

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Il-Liġi dwar l-Insolvenza fl-Irlanda hija rregolata mill-Att dwar il-Falliment tal-1988 (kif emendat) u l-Atti dwar l-Insolvenza Personali 2012 sal-2015 (l-Att dwar l-IP). L-Att dwar l-IP jipprovdi tliet metodi ta’ riżoluzzjoni ta’ dejn, u jintroduċi emendi għal-leġiżlazzjoni dwar il-falliment.
Il-proċedimenti tal-insolvenza personali kollha, inkluż il-falliment, huma amministrati mill-Insolvency Service of Ireland (ISI) (is-Servizz tal-Insolvenza tal-Irlanda), li huwa korp statutorju indipendenti mwaqqaf fl-2013 u li jopera taħt il-patroċinju tad-Dipartiment tal-Ġustizzja u l-Ugwaljanza.
Il-proċedimenti tal-insolvenza personali, li huma rregolati mill-Att dwar l-IP, jinkludu t-tliet arranġamenti li ġejjin:
Id-DSA u l-PIA it-tnejn jinvolvu proċess fi tliet fażijiet:
Fażi 1: Il-qorti rilevanti toħroġ Ċertifikat ta’ Protezzjoni (ĊP) li mal-ħruġ jipprekludi lil ċerti kredituri msemmija jew “speċifikati” milli jieħdu azzjoni jew jibdew proċeduri kontra d-debitur, inklużi petizzjonijiet ta’ falliment, sabiex jirkupraw id-dejn tagħhom. Meta jingħata mill-qorti rilevanti, ĊP japplika għal 70 jum, iżda jista’ jiġi estiż għal 40 jum ieħor għal ċerti raġunijiet.[i]
Fażi 2: Din tinvolvi n-negozjar minn Prattikant fl-Insolvenza Personali (PIP) f’isem id-debitur mal-kredituri speċifikati tiegħu u l-approvazzjoni tal-proposta permezz ta’ vot f’laqgħa statutorja tal-kredituri. Leġiżlazzjoni reċenti pprovdiet, fil-każ ta’ PIA biss, l-opportunità għad-debitur li jitlob reviżjoni tal-proposta tiegħu mill-qorti meta l-kredituri jkunu ċaħdu l-proposta PIA fil-laqgħa tal-kredituri.[ii]
Fażi 3: L-Implimentazzjoni tal-Arranġamenti, inklużi d-distribuzzjonijiet mill-PIP lill-kredituri minn żmien għal żmien u reviżjonijiet annwali mill-PIP fejn xieraq.
Debitur jista’ jidħol f’DRN, DSA jew PIA darba biss.
Il-falliment huwa opzjoni għad-debituri li, minħabba ċ-ċirkustanzi tagħhom, ma jissodisfawx il-kriterji ta' eliġibbiltà għat-tliet soluzzjonijiet ta’ dejn imsemmija hawn fuq, jew li jkunu diġà daħlu f’waħda mis-soluzzjonijiet ta’ dejn iżda l-arranġament mal-kredituri ma kienx sostenibbli.
Meta individwu jkun wera li s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu ma tistax tiġi solvuta permezz ta’ Arranġament ta’ Insolvenza, u jkollu ittra minn PIP li tixhed dan, huwa jista’ jitlob lill-Qorti Għolja tiddikjarah fallut. L-individwu jkun irid japplika għal Ordni ta’ Aġġudikazzjoni (Ordni ta’ Falliment) mal-Uffiċċju tal-Eżaminatur tal-Qorti Għolja u jħallas somma inizjali ta’ €200. L-applikanti jinstemgħu mill-Qorti Għolja; wara li individwu jiġi ddikjarat fallut, huwa jkun obbligat bil-liġi li jikkonforma mar-Riċevent Uffiċjali f’Falliment u mal-uffiċċju tiegħu (it-Taqsima tal-Falliment tal-ISI), li huma responsabbli mill-amministrazzjoni tal-patrimonju tal-falliment.
Malli debitur isir fallut, id-djun mhux garantiti tiegħu jitħassru kompletament, madankollu, l-assi kollha tiegħu isiru l-proprjetà tar-Riċevent Uffiċjali f’Falliment, li huwa l-amministratur tal-patrimonju tal-falliment maħtur mill-Qorti Għolja.
Il-proċeduri ta’ falliment jistgħu jinbdew fiż-żewġ ċirkustanzi li ġejjin:
Persuna falluta hija awtomatikament meħlusa mill-falliment fl-ewwel anniversarju tad-data tal-aġġudikazzjoni, sakemm ma kinitx soġġetta għal Ordni ta’ Estensjoni tal-Falliment (magħmula mir-Riċevent Uffiċjali f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità).
L-Att dwar l-IP joħloq professjoni ġdida rregolata mill-ISI, li taqa’ taħt żewġ kategoriji:
1. Intermedjarji Approvati (IA): persuna jew korp korporattiv awtorizzat mill-ISI sabiex jappoġġja lid-debituri li jixtiequ japplikaw għal DRN.
2. Prattikanti fl-Insolvenza Personali (PIP): persuna awtorizzata mill-ISI biex taġixxi bħala kuntatt bejn id-debitur u l-kreditur(i) tiegħu biex jiġi żgurat DSA jew PIA. PIP huwa legalment obbligat li jaġixxi f’konformità mal-Att dwar l-IP u ma’ regolamenti assoċjati.[iii]
Fl-Irlanda, l-individwi (inklużi sħubiji ta’ individwi) jibdew proċedimenti ta’ insolvenza personali permezz ta’ proċeduri stabbiliti fl-Att dwar l-IP. Il-kredituri jistgħu jibdew proċedimenti ta’ falliment kontra debitur, jew debitur jista’ japplika għall-falliment fuq inizjattiva proprja.
Proċedimenti ta' Insolvenza
Il-kundizzjoni ewlenija għall-ftuħ ta’ proċedimenti ta' insolvenza personali hija li d-debitur ikun insolventi, jiġifieri ma jistax iħallas id-djun tiegħu meta jsiru dovuti. In-natura u l-firxa tad-djun u l-introjtu tad-debitur imbagħad jiddeterminaw liema mit-tliet tipi ta’ arranġament huwa xieraq.
Sabiex jiġi żgurat li individwu soġġett għal Arranġament ta’ Insolvenza jkun xorta jista’ jżomm standard raġonevoli ta’ għajxien, l-ISI fformula linji gwida (wara proċess estensiv ta’ konsultazzjoni) imsejħa l-Ispejjeż ta’ Għajxien Raġonevoli (Reasonable Living Expenses - RLEs). Minbarra li jiżguraw is-sostenibbiltà tal-Arranġament ta’ Insolvenza, dawn il-linji gwida jgħinu wkoll biex jissalvagwardjaw id-dritt statutorju tad-debitur għal standard ta’ għajxien raġonevoli, billi jiżguraw metodu ġust u trasparenti għall-istandardizzazzjoni tal-ispejjeż tal-għixien ta’ kuljum għad-debituri f'diffikultà. L-RLE tad-debitur, ibbażati fuq il-mudell stabbilit mill-ISI, huma kkalkulati mill-IA jew il-PIP tiegħu meta japplika għall-Arranġament tal-Insolvenza tiegħu.
1. Avviż ta’ Ħelsien mid-Dejn (Debt Relief Notice - DRN):
Biex japplika għal DRN, id-debitur:
Eżempji tipiċi tad-djun inklużi fid-DRNs huma djun ta’ karti tad-debitu, overdrafts, self personali, self tal-Unjoni ta’ Kreditu, kontijiet tal-utilità, u kards tal-ħwienet.
2. Arranġament għall-Ħlas tad-Dejn (Debt Settlement Arrangement - DSA)
Debitur huwa eliġibbli li jitlob DSA jekk huwa:
Minbarra d-djun elenkati għal DRN, id-djun f’DSA jistgħu tipikament jinkludu self u garanziji personali.
3. Arranġament ta’ Insolvenza Personali (Personal Insolvency Arrangement - PIA):
Debitur huwa eliġibbli li jitlob PIA jekk huwa:
Minbarra d-djun elenkati għal DRN u DSA, id-djun tipikament inklużi f’PIA se jinkludu self prinċipali ta’ residenza privata, self ta’ proprjetà għall-investiment, ipoteki/self buy-to-let.
Falliment
Fl-Irlanda, l-individwi għandhom id-dritt li japplikaw għal falliment Awto-Aġġudikanti, jiġifieri jistgħu jressqu applikazzjoni quddiem il-Qorti Għolja sabiex jiddikjaraw lilhom infushom falluti. Il-kundizzjonijiet biex wieħed iressaq dawn l-applikazzjonijiet huma:
Kreditur jista’ wkoll jippreżenta petizzjoni għal proċedimenti ta’ falliment. Jekk il-kreditur ikun qed iressaq petizzjoni għal falliment, huwa ma jridx ikun irrifjuta b’mod irraġonevoli proposta għal DSA jew għal PIA.
Applikazzjoni għal ordni ta’ falliment issir permezz ta’ Petizzjoni, li tobbliga lill-applikant jissottometti diversi dokumenti u affidavits preskritti mill-Qorti Għolja lill-Uffiċċju tal-Eżaminaturi tal-Qorti Għolja. Ladarba toħroġ, l-ordni ta’ falliment jibda jkollha effett mill-ħin attwali tal-ordni nfisha; ma hemmx effett retrospettiv għad-data tal-ħruġ tal-petizzjoni għal falliment, kif jista’ jkun hemm f’ċerti ġurisdizzjonijiet.
Sakemm issir l-ordni tal-aġġudikazzjoni tal-falliment ma hemmx rimedju speċifiku għal kreditur taħt l-Att dwar il-Falliment sabiex jaħtar amministratur interim – is-Sezzjoni 23 tal-Att dwar il-Falliment tippermetti lil fallut jiġi arrestat wara l-aġġudikazzjoni jekk ikun se jħalli l-ġurisdizzjoni bl-intenzjoni li jevita l-falliment.
Debitur jew kreditur jista’ joġġezzjona għal ordni ta’ falliment billi jressaq mozzjoni u affidavits quddiem il-Qorti Għolja li jistabbilixxu r-raġunijiet għall-oġġezzjoni tiegħu.
L-għan ġenerali li fuqu huwa bbażat l-Att dwar l-IP huwa li jipproteġi sa fejn huwa prattikabbli, ir-Residenza Privata Prinċipali tad-debitur u d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni huma strutturati b’dan f’moħħhom.
L-assi taħt il-Proċedimenti ta' Insolvenza
Fil-każ ta’ DSA jew PIA, il-PIP normalment ma jiħux pussess jew sjieda fiżiċi tal-assi tad-debitur – pjuttost il-PIP jieħu kontroll tal-fluss tal-introjtu tad-debitur matul it-terminu tal-arranġament u jissodisfa t-talbiet tal-kredituri minn dan il-fluss ta’ introjtu skont it-termini tal-arranġament. Il-fluss ta’ introjtu disponibbli huwa wara t-tnaqqis tal-RLEs, il-ħlasijiet lura ta’ kera jew ipoteki u ħlasijiet oħrajn għal ċirkustanzi speċjali, bħal spejjeż mediċi. Pagamenti ta’ self garantit normalment jitħallsu direttament mid-debitur lill-kreditur tiegħu skont it-termini tal-arranġament tiegħu. Jekk assi jkun se jinbiegħ bħala parti minn Arranġament, normalment jinbiegħ mid-Debitur direttament.
L-assi taħt Falliment
Taħt il-Leġiżlazzjoni dwar il-Falliment, l-assi kollha li jappartjenu għall-fallut fid-data tal-aġġudikazzjoni huma vestiti immedjatament fir-Riċevent Uffiċjali (dan ifisser li r-Riċevent Uffiċjali issa huwa l-proprjetarju tal-assi kollha fil-patrimonju tal-falliment). Għal finijiet ta’ ċarezza, dawn l-assi jinkludu:
Hemm eċċezzjonijiet għal dan ta’ hawn fuq:
Fallut huwa taħt l-obbligu li jinforma lir-Riċevent Uffiċjali jekk jirċievi xi assi waqt it-terminu tal-falliment tiegħu, irrispettivament minn kif ġie fil-pussess ta’ dawk l-assi. Tali assi huma vestiti fir-Riċevent Uffiċjali, meta mitluba minnu, u jidħlu fil-patrimonju tal-falliment.
Proċedimenti ta' Insolvenza
PIP, meta jiġi mqabbad minn debitur, jaġixxi bħala negozjatur bejn id-debitur u l-kredituri tiegħu. Il-PIP huma marbuta bil-leġiżlazzjoni biex jaġixxu fl-aħjar interessi kemm tad-debitur kif ukoll tal-kreditur(i), u għalhekk huma obbligati jifformulaw l-aħjar arranġament possibbli għall-partijiet ikkonċernati kollha f’arranġament ta’ insolvenza.
Ir-rwol u l-funzjonijiet ta’ PIP jinkludu li:
Fi proċedimenti ta’ insolvenza, ir-rwol tad-debitur huwa li jipparteċipa b’mod onest fil-proċess, jaqbel mal-arranġament innegozjat mill-PIP tiegħu u jissodisfa t-termini meħtieġa tal-arranġament.
Falliment
Malli jiġi aġġudikat il-falliment, l-assi kollha jiġu żvestiti mill-fallut u jvestu fir-Riċevent Uffiċjali (RU) fil-Falliment. Ir-RU huwa uffiċjal statutorju indipendenti li r-rwol tiegħu huwa li jamministra l-patrimonji fil-falliment u jiġġestixxi t-Taqsima tal-Falliment tal-ISI.
Fl-Irlanda, individwu privat jista’ jinħatar bħala riċevent f'falliment sabiex jieħu post ir-Riċevent f'Falliment Uffiċjali tal-Qorti Għolja (RU). Fil-prattika, dawn il-ħatriet huma rari ferm. L-Att dwar il-Falliment ma jispeċifikax il-kwalifiki għal ħatriet bħal dawn.
Is-setgħat tad-debitur fil-falliment huma limitati għall-possibbiltà tiegħu li japplika mal-Qorti Għolja sabiex jikkontesta ċerti deċiżjonijiet tar-RU. Id-debitur huwa obbligat li jikkonforma mat-talbiet magħmula mill-uffiċċju tar-RU fir-rigward tal-amministrazzjoni tal-patrimonju tal-falliment.
L-Att dwar l-IP u l-Att dwar il-Falliment 1988 (kif emendat) it-tnejn jippermettu li tiġi applikata t-tpaċija. Huwa stabbilit li, meta jiġi ddeterminat il-valur ta’ assi jew ta’ ammont dovut, kwalunkwe dejn jew bilanċ ta’ kreditu (b) miżmum mal-istess kreditur jista’ jiġi paċut mal-ammont oriġinali (a). Il-bilanċ li jifdal huwa għalhekk ikkunsidrat li huwa dejn jew assi, li jista’ jkun dovut lid-debitur li qed jirranġa jew lill-kreditur(i).[iv]
Jekk debitur ikollu tfaddil f’Unjoni ta’ Kreditu li magħha wkoll ikollu xi dejn, l-Unjoni ta’ Kreditu għandha tpaċi dan it-tfaddil mal-ammont dovut mid-debitur.[v]
Proċedimenti ta' Insolvenza
Ċertifikat ta’ Protezzjoni ma jħallix lil kreditur jieħu azzjoni waqt il-perjodu taċ-Ċertifikat ta’ Protezzjoni. L-Arranġament finali jistabbilixxi dak li kien miftiehem fir-rigward ta’ kuntratti diġà eżistenti.
Falliment
Il-falliment ma jaffettwax id-drittijiet ta’ kreditur garantit fuq il-garanzija tiegħu, jiġifieri kreditur garantit iżomm id-drittijiet kollha li kellu taħt it-termini tal-garanzija tiegħu qabel il-falliment – l-unika differenza hija li issa r-RU, mhux il-fallut, huwa s-sid tal-proprjetà.
Ir-RU għandu d-dmir li jirrealizza (ibiegħ jew jiddisponi minn) l-assi kollha f’patrimonju f’falliment sabiex jissodisfa, kemm jista’ jkun, l-obbligazzjonijiet tal-patrimonju. Għaldaqstant, il-pretensjonijiet kollha ta’ obbligazzjonijiet ibbażati fuq kuntratti kontra d-debitur isiru obbligazzjonijiet tal-patrimonju. Ir-RU ikompli bi kwalunkwe kuntratt ibbażat fuq is-servizzi li għalihom huwa parti l-fallut, f’ċirkustanzi eċċezzjonali biss.
Jekk ir-RU ikompli kuntratt, huwa jsir personalment responsabbli bid-dritt ta’ indennizz mill-fondi tal-patrimonju.[vi]
Proċedimenti ta' Insolvenza
DSA jew PIA: L-ewwel pass li jieħu debitur li jkun qed ifittex DSA/PIA huwa li japplika għal ĊP mill-qorti rilevanti. Jekk jinkiseb, dan jipprekludi lil ċerti kredituri msemmija jew speċifikati, li huma s-suġġett taċ-ĊP, milli jieħdu xi azzjoni kontra d-debitur għall-irkupru jew għall-infurzar tad-djun speċifikati. Fil-fatt, il-kreditur ma jistax:
Ladarba d-debitur jidħol f’arranġament, restrizzjonijiet ta’ infurzar simili għal dawk stabbiliti hawn fuq japplikaw għall-kredituri sakemm idum l-arranġament.
DRN: Fil-każ ta’ DRN, ladarba jkun ingħata mill-qorti rilevanti, l-istess protezzjonijiet elenkati hawn fuq għal DSA/PIA japplikaw sakemm idum id-DRN.
Falliment
Kredituri garantiti u mhux garantiti huma ttrattati b’mod differenti f’falliment. L-unika opzjoni disponibbli għall-kredituri mhux garantiti f'falliment għall-irkupru tad-dejn tagħhom hija li jagħmlu talba fil-falliment għall-ammont dovut lilhom. Kredituri mhux garantiti ma jistgħux jiftħu proċedimenti legali kontra l-fallut wara d-data tal-aġġudikazzjoni. Din hija konsegwenza diretta u awtomatika tal-ordni ta’ falliment magħmula mill-Qorti Għolja. Id-drittijiet ta’ kredituri garantiti mhumiex affettwati mill-proċedimenti ta’ falliment.
Proċedimenti ta' Insolvenza
DSA, PIA, DRN:
Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 7.
Falliment
Bħal fil-każ tal-assi f’patrimonju ta’ falliment, ir-RU jieħu post il-fallut bħala konvenut fi kwalunkwe kawża eżistenti miftuħa mill-kredituri kontra l-fallut. Ir-RU għandu l-għażla li jew jiddefendi, isolvi jew jabbanduna l-proċedimenti. Jekk ir-RU jirnexxielu jiddefendi l-proċedimenti, kwalunkwe kontrotalba jew spiża titħallas fil-patrimonju tal-falliment għall-benefiċċju tal-kredituri kollha. Jekk il-proċedimenti jirnexxu, jew jintlaħaq ftehim, l-ammont miftiehem isir pretensjoni ammessa fil-falliment.
Wara li laqqa’ lill-partijiet ikkonċernati flimkien, l-ISI pproduċa dokument ta’ protokoll standard (preċedent) għad-DSA u l-PIA. Dan jistabbilixxi l-obbligi kemm tad-debituri kif ukoll tal-kredituri matul l-operazzjoni tal-arranġament. Kampjuni ta’ dokumenti ta’ protokoll tad-DSA u tal-PIA huma annessi ma dan id-dokument.
Kreditur jipparteċipa kif ġej:
1. Prova tad-Dejn: F’każijiet ta’ DSA jew PIA, wara li jkun inħareġ ĊP mill-qorti lil debitur, il-PIP tiegħu jrid jikteb lill-kredituri involuti sabiex jinfurmahom dwar il-ħatra tiegħu, u sabiex jistedinhom jissottomettu prova tad-djun tagħhom u jindikaw kif għandu jiġi ttrattat id-dejn tagħhom skont it-termini tal-arranġament.
Fil-Falliment, il-kredituri kollha huma meħtieġa jissottomettu prova formali tad-dejn qabel jitħallas lilhom dividend.
2. Vot: Meta tissejjaħ laqgħa tal-kredituri minn PIP li jkun qed jaġixxi f’isem debitur li jixtieq jidħol f’DSA jew f’PIA, il-kredituri involuti huma intitolati jivvutaw fuq it-termini tal-ftehim, diment li jkunu taw prova tad-dejn tagħhom.
3. Oġġezzjonijiet: Kreditur jista’ joġġezzjona quddiem il-qrati qabel it-termini ta’ DSA jew ta’ PIA jidħlu fis-seħħ. It-termini speċifiċi huwa stabbiliti fil-leġiżlazzjoni.[vii]
4. Offerta ta’ Kompożizzjoni: Il-kredituri huma intitolati jivvutaw fuq Offerta ta’ Kompożizzjoni mressqa minn fallut. Din isseħħ meta fallut ikun jixtieq jilħaq ftehim ma’ xi wħud mill-kredituri jew mal-kredituri kollha tiegħu qabel ma jiskadi t-terminu tal-falliment tiegħu sabiex iżomm l-assi kollha tiegħu.
-
Proċedimenti ta' Insolvenza
Fir-rigward ta’ DSA jew ta’ PIA kreditur ma jippreżentax formalment pretensjonijiet kontra debitur. L-ewwel stadju fil-proċess huwa l-mili ta’ Dikjarazzjoni Finanzjarja Preskritta tad-debitur (PFS). Il-PFS telenka lill-kredituri kollha u l-ammonti dovuti lil kull kreditur, u hija l-bażi fattwali li fuqha jinħareġ ĊP. Wara l-ħruġ taċ-ĊP il-kredituri jistgħu jintalbu jagħtu prova tad-dejn tagħhom mill-PIP qabel isir l-arranġament ta’ insolvenza li jkun qed jitħejja mill-PIP. Meta kreditur ma jipprovdix prova tad-dejn wara li jkun intalab jagħmel dan, hemm implikazzjonijiet f’termini ta’ drittijiet tal-vot għall-arranġament u għas-sehem mid-dividendi.
Fir-rigward ta’ applikazzjoni għal DRN, ma jsirux pretensjonijiet formali mill-kredituri, iżda kreditur jista’ jintalab minn IA biex jikkonferma li s-somma dovuta żvelata mid-debitur hija ċ-ċifra korretta.
Djun ġodda li jinħolqu wara d-data tal-Arranġament mhumiex koperti mill-Arranġament. F’każ li djun eżistenti minn qabel jinbidlu fil-kobor tagħhom, tista’ tkun meħtieġa varjazzjoni fl-arranġament ġenerali (eż. responsabbiltà kontinġenti tikkristallizza)
Falliment
F’falliment, il-profil ta’ patrimonju ta’ falliment (l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tal-fallut) huwa stabbilit f’żewġ formoli li l-fallut irid jimla u jippreżenta lill-Ispettur tal-Falliment fil-ġurnata tal-aġġudikazzjoni tiegħu: id-Dikjarazzjoni tan-Negozju u d-Dikjarazzjoni tal-Informazzjoni Personali. It-tipi kollha ta’ obbligazzjonijiet huma inklużi bħala pretensjonijiet mhux ippruvati fil-falliment diment li jkunu saru mid-debitur qabel id-data tal-aġġudikazzjoni tiegħu, jiġifieri d-data li fiha jibda t-terminu tal-falliment tiegħu. Kwalunkwe dejn li jsir mill-fallut wara d-data tal-aġġudikazzjoni ma jistax jiġi inkluż bħala pretensjoni fil-falliment.[viii]
Proċedimenti ta' Insolvenza
Wara l-ħruġ ta’ ĊP fi proċedimenti ta' insolvenza DSA u PIA, il-kredituri speċifikati jiġu nnotifikati dwar il-ħruġ taċ-ĊP u tingħatalhom kopja tal-PFS tad-debitur. Il-kreditur jista’ jintalab jagħti prova tad-dejn u jiġi mistoqsi kif jippreferi li d-dejn tiegħu jiġi ttrattat. Id-dejn ta’ kreditur jiġi ppruvat bl-istess mod ta’ kif dejn ta’ fallut jiġi ppruvat taħt l-Att dwar il-Falliment.
Wara li l-kreditur ikun ta prova tad-dejn tiegħu, huwa jkun intitolat jivvota fil-laqgħa tal-kredituri statutorji mlaqqa’ sabiex tiġi approvata l-proposta tad-debitur. Jekk il-kreditur ma jissottomettix prova tad-dejn, jew inkella ma jurix id-dejn tiegħu b’mod adegwat, ma jistax jipparteċipa fil-laqgħa tal-kredituri jew fi kwalunkwe ħlas ta’ dividend ipprovdut fl-arranġament.
Falliment
Notifika tal-individwi li jkunu ġew aġġudikati falluti tintbagħat lil lista ta’ istituzzjonijiet finanzjarji u Dipartimenti tal-Gvern mit-Taqsima tal-Falliment tal-ISI l-għada tal-ġurnata li fiha l-individwi jiġu aġġudikati falluti. Notifika ta’ dawn l-aġġudikazzjonijiet tiddaħħal ukoll fis-sit web tal-ISI u fl-Iris Oifigiul, li hija pubblikazzjoni uffiċjali tal-Istat Irlandiż.
Il-kredituri garantiti f’patrimonju ta’ falliment jingħataw avviż bil-quddiem ta’ tletin jum (bil-miktub jew bil-posta elettronika) mid-data tal-aġġudikazzjoni sabiex jissottomettu prova tal-pretensjonijiet tagħhom fil-patrimonju tal-falliment. Tali prova tad-dejn tista’ tieħu l-forma ta’ atti ta’ ipoteki, fatturi, rendikonti u kontijiet, jew f’ċerti ċirkustanzi jista’ jkun meħtieġ affidavit mingħand il-kreditur.
Qabel dividend jitħallas lill-kredituri f’patrimonju ta’ falliment, l-ISI javża l-pagamenti li jkunu ġejjin u l-każijiet relatati magħhom. Għal darb’oħra l-kredituri (kemm garantiti u mhux garantiti) jingħataw tletin jum sabiex iressqu l-pretensjonijiet tagħhom lill-ISI, u jkun meħtieġ l-istess oneru tal-provi.
Fi kwalunkwe każ, it-Taqsima tal-Falliment tal-ISI titlob lill-kredituri jimlew Formoli standard tal-Prova tad-Dejn, li huma disponibbli fuq is-sit web tal-ISI.
Dejn Preferenzjali
Fl-Arranġamenti ta’ Insolvenza Personali (PIA) u fl-Arranġamenti għall-Ħlas tad-Dejn (DSA), id-djun preferenzjali jitħallsu skont it-termini tal-ftehim, u fil-falliment id-djun preferenzjali jiġu kklassifikati direttament wara l-ispejjeż tal-falliment u kwalunkwe kost jew spiża mġarrba mir-RU meta jittratta l-patrimonju tal-falliment. Djun meqjusa preferenzjali huma:
Dejn Garantit
F’PIA, il-kreditur garantit huwa marbut bit-termini tal-ftehim. F’PIA normali s-sellief garantit jitħallas kwalunkwe ċifra miftehma fl-arranġament mill-introjtu tad-debitur. L-introjtu ta’ kull xahar tad-debitur li jista’ jifdal wara li jitnaqqsu l-RLEs tad-debitur u l-ispejjeż tal-PIP jitħallas lill-kredituri mhux garantiti tiegħu permezz ta’ dividend.
Il-falliment ma jaffettwax id-drittijiet ta’ kreditur garantit. Tali kreditur jista’ jagħmel waħda mit-tliet għażliet li ġejjin fir-rigward tad-dejn garantit tiegħu:
Dejn Mhux Garantit
Kemm f’PIA u f’DSA, id-djun tal-kredituri mhux garantiti jitħallsu taħt it-termini miftiehma tal-arranġament. F’DRN jekk iċ-ċirkustanzi ta’ persuna jitjiebu waqt il-perjodu ta’ superviżjoni, din trid tgħid lill-ISI u skont il-livell ta’ bidla, tista’ tintalab tikkontribwixxi għal dak li huwa dovut minnha.
Il-pretensjonijiet ta’ kredituri mhux garantiti ta’ patrimonju ta’ falliment jiġu kklassifikati ndaqs. Id-djun tagħhom jitħallsu bil-ħruġ ta’ kwalunkwe fond li jifdal wara li jkunu tħallsu l-ispejjeż tal-falliment, l-ispejjeż tar-RU u d-djun preferenzjali.
Proċedimenti ta' Insolvenza
Il-kundizzjoni ġenerali għal għeluq sodisfaċenti tal-proċedimenti ta' insolvenza hija li d-debitur ikun issodisfa l-obbligi tiegħu taħt l-arranġament għat-terminu sħiħ tal-arranġament. Ladarba dan ikun seħħ, id-debitur jiġi meħlus mid-djun mhux garantiti tiegħu. L-istatus tad-dejn garantit ikun jiddependi fuq it-termini speċifiċi tal-arranġament.
Jekk debitur jikser it-termini tad-DRN, tad-DSA, jew tal-PIA, jista’ jiġi tterminat. Jekk id-debitur jilħaq sitt xhur ta’ arretrati fil-pagamenti, il-ftehim jitqies li falla. Fi kwalunkwe każ, id-debitur isir responsabbli għad-djun kollha dovuti minnu, inklużi l-arretrati, l-imposti u l-imgħaxijiet kollha akkumulati matul il-perjodu ta’ nuqqas ta’ ħlas fir-rigward ta’ dawk id-djun.
Falliment
Fallut li jkun ikkonforma mal-proċess ta’ falliment jiġi meħlus awtomatikament mill-falliment wara sena. Fallut jista’, fi kwalunkwe stadju tul it-terminu tal-falliment tiegħu, jagħmel offerta (kompożizzjoni) lill-kredituri tiegħu sabiex iħallas id-djun tiegħu. Il-fallut irid japplika mal-Qorti Għolja għas-sospensjoni tal-proċedimenti ta’ falliment tiegħu; dan iwaqqaf lir-RU milli jkompli jirrealizza assi fil-patrimonju. Il-fallut imbagħad jista’ jagħmel l-offerta ta’ kompożizzjoni lill-kredituri tiegħu fil-Qorti Għolja. Il-kredituri tal-fallut jivvutaw fuq l-offerta ta’ kompożizzjoni; jekk mill-inqas 60 % ta’ dawn il-kredituri (skont in-numru u l-valur tad-dejn) jaqblu fuq it-termini tal-offerta, din tgħaddi.
Il-pagament tal-ammont maqbul skont l-offerta ta’ kompożizzjoni jista’ jiġi minn dividendi tal-patrimonju jew minn fondi mingħand il-fallut innifsu. Kwalunkwe ħlas jew spiża imġarrba mill-uffiċċju tar-RU fl-amministrazzjoni tal-falliment, kif ukoll kwalunkwe dejn preferenzjali, iridu jitħallsu. Ladarba r-RU jaqbel mal-offerta ta’ kompożizzjoni medjata mill-Qorti Għolja, il-fallut jinħeles mill-falliment.
Proċedimenti ta' Insolvenza
Kredituri mhux garantiti – mhux applikabbli.
Kredituri garantiti – l-istatus tad-dejn garantit ikun jiddependi fuq it-termini speċifiċi tal-arranġament.
Falliment
Fil-falliment, il-kredituri ma jistgħux ifittxu lill-fallut għal kwalunkwe dejn eżistenti wara d-data tal-aġġudikazzjoni (id-djun imġarrba wara l-aġġudikazzjoni jistgħu jiġu mfittxija b’mod normali); minflok iridu jikkomunikaw direttament mar-RU. Ladarba l-fallut jinħeles mill-falliment tiegħu, li huwa sena wara fil-maġġoranza tal-każijiet (każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità eċċ. jistgħu jtawlu dan it-terminu sa 15-il sena), id-djun mhux garantiti kollha (inklużi d-djun preferenzjali) jiġu rilaxxati. Id-djun assoċjati ma’ kredituri garantiti, fejn jeżerċitaw l-għażla tagħhom li jistrieħu fuq il-garanzija tagħhom, jissoktaw wara d-data tar-rilaxx. Għall-kredituri garantiti, il-proċedimenti ta’ falliment ma għandhomx jaffettwaw id-drittijiet tagħhom fuq l-assi garantit.
Jekk il-kreditur garantit ikun ivvaluta l-garanzija tiegħu u talab għan-nuqqas fil-falliment (bħala dejn mhux garantit), il-porzjon li jifdal wara l-ħlas ta’ kwalunkwe dividend jitħassar wara r-rilaxx. Għandu jkun innutat li, anki jekk il-kreditur garantit jeżerċita biss l-għażla tiegħu li jistrieħ fuq il-garanzija tiegħu (u ma jitlobx in-nuqqas fil-falliment), ma jkunx jista’ jfittex lid-debitur għal kwalunkwe nuqqas wara li dan ikun inħeles mill-falliment. F’dan ix-xenarju, l-effett nett tal-falliment fuq self garantit (ipoteka) huwa li kwalunkwe porzjon tas-self lil hinn mill-valur tal-assi relatat (fid-data tal-aġġudikazzjoni) jiġi ttrattat bħala dejn mhux garantit.
Proċedimenti ta' Insolvenza
DSA jew PIA: Fi proċedimenti ta' insolvenza, ġeneralment huma l-kredituri li jġorru l-ispejjeż tal-arranġament. Il-miżati tal-PIP, kif maqbula mal-kredituri meta jivvutaw u jgħaddu l-arranġament jew wara approvazzjoni sussegwenti ta’ reviżjoni mill-qorti, jitnaqqsu mill-fondi disponibbli tad-debitur. Meta kreditur iqajjem oġġezzjoni għall-ħruġ ta’ ĊP jew Arranġament, normalment il-kreditur jagħmel tajjeb għall-ispejjeż tiegħu [x]. Meta kreditur iqajjem oġġezzjoni għal PIA propost, il-kreditur jista’ japplika ma’ qorti għall-ħlas tal-kostijiet tiegħu jekk l-oġġezzjoni tiegħu tiġi milqugħa [xi]. Fl-andament normali tal-avvenimenti l-kostijiet isegwu l-kawża, jiġifieri l-parti li l-azzjonijiet tagħha jġarrbu l-kostijiet, trid tħallashom.
DRN: Ma hemm l-ebda kost involut f’DRN.
Falliment
Il-kredituri jħallsu l-kostijiet tal-falliment, li jitħallsu minn kwalunkwe fond disponibbli fil-patrimonju tal-falliment.
Proċedimenti ta' Insolvenza
Inkluża fil-kundizzjonijiet li debitur irid jissodisfa qabel ma jista’ jidħol fi proċedimenti ta' insolvenza hemm dispożizzjoni li jrid jipprovdi dikjarazzjoni sħiħa u eżatta tas-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu, u jiffirma dikjarazzjoni statutorja li tikkonferma din l-informazzjoni. Il-Prattikant fl-Insolvenza Personali (PIP) irid ukoll jaċċerta ruħu li d-debitur qed jgħid il-verità, u li żvelalu l-informazzjoni rilevanti kollha b’rabta mas-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu. Kreditur jew PIP, jew l-ISI fir-rigward ta’ DRN biss, jista’ jitlob lil qorti biex tittermina proċedimenti ta' insolvenza għal ċerti raġunijiet ipprovduti fl-Att dwar l-IP, fosthom:
Il-kredituri m’għandhom l-ebda dritt li jfittxu t-treġġigħ lura ta’ kwalunkwe tranżazzjoni jew trasferiment ta’ assi qabel jibdew il-proċedimenti ta' insolvenza. Madankollu, jekk id-debitur jista’ jitqies li kkontribwixxa b’mod eċċessiv għal fond ta’ pensjoni, il-kreditur jista’ jitlob għajnuna finanzjarja mill-qrati. Dan jista’ jirriżulta f’ordni mill-qorti biex il-fornitur tal-fondi joħroġ rifużjoni sħiħa tal-ammont għad-distribuzzjoni fost il-kredituri partijiet għall-arranġament.
Falliment
Trasferimenti ta’ assi u pagamenti preċedenti li l-falluti jkunu għamlu lil kredituri jew lil individwi oħrajn jistgħu jiġu mibdula taħt il-leġiżlazzjoni dwar il-falliment. Dan jinkludi sitwazzjonijiet fejn:
Fix-xenarji kollha t’hawn fuq, ir-RU irid jipprova b’affidavit quddiem il-Qorti Għolja li dawn it-tranżazzjonijiet seħħew tabilħaqq b’tali mod li jissodisfa lill-Qorti Għolja skont it-termini tal-leġiżlazzjoni; b’hekk, dawn it-tranżazzjonijiet/trasferimenti jitqiesu ta’ dannu għall-kredituri tal-patrimonju tal-falliment.
[i] Irreferi għall-Kapitolu 3 Sezzjonijiet 59-64 (DSA) u għall-Kapitolu 4 Sezzjonijiet 93-98 (PIA) tal-Att dwar l-Insolvenza 2012 (kif emendat) għal-Leġiżlazzjoni rigward iċ-Ċertifikati ta’ Protezzjoni (ĊP)
[ii] Sezzjoni 115A tal-Att dwar l-Insolvenza 2012 (kif emendat)
[iii] Irreferi għall-Parti 5 tal-Att dwar l-Insolvenza Personali 2012 għall-bażi leġiżlattiva għal Prattikant fl-Insolvenza Personali, u r-Regolamenti 2013 (S.S. Nru 209 tal-2013) (Awtorizzazzjoni u Superviżjoni tal-Prattikanti fl-Insolvenza Personali) tal-Att dwar l-Insolvenza Personali 2012 għall-kriterji tal-kwalifiki, l-istandards regolatorji u r-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni.
[iv] Sezzjoni 135 tal-Att dwar l-Insolvenza 2012 (kif emendat) u Sezzjoni 17 tal-Ewwel Skeda tal-Att dwar il-Falliment 1988 (kif emendat)
[v] Sezzjoni 135(2) tal-Att dwar l-Insolvenza 2012 (kif emendat)
[vi] Sezzjoni 61 u Sezzjoni 136 tal-Att dwar l-Insolvenza 1988 (kif emendat)
[vii] Sezzjoni 87 (DSA) u Sezzjoni 120 (PIA) tal-Att dwar l-Insolvenza 2012 (kif emendat)
[viii] Sezzjoni 75 tal-Att dwar il-Falliment 1988 (kif emendat)
[ix] Sezzjoni 81 u Sezzjoni 101 tal-Att dwar il-Falliment 1988 (kif emendat)
[x] Sezzjoni 97 tal-Att dwar l-Insolvenza 2012 (kif emendat)
[xi] Sezzjoni 115(a) tal-Att dwar l-Insolvenza 2012 (kif emendat)
[xii] Sezzjoni 57 tal-Att dwar il-Falliment 1988 (kif emendat)
[xiii] Sezzjoni 58 tal-Att dwar il-Falliment 1988 (kif emendat)
[xiv] Sezzjoni 59 tal-Att dwar il-Falliment 1988 (kif emendat)
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.