta’ kuntatt jattendi l-Kumitat dwar id-Dritt Internazzjonali tal-Familja (International Family Law Committee) li huwa magħmul minn imħallfin anzjani tal-familja, avukati, akkademiċi u l-awtoritajiet ċentrali rilevanti għall-Ingilterra u Wales. Dan jiltaqa’ kull tliet xhur u, fost materji oħrajn, jaqsam informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni reċenti tal-UE u l-attivitajiet tan-Network. Huwa attenda wkoll xi laqgħat tal-Kumitat Konsultattiv tal-Lord Chancellor (Lord Chancellor’s Advisory Committee) dwar id-Dritt Internazzjonali Privat. Dan il-Kumitat huwa magħmul minn imħallfin anzjani u minn akkademiċi u jagħti pariri lill-Ministeru tal-Ġustizzja (Ministry of Justice) dwar il-proposti tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja ċivili.

Il-punt ta’ kuntatt għandu wkoll kuntatt regolari kemm mal-Kamra tal-Avukati (Bar Council) u mal-Għaqda tal-Liġi (Law Society) tal-Ingilterra u Wales, il-korpi li jirrappreżentaw rispettivament lill-avukati (barristers) u lill-konsulenti legali (solicitors), kif ukoll mar-rappreżentant tar-Renju Unit tan-Network taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi (ECC-Net) li huwa responsabbli għall-ġuriżdizzjonijiet kollha tar-Renju Unit. Saru laqgħat preċedenti wkoll mal-kuntatti ta’ UK SOLVIT.

L-għoti ta’ informazzjoni

Ma jeżisti ebda sit web nazzjonali għan-NĠE fl-Ingilterra u Wales. L-informazzjoni tingħata permezz ta’ siti eżistenti oħrajn, fosthom, kif imsemmi aktar ’il fuq, l-Intranet Ġudizzjarju (Judicial Intranet). Il-punt ta’ kuntatt ħadem ma’ oħrajn, madankollu, meta ta sorsi ta’ informazzjoni differenti, inkluż fis-sit tas-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Maestà Tagħha (Her Majesty’s Courts and Tribunals Service), gwida liċ-ċittadini dwar kif jagħmlu talbiet transfruntiera jew jirrispondu għalihom, b’mod partikolari b’rabta mar-Regolamenti dwar l-Ordni Ewropew ta’ Infurzar, l-Ordni ta’ Ħlas Ewropea u l-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. Ħadem ukoll mal-ECC-Net fir-Renju Unit li pproduċa gwida għar-Regolament dwar il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. Jittieħdu opportunitajiet biex titqajjem kuxjenza dwar in-NĠE u l-paġni tal-Portal tal-Ġustizzja elettronika f’laqgħat u konferenzi xierqa u f’pubblikazzjonijiet rilevanti.

L-aħħar aġġornament: 02/02/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Dwar in-Netwerks - L-Irlanda ta’ fuq

Punti ta’ Kuntatt

Hemm punt ta’ kuntatt wieħed għal kull waħda mill-erba’ ġurisdizzjonijiet legali tar-Renju Unit. Billi kull ġurisdizzjoni hija separata, ma hemm l-ebda trikkib fix-xogħol ta’ dawn il-punti ta’ kuntatt, li kull wieħed minnhom għandu responsabbiltà unika għan-Netwerk fil-ġurisdizzjoni tagħhom. Il-mistoqsijiet li jsiru permezz tan-NĠE għandhom jintbagħtu lill-punt ta’ kuntatt rilevanti għall-ġurisdizzjoni kkonċernata.

Il-punt ta’ kuntatt jaħdem fi ħdan id-Dipartiment tal-Ġustizzja (Department for Justice) tal-Irlanda ta’ Fuq. Il-punt ta’ kuntatt ma jaħdimx full-time fuq kwistjonijiet tan-Netwerk, iżda jista’ jitlob l-għajnuna ta’ għadd ta’ kollegi operattivi u ta’ politika meta jittratta x-xogħol tan-Netwerk. Ix-xogħol tan-netwerk huwa kkombinat ma’ għadd ta’ kompiti oħra.

Il-funzjonament tan-NĠE fl-Irlanda ta’ Fuq

Ma jeżisti ebda netwerk nazzjonali formali fl-Irlanda ta’ Fuq. Madankollu, fi ħdan id-Dipartiment tal-Ġustizzja (Department for Justice), ġie żviluppat netwerk ta’ persuni li huma esperti f’oqsma ta’ politika partikolari. Il-punt ta’ kuntatt għandu wkoll għadd ta’ kuntatti stabbiliti f’Dipartimenti rilevanti oħra li lilhom jistgħu jiġu indirizzati mistoqsijiet li jaqgħu barra mill-mandat tad-Dipartiment tal-punt ta’ kuntatt. Billi l-Irlanda ta’ Fuq hija ġurisdizzjoni żgħira, il-punt ta’ kuntatt għandu netwerk stabbilit sewwa ta’ kuntatti interni li jistgħu jassistu fil-biċċa l-kbira tal-mistoqsijiet u t-talbiet għall-informazzjoni li jirċievi.

L-aktar mezz effettiv biex jitwasslu t-talbiet u l-informazzjoni huwa permezz tal-posta elettronika. Dan jippermetti li jintbagħtu messaġġi, b’mod partikolari lil kuntatti esterni, malajr u b’mod sħiħ, u b’hekk jiġi żgurat li l-persunal rilevanti jkollu l-informazzjoni neċessarja biex tgħinu jwieġeb il-mistoqsijiet.

Il-punt ta’ kuntatt jiżgura li jiġu kkonsultati l-esperti politiċi, amministrattivi jew ġudizzjarji rilevanti meta jaslu l-mistoqsijiet u qabel il-laqgħat rilevanti tan-Netwerk. In-noti tal-laqgħat u l-punti ta’ azzjoni rilevanti jiġu disseminati kif xieraq.

L-għoti ta’ informazzjoni

Ma jeżistix sit web nazzjonali għan-NĠE fl-Irlanda ta’ Fuq. L-informazzjoni tingħata permezz ta’ siti eżistenti oħra. Qed issir dejjem aktar referenza għall-portal tal-Ġustizzja elettronika. Il-punt ta’ kuntatt ħadem ma’ oħrajn, li jipprovdu sorsi ta’ informazzjoni, inkluż is-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Irlanda ta’ Fuq (Northern Ireland Courts and Tribunals Service) (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.justice-ni.gov.uk/topics/courts-and-tribunals), billi s-sit web pubbliku tiegħu jinkludi informazzjoni relatata mal-ħidma tan-Netwerk, pereżempju, informazzjoni dwar l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi barranin, il-proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar u l-proċedura tal-Ordni ta’ Ħlas Ewropea, eċċ. Is-sit web tal-Gvern tal-Irlanda ta’ Fuq (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.nidirect.gov.uk) jinkludi wkoll informazzjoni dwar il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar.

Jittieħdu opportunitajiet biex titqajjem kuxjenza dwar in-NĠE u l-paġni tal-portal tal-Ġustizzja elettronika f’laqgħat u konferenzi xierqa u f’pubblikazzjonijiet rilevanti.

L-aħħar aġġornament: 03/02/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Dwar in-Netwerks - Skozja

Il-Punti ta’ Kuntatt

Hemm punt ta’ kuntatt wieħed għal kull waħda mill-erba’ ġuriżdizzjonijiet legali tar-Renju Unit. Billi kull ġuriżdizzjoni hija separata, ma hemm l-ebda trikkib bejn il-ħidma ta’ dawn il-punti ta’ kuntatt, li kull wieħed minnhom għandu responsabbiltà unika għan-Network fil-ġuriżdizzjoni tiegħu. Il-mistoqsijiet li jsiru permezz tan-NĠE għandhom jintbagħtu lill-punt ta’ kuntatt rilevanti għall-ġuriżdizzjoni kkonċernata.

Il-punt ta’ kuntatt għall-Iskozja jaħdem fl-uffiċċju tal-UE tal-Gvern Skoċċiż fi Brussell. Dan jista’ jirreferi għal għadd ta’ kollegi meta jittratta xogħol tan-Network. Ix-xogħol tan-Network huwa kkombinat ma’ kompiti oħrajn.

Il-funzjonament tal-NĠE fl-Iskozja

Ma jeżisti ebda network nazzjonali formali fl-Iskozja. Madankollu, fi ħdan id-Direttorat tal-Ġustizzja (Justice Directorate), ġie żviluppat network ta’ persuni li huma esperti f’oqsma ta’ politika partikolari. Il-punt ta’ kuntatt jista’ jirreferi għal dawn il-kollegi għal tweġibiet għal mistoqsijiet speċifiċi.

Kuntatti ġew żviluppati wkoll f’partijiet oħrajn fil-Gvern Skoċċiż. Il-punt ta’ kuntatt jirreferi għal dawn l-individwi għal pariri jew tweġibiet għal mistoqsijiet relatati max-xogħol tagħhom. Il-punt ta’ kuntatt jaħdem ukoll ma’ oħrajn minbarra l-gvern, meta jkun rilevanti. Eżempji jinkludu l-Għaqda tal-Liġi tal-Iskozja (Law Society of Scotland) u l-Fakultà tal-Avukati (Faculty of Advocates), il-korpi professjonali li jirrappreżentaw rispettivament lill-konsulenti legali (solicitors) u lill-avukati. Il-punt ta’ kuntatt stabbilixxa wkoll konnessjonijiet mal-korp rappreżentattiv tal-uffiċjali ta’ eżekuzzjoni, l-Għaqda tal-Uffiċjali Ġudizzjarji u l-Uffiċjali tax-Xeriff (Society of Messengers at Arms and Sheriff Officers – SMASO).

L-aktar mod komuni li bih wieħed jista’ jaċċessa u jiskambja l-informazzjoni huwa bil-posta elettronika. Il-punt ta’ kuntatt attenda wkoll laqgħat fiżikament.

Il-punt ta’ kuntatt jiżgura li jiġu kkonsultati l-esperti politiċi, dawk amministrattivi jew esperti oħrajn qabel il-laqgħat rilevanti tan-Network. In-noti tal-laqgħat u l-punti ta’ azzjoni rilevanti jiġu disseminati kif xieraq.

L-għoti ta’ informazzjoni

Ma jeżisti ebda sit nazzjonali għall-NĠE fl-Iskozja. L-informazzjoni tingħata permezz ta’ siti eżistenti oħra. Qed issir dejjem aktar referenza għall-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika. Il-punt ta’ kuntatt ħadem ma’ oħrajn li jipprovdu sorsi ta’ informazzjoni, inkluż is-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi (Scottish Courts and Tribunals Service – SCTS). Is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit tal-SCTS jipprovdi gwida liċ-ċittadini dwar it-talbiet transfruntiera, b’mod partikolari dawk relatati mar-Regolamenti dwar l-Ordni Ewropew ta’ Infurzar, l-Ordni ta’ Ħlas Ewropea u l-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. Jittieħdu opportunitajiet biex titqajjem kuxjenza dwar l-NĠE u l-paġni tal-Portal tal-Ġustizzja elettronika f’laqgħat u konferenzi xierqa u f’pubblikazzjonijiet rilevanti.

L-aħħar aġġornament: 03/02/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.