Kif in-NĠE (f'materji ċivili u kummerċjali) jista' jgħin liċ-ċittadini
In-NĠE (f'materji ċivili u kummerċjali) jiffaċilita r-relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali, li jibbenefikaw minnhom in-nies li jkunu involuti f'kawżi ċivili u kummerċjali transfruntieri. In-NĠE (f'materji ċivili u kummerċjali) jgħin ukoll biex jittejjeb l-aċċess effettiv għall-ġustizzja bil-modi li ġejjin:
- Jagħti direttament liċ-ċittadini firxa wiesgħa ta' informazzjoni dwar il-liġi ċivili u kummerċjali Ewropea, nazzjonali u internazjonali, permezz ta' paġni dwar suġġetti speċifiċi, disponibbli hawn.
- In-network ħejja wkoll għadd ta' pubblikazzjonijiet, notevolment għaċ-ċittadini dwar strumenti speċifiċi tal-liġi tal-Unjoni.
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.