

Sib informazzjoni għal kull reġjun
F’każ ta’ żwieġ bil-knisja, il-proċedimenti ta’ divorzju jistgħu jinbdew biss wara li ssir notifika lill-isqof tad-distrett fejn jgħix ir-rikorrent. Rikors għal divorzju jista' jiġi ppreżentat tliet xhur wara li tkun intbagħtet in-notifika lill-isqof kompetenti. Ma hemmx għalfejn tintbagħat notifika fejn ir-raġuni għad-divorzju hija l-għajbien jew il-mard mentali.
Id-divorzju jħoll iż-żwieġ, iżda ma jġibx miegħu bidla awtomatika fil-kunjom. Hija l-parti konċernata li trid tagħmel dikjarazzjoni ġuramentata biex tbiddel kunjomha.
Id-divorzju ma għandux konsegwenzi fuq it-tilwim dwar propjetà. Kull tilwim dwar propjetà jrid jiġi indirizzat permezz ta’ rikors separat, għaliex il-proċeduri huma differenti.
Ma hemmx, peress li l-proċedimenti ta’ divorzju huma separati minn u indipendenti mill-proċedimenti ta’ kustodja, sakemm id-divorzju ma ngħatax minħabba attentat fuq ħajjet it-tfal jew abbuż fiżiku fuqhom.
Id-divorzju ma għandux konsegwenzi fuq il-kwistjonijiet relatati mat-tfal minuri (pereż. l-manteniment, ir-responsabbiltà tal-ġenituri, il-komunikazzjoni). Għandhom isiru rikorsi separati għal dawn il-kwistjonijiet.
Id-divorzju ma jġibx miegħu l-obbligu awtomatiku tal-ħlas tal-manteniment lill-konjuġi l-ieħor. Mas-separazzjoni għandu jiġi ppreżentat rikors separat.
It-terminu “separazzjoni legali” ma teżistix fil-liġi tal-familha Ċiprijotta.
Mhux applikabbli.
Mhux applikabbli.
Dak ifisser li, dakinhar tas-sentenza ta' annullament, iż-żwieġ jiġi ddikjarat null u bla effett.
Skont l-Artikolu 17 tal-Att dwar iż-Żwieġ, il-Liġi Nru 104(I)/2003, kif emendata mil-Liġi Nru 66(I)/2009, iż-żwieġ mhux validu jekk ikun seħħ:
(a) qabel il-ħall jew annullament finali ta’ xi żwieġ preċedenti ta’ xi ħadd mill-partijiet, inkluż żwieġ reliġjuż jew ċivili;
(b) bejn qraba f’relazzjoni ta’ konsanguinità ta' axxendenza jew kollaterali sal-ħames grad;
(c) bejn qraba li jiġu minn xulxin biż-żwieġ fil-linja axxendenti jew kollaterali sat-tielet grad;
(d) bejn min jadotta u l-persuna adottata jew id-dixxendenti tagħhom;
(e) bejn wild li twieled barra ż-żwieġ u l-missier li rrikonoxxieh jew il-qraba tiegħu.
Jekk iż-żwieġ huwa null jew jiġi ddikjarat null minn sentenza tal-qorti li għaddiet in ġudikat, iż-żwieġ isir null għal kollox minn dakinhar tas-sentenza.
Attwalment ma hemmx mezzi alternattivi. Bħalissa qed jiġi ppreparat abbozz ta' liġi dwar il-medjazzjoni fi kwistjonijiet tal-familja mill-Kummissarju għall-Ġustizzja.
Ir-rikors għall-ħall/annullament taż-żwieġ għandu jiġi ppreżentat fil-qorti tal-familja (oikogeneiakó dikastírio) tad-distrett (eparchía) fejn jgħixu l-partijiet jew wieħed minnhom. Ir-rikors irid isir b’konformità mal-Mudell 1 tar-Regolamenti Proċedurali tal-Qorti Suprema tal-1990 (Týpo 1 ton Diadikastikón Kanonismón tou Anótatou Dikastiríou tou 1990). Għandhom jiġu mehmuża mar-rikors bħala provi l-prova tal-posta mħallsa għan-notifika mibgħuta lill-isqof jew prova tal-irċevuta ta' ittra reġistrata dwar in-notifika mill-isqof kompetenti, kif ukoll iċ-ċertifikat taż-żwieġ tal-partijiet.
Iva. Għandu jsir rikors quddiem il-qorti tal-familja kompetenti.
Iva, jista' jsir appell kontra deċiżjoni dwar divorzju jew annullament taż-żwieġ quddiem il-qorti tal-familja tat-tieni istanza (devterováthmio oikogeneiakó dikastírio).
Ir-rikors għandu jiġi ppreżentat quddiem il-qorti tal-familja kompetenti tar-Repubblika ta' Ċipru skont ir-Regolament 44/2001.
Jista' jsir appell quddiem il-qorti tal-familja li quddiemha tressaq ir-rikors għar-rikonoxximent u r-reġistrazzjoni tad-deċiżjoni tal-Istat Membru l-ieħor.
Il-qrati tal-familja tar-Repubblika ta' Ċipru jakkwistaw il-ġuriżdizzjoni biex jisimgħu każ relatat mal-ħall jew l-annullament ta' żwieġ f'dawn il-każijiet biss meta l-partijiet fil-kawża jkunu għexu f'Ċipru għal mill-inqas tliet xhur. Il-qorti tapplika l-liġi Ċiprijotta.
Din il-paġna web hija parti minn L-Ewropa Tiegħek.
Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.