

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Il-każijiet fejn jista' jinħall żwieġ huma deskritti fid-dettall fit-taqsima tal-Liġi tal-Familja fil-Liġi Ċivili tal-Latvja u fit-Taqsima P tal-Liġi dwar in-Nutara. Il-qafas ġenerali tal-istituzzjoni taż-żwieġ huwa stabbilit fit-taqsima tal-Liġi tal-Familja fil-Liġi Ċivili.
Fil-Latvja, żwieġ jista' jinħall biss minn qorti jew minn nutar (notārs). Qorti tista' tordna l-ħall taż-żwieġ fuq rikors tal-konjuġi flimkien jew ta' wieħed minnhom biss. Nutar jista' jordna l-ħall taż-żwieġ jekk il-konjuġi jkunu laħqu ftehim dwar il-ħall taż-żwieġ tagħhom u ma għandhomx wild minuri jew proprjetà matrimonjali, jew, fejn il-konjuġi jkollhom it-tfal jew proprjetà matrimonjali, ikollhom ftehim bil-miktub dwar il-kustodja tat-tfal, drittijiet ta' aċċess, manteniment tat-tfal u d-diviżjoni tal-proprjetà matrimonjali.
Wieħed mill-prerekwiżiti għal divorzju ta' din ix-xorta, għalhekk, huwa ftehim bejn il-konjuġi dwar il-kustodja ta' tfal li twieldu fiż-żwieġ, il-manteniment tat-tfal u d-diviżjoni tal-proprjetà matrimonjali.
Jekk iż-żwie[ jinħall minn qorti, il-qorti trid tistabbilixxi li ż-żwieġ tkisser irrimedjabbilment. Żwieġ jitqies li tkisser irrimedjabbilment jekk il-konjuġi ma jibqgħux jgħixu flimkien u mhux mistenni li jerġgħu jibdew jgħixu flimkien.
Wieħed mill-prerekwiżiti għall-ħall taż-żwieġ minn nutar huwa ftehim bejn il-konjuġi dwar il-kustodja ta' tfal li twieldu fiż-żwieġ, il-manteniment tat-tfal u d-diviżjoni tal-proprjetà matrimonjali. Jekk il-konjuġi ma jilħqux ftehim, dawn it-talbiet iridu jiġu deċiżi l-qorti flimkien ma' rikors għad-divorzju.
Il-ħall taż-żwieġ minn nutar
Żwieġ jista' jinħall jekk ikun tkisser irrimedjabbilment u l-konjuġi jkunu laħqu ftehim dwar il-ħall taż-żwieġ tagħhom, u n-nutar jirċievi rikors konġunt iffirmat minnhom it-tnejn. Jekk il-konjuġi għandhom it-tfal jew proprjetà matrimonjali, mar-rikors irid jiġi anness ftehim bil-miktub dwar il-kustodja tat-tfal, il-manteniment tat-tfal, id-drittijiet ta' aċċess u d-diviżjoni tal-proprjetà matrimonjali.
Il-ħall taż-żwieġ mill-qorti
Żwieġ jista' jinħall minn qorti f'każijiet fejn il-konjuġi ma jkunux laħqu ftehim dwar il-ħall taż-żwieġ tagħhom u jissodisfaw waħda minn dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:
Il-konjuġi ilhom jgħixu separatament għal aktar minn tliet snin: il-konjuġi jgħixu separatament, ma hemmx ħajja konjugali u wieħed mill-konjuġi deċiż li ma jkunx hemm ħajja konjugali, li b'hekk iċaħħad il-possibiltà li jkun hemm il-koabitazzjoni matrimonjali. Il-ħajja konjugali tista' tkun assenti wkoll minkejja li l-konjuġi jgħixu taħt l-istess saqaf.
Jekk il-konjuġi ilhom jgħixu separatament għal inqas minn tliet snin, il-qorti tista' tordna l-ħall taż-żwieġ biss jekk:
ir-raġuni għat-tkissir taż-żwieġ tkun vjolenza fiżika, sesswali, psikoloġika jew ekonomika minn konjuġi fuq il-konjuġi l-ieħor li qed jitlob il-ħall taż-żwieġ, jew fuq it-tfal tiegħu minn relazzjoni oħra, jew kontra t-tfal tagħhom miż-żwieġ;
konjuġi minnhom jaċċetta li l-konjuġi l-ieħor iressaq rikors għall-ħall taż-żwieġ;
wieħed mill-konjuġi beda jgħix ma persuna oħra, u kellhom jew se jkollhom tarbija minn din ir-relazzjoni.
Fejn fiċ-ċirkostanzi li għadhom kif ġew deskritti l-qorti temmen li ż-żwieġ għad jista' jiġi salvat, il-proċedimenti ta' divorzju jistgħu jiġu posposti sa massimu ta' sitt xhur minħabba l-possibiltà ta' rikonċiljazzjoni tal-konjuġi.
Jekk qabel ma bdew jgħixu għal rashom għal tliet snin wieħed mill-konjuġi jippreżenta rikors għad-divorzju għal raġunijiet oħra li mhumiex wieħed mit-tlieta msemmija hawn qabel, il-qorti ma tistax tħoll iż-żwieġ qabel it-terminu statutorju ta' tliet snin separazzjoni, u trid tipposponi l-eżami tal-każ minħabba l-possibiltà ta' rikonċiljazzjoni tal-konjuġi.
Jekk il-miżżewwġin ikunu għexu separatament għal inqas minn tliet snin, nutar jista' jħoll iż-żwieġ biss bil-kunsens taż-żewġ konjuġi u jekk ikunu ppreżentawlu rikors għall-ħall taż-żwieġ skont il-proċedura prevista fil-Liġi dwar in-Nutara.
Qorti ma tistax tħoll żwieġ anki jekk ikun tkisser irrimedjabbilment jekk u sa fejn iż-żwieġ irid jiġi preservat eċċezzjonalment fl-interessi tat-tfal tal-konjuġi.
Mad-dħul fis-seħħ ta' sentenza ta' divorzju jew eżatt kif nutar ċertifikat joħroġ ċertifikat ta' divorzju, jintemmu d-drittijiet u l-obbligi ġejjin mir-relazzjoni legali bejn il-konjuġi. Id-divorzju jista' jimponi drittijiet u obbligi ġodda fuq l-eks konjuġi. Mal-ħall taż-żwieġ, kull parti tista' terġa tiżżewweġ.
Skont il-Liġi Ċivili, konjuġi li jkun biddel kunjomu maż-żwieġ jista' juża dan il-kunjom wara l-ħall taż-żwieġ, jew alternattivament, jekk hekk jitlob, jista' jġib il-permess ta' qorti jew nutar biex juża kunjomu ta' ġuvni jew xebba.
B'rikors tal-konjuġi l-ieħor, qorti tista' tipprojbixxi konjuġi li jkun ħati tat-tkissir taż-żwieġ milli juża l-kunjom fiż-żwieġ, mingħajr preġudizzju għall-interessi tat-tfal.
Nutar jista' jħoll żwieġ jekk il-konjuġi jkunu laħħqu ftehim minn qabel bil-miktub fuq id-diviżjoni ta' kull proprjetà matrimonjali u jekk dan il-ftehim ikun mehmuż mar-rikors għad-divorzju.
Meta ż-żwieġ jinħall minn qorti, il-konjuġi jistgħu jiftehmu dwar id-diviżjoni tal-proprjetà matrimonjali. Jekk il-konjuġi ma jilħqux qbil, it-talbiet tagħhom jiġu solvuti mill-qorti fuq il-bażi tal-Liġi Ċivili jew tad-dispożizzjonijiet tal-kuntratt taż-żwieġ. Il-Liġi Ċivili tipprovdi għal żewġ tipi ta' reġimi dwar il-proprjetà, jiġifieri reġimi regolati mil-leġiżlazzjoni u reġimi regolati mill-kuntratt taż-żwieġ, u dawn ifissru l-proċedura għad-diviżjoni tal-proprjetà f'każ ta' divorzju.
Meta r-reġim ta' proprjetà huwa regolat mil-liġi, f'każ ta' diviżjoni tal-proprjetà, kull konjuġi għandu dritt iżomm il-proprjetà li kienet tiegħu qabel iż-żwieġ u kull proprjetà separata li huwa akkwista matul iż-żwieġ. Kull ma kien inxtara matul iż-żwieġ mill-konjuġi flimkien, jew minn wieħed minnhom bir-riżorsi tat-tnejn, ikun il-proprjetà konġunta taż-żewġ konjuġi. Il-proprjetà konġunta titqies li tappartjeni liż-żewġ konjuġi f'ishma ndaqs, sakemm xi ħadd minnhom jista' juri li l-proprjetà għandha tinqasam f'ishma differenti.
Fejn ir-reġim ta' proprjetà huwa regolat mill-kuntratt taż-żwieġ, il-kuntratt jista' jipprovdi għas-sjieda separata jew għas-sjieda konġunta tal-proprjetà kollha tal-konjuġi, u d-diviżjoni tal-proprjetà mbagħad issir skont il-proċedura stabbilita fil-leġiżlazzjoni dwar ir-reġim kuntrattwali ta' proprjetà rilevanti.
F'każijiet ta' divorzju, il-kwistjonijiet tar-relazzjonijiet legali fil-familja li ġew deskritti hawn qabel, u b'mod partikolari dawk ġejjin mir-relazzjonijiet legali bejn il-ġenituri u t-tfal, ma jistgħux jiġu kkunsidrati separatament.
Jekk iż-żwieġ jinħall minn nutar, il-konjuġi jridu jaqblu mhux biss fuq id-divorzju iżda wkoll fuq il-kustodja, id-drittijiet ta' aċċess u l-manteniment tat-tfal. Mar-rikors għad-divorzju jrid jiġu mehmuż ftehim minn qabel bil-miktub dwar il-kustodja, id-drittijiet ta' aċċess u l-manteniment tat-tfal.
Jekk iż-żwieġ jinħall minn qorti, il-konjuġi jridu jaqblu fuq il-kustodja, id-drittijiet ta' aċċess u l-manteniment tat-tfal. Jekk dan il-ftehim ma jkunx intlaħaq, u jekk safrattant dawn it-talbiet ma jkunux ġew sodisfatti, it-talbiet iridu jiġu ppreżentati flimkien mar-rikors għad-divorzju; inkella l-qorti ma tilqax it-talba għad-divorzju.
Il-konsegwenzi tad-divorzju fir-rigward tas-setgħa tal-ġenituri
Il-kura tat-tfal ma tiqafx hekk kif it-tfal ma jibqgħux jgħixu mal-ġenituri jew ma xi ħadd minnhom.
Jekk il-ġenituri jgħixu separatament, ir-responsabbiltà konġunta tagħha tibqa' sħiħa. Il-kura u s-superviżjoni tat-tfal trid tiġi żguarata mill-ġenitur li miegħu jgħixu t-tfal.
Il-ġenituri għandhom jieħdu deċiżjonijiet li jista' jkollhom effett sinifikanti fuq l-iżvilupp tat-tfal flimkien. It-tilwim bejn il-ġenituri jinstema' mill-qorti tat-tfal (bāriņtiesa), sakemm il-leġiżlazzjoni ma tipprovdix mod ieħor.
Il-kustodja konġunta tal-ġenituri tintemm meta ftehim bejn il-ġenituri jew deċiżjoni tal-qorti jistabbilixxu l-kustodja esklussiva ta' wieħed mill-ġenituri.
Jekk it-tfal qiegħdin fil-kustodja esklussiva ta' ġenitur wieħed, dak il-ġenitur għandu d-drittijiet u l-obbligi derivanti minn din il-kustodja. Il-ġenitur l-ieħor irid ikollu drittijiet ta' aċċess (id-dritt li jżomm kuntatt ma u jkollu relazzjoni privata mat-tfal tiegħu).
Il-konsegwenzi tad-divorzju fir-rigward tal-manteniment tat-tfal
Il-kwistjoni tal-manteniment tat-tfal trid tiġi deċiża matul il-proċedimenti tad-divorzju. Il-ġenituri għandhom l-obbligu jmantnu lit-tfal tagħhom skont il-kapaċitajiet u l-mezzi finanzjarji tagħhom. L-obbligu tal-manteniment huwa tal-missier u tal-omm sakemm it-tifel ikun jista' jmantni lilu nnifsu. L-obbligu tal-manteniment ma jiqafx sempliċement għaliex it-tfal ma jibqgħux jgħixu mal-ġenituri jew ma xi ħadd minnhom jew ma jgħixux mal-familja. Mal-ħall taż-żwieġ tagħhom il-ġenituri jistgħux jaqblu fuq il-manteniment tat-tfal, iżda fin-nuqqas ta' ftehim, il-kwistjoni tiġi deċiża mill-qorti matul il-proċedimenti tad-divorzju.
Il-Liġi Ċivili tgħid li meta jinħall iż-żwieġ, jew anki wara, eks konjuġi jista' jitlob pagamenti mill-konjuġi l-ieħor skont iċ-ċirkustanzi finanzjarji ta' dan il-konjuġi sabiex jiżgura l-livell ta' għajxien preċedenti tiegħu. L-obbligu taż-żamma tal-istess livell ta' għajxien ta' ekx konjuġi jintemm meta:
It-terminu "separazzjoni legali" ma jeżistix fis-sistema ġuridika tal-Latvja.
It-terminu "separazzjoni legali" ma jeżistix fis-sistema ġuridika tal-Latvja.
It-terminu "separazzjoni legali" ma jeżistix fis-sistema ġuridika tal-Latvja.
Żwieġ jista' jiġu annullat jekk ġie ċċelebrat bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi li jipprojbixxu ċ-ċelebrazzjoni legali tiegħu. Mad-dħul fis-seħħ tas-sentenza ta' annullament taż-żwieġ, il-partijiet jitqiesu li qatt ma kienu miżżewwġin, u ż-żwieġ huwa null u bla effett mid-data ta' ċelebrazzjoni tiegħu. Għandu jiġi nnutat li l-annullament taż-żwieġ jista' jsir ukoll wara divorzju.
Annullament taż-żwieġ jingħata biss fil-każijiet li ġejjin kif stabbiliti mil-leġiżlazzjoni:
F'dawn il-każijiet kollha, rikors għall-annullament taż-żwieġ jista' jitressaq f'kull ħin mingħajr skadenza, minn kull parti interessata jew minn prosekutur pubbliku. Jekk iż-żwieġ jispiċċa minħabba mewt jew divorzju, ir-rikors għall-annullament jista' jitressaq biss mill-persuni bi drittijiet affettwati minn dawn iċ-ċirkostanzi. Jekk ikunu mietu ż-żewġ konjuġi, ma jistax jitressaq rikors għall-annullament taż-żwieġ tagħhom.
Konjuġi bi żwieġ annullat jerġa lura għall-kunjom ta' ġuvni jew xebba tiegħu. Jekk meta ġie ċċelebrat iż-żwieġ il-konjuġi ma kienx jaf li ż-żwieġ kellu jiġi annullat, huwa jista' jitlob lill-qorti biex iżomm il-kunjom taż-żwieġ.
Jekk meta ġie ċċelebrat iż-żwieġ wieħed mill-konjuġi kien jaf li ż-żwieġ seta' jiġi annullat, il-konjuġi l-ieħor għandu dritt jitlob mill-konjuġi l-ieħor mhux biss mezzi finanzjarji biex iżomm l-istess livell ta' għajxien li kellu iżda wkoll kumpens għad-danni morali.
Meta ż-żwieġ jiġi annullat, iċ-ċirkostanzi li fihom jintemm l-obbligu ta' eks konjuġi li jmantni lill-ieħor bl-istess livell ta' għajxien huma l-istess bħal f'każ ta' divorzju (ara l-mistoqsija 3.4).
F'dak li jikkonċerna d-diviżjoni tal-proprjetà minħabba annullament taż-żwieġ, kull konjuġi għandu dritt iżomm il-proprjetà li jkun xtara qabel iż-żwieġ u l-proprjetà mixtrija minnu matul il-koabitazzjoni. Il-proprjetà mixtrija bejniethom trid tinqasam f'partijiet indaqs bejn l-eks konjuġi.
Jekk meta ġie ċċelebrat iż-żwieġ l-ebda wieħed mill-konjuġi ma kien jaf li ż-żwieġ kellu jiġi annullat, il-proprjetà tinqasam skont id-dispożizzjonijiet tal-Liġi Ċivili li tirregola d-diviżjoni tal-proprjetà mixtrija waqt żwieġ validu. Madankollu, jekk wieħed biss mill-konjuġi ma kienx jaf li ż-żwieġ kellu jkun annullat, il-proċedura dwar id-diviżjoni tal-proprjetà mixtrija waqt żwieġ validu f'każ ta' divorzju tapplika biss fir-rigward tal-konjuġi li ma kienx jaf li ż-żwieġ kellu jkun null.
Fil-Latvja, iż-żwieġ jista' jinħall minn nutar b'rikors konġunt tal-partijiet. Il-proċedura għall-ħall taż-żwieġ minn nutar hija prevista fit-Taqsima P tal-Liġi dwar in-Nutara. Nutar ċertifikat jista' jordna l-ħall taż-żwieġ jekk il-konjuġi jkunu laħqu ftehim dwar id-divorzju u ma jkollhomx wild minuri jew proprjetà matrimonjali, jew, fejn il-konjuġi jkollhom it-tfal jew proprjetà matrimonjali, ikollhom ftehim bil-miktub dwar il-kustodja tat-tfal, drittijiet ta' aċċess, manteniment tat-tfal u d-diviżjoni tal-proprjetà matrimonjali.
Il-ħall taż-żwieġ minn nutar
Jekk iż-żwieġ jinħall minn nutar, ma hemmx ġurisdizzjoni territorjali speċifika - il-partijiet jistgħu jmorru għand liema nutar iridu fil-pajjiż. Dan ma jinkludix il-każijiet tranfruntiera fejn il-ġurisdizzjoni hija regolat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003. Jekk skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew leġiżlazzjoni internazzjonali oħra, divorzju transfruntiera ma jaqax fil-ġurisdizzjoni tal-Latvja, nutar ċertifikat ma jistax jibda l-proċedimenti ta' divorzju u jrid jinforma kif xieraq lill-konjuġi.
F'kawżi tranfruntiera ta' divorzju l-liġi applikabbli tiġi deċiża skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1259/2010 tal-20 ta' Diċembru 2010 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali.
Rikors għad-divorzju mressaq quddiem nutar irid jindika dan li ġej:
Ir-rikors irid ikollu mehmuż miegħu ċ-ċertifikat oriġinali taż-żwieġ, jew kopja jew estratt maħruġ mill-uffiċċju tar-reġistru pubbliku, jew dikjarazzjoni mill-istess uffiċċju.
Jekk il-konjuġi għandhom it-tfal jew proprjetà matrimonjali, mar-rikors irid jiġi anness ftehim bil-miktub dwar il-kustodja tat-tfal, il-manteniment tat-tfal, drittijiet ta' aċċess u d-diviżjoni tal-proprjetà matrimonjali.
Il-ħall taż-żwieġ mill-qorti
Rikors għal divorzju jew annullament taż-żwieġ irid jitressaq quddiem il-qorti distrettwali jew tal-belt (rajona (pilsētas) tiesa) li għandha ġurisdizzjoni - normalment il-qorti tal-post ta' residenza dikjarata tal-konvenut, jew fin-nuqqas il-post ta' residenza de facto tiegħu. Rikors jista' jitressaq quddiem il-qorti tal-post ta' residenza dikjarata tar-rikorrent, jew fin-nuqqas il-post ta' residenza de facto tiegħ, jekk:
Ir-regoli dwar il-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta' divorzju, separazzjoni legali u annullament taż-żwieġ meta wieħed mill-konjuġi huwa abitwalment residenti fi Stat Membru ieħor, jew huwa ċittadin ta' Stat Membru ieħor, huwa previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000.
Hekk kif jiġi determinat liema huwa l-Istat Membru adattat, tapplika l-proċedura ċivili domestika ta' dak l-Istat Membru.
Ir-regoli dwar il-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta' divorzju huma stabbiliti wkoll fi ftehimiet internazzjonali bilaterali dwar l-għajnuna u l-assistenza legali li ġew konklużi ma' pajjiżi mhux Stati Membri tal-Unjoni Ewropea u li huma vinkolanti fuq il-Latvja.
Skont l-Artikolu 128 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili rikors tal-qorti jrid jindika dan li ġej:
Skont it-Taqsima 235.1 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili, rikors għad-divorzju jrid jindika wkoll:
Ir-rikors irid ikun iffirmat mir-rikorrent jew mir-rappreżentant tiegħu. Fi kwistjoni ta' divorzju jew ta' annullament, ir-rappreżentant tal-parti għandu jkollu awtorizzazzjoni speċifika biex ikun jista' jmexxi l-kawża. L-awtorizzazzjoni tar-rappreżentant f'kaz ta' divorzju jew annullament tkopri wkoll kull talba relatata.
Dawn li ġejjin iridu jiġu mehmuża mar-rikors:
B'mod ġenerali, l-Istat jagħti għajnuna legali jekk il-mezzi jew livell ta' introjtu ta' persuna ma jippermettulix li tħares lid-drittijiet tagħha, jew jekk f'daqqa waħda ssib ruħha f'diffikultà finanzjarja li wkoll ma tħallihiex tħares lilha nfisha (pereżempju diżastru naturali, force majeure jew ċirkostanzi oħra mhux fil-kontroll tagħha), jew il-persuna hija għal kollox dipendenti fuq l-Istat jew l-awtorità lokali, li għalhekk tagħmilha oġġettivament diffiċli biex il-persuna tħares id-drittijiet tagħha. L-għajnuna legali tingħata skont id-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar l-Għajnuna Legali mill-Istat ((Valsts nodrošinātās juridiskās palīdzības likums).
L-għajnuna legali tkopri l-ispejjeż relatati mat-tħejjija tad-dokumenti proċedurali, il-konsultazzjoni mal-avukat matul il-proċedimenti, ir-rappreżentazzjoni fil-qorti, u l-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-qorti.
Il-Latvja tipprovdi għajnuna legali wkoll skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003.
Fl-ewwel istanza, il-kawża tinstema' minn qorti distrettwali jew tal-belt (rajona (pilsētas) tiesa). Jista' jsir appell mid-deċiżjoni tagħha quddiem il-qorti reġjonali (apgabaltiesa), kif ukoll appell fuq punt tal-liġi (kasācija).
Jekk iż-żwieġ jinħall minn nutar, għandu jiġi nnutat li l-veraċità tad-dokumenti ċertifikati skont il-proċedura statutorja ma tistax tiġi kontestata. Id-dokumenti jistgħu jiġu kontestati permezz ta' kawża separata.
Kull ilment dwar nutar ċertifikat li ma jkunx mexa sew fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu, jew ikun irrifjuta li jwettaq d-dmirijiet tiegħu, għandu jiġi ppreżentat lill-qorti reġjonali li tissorvelja lin-nutar fi żmien xahar mid-data li fiha n-nutar wettaq l-azzjoni li dwarha sar l-ilment jew irrifjuta li jwettaq.
Sentenza ta' divorzju, separazzjoni legali jew annullament taż-żwieġ mogħtija fi Stat Membru ieħor għandha tiġi rikonoxxuta fil-Latvja skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003. Ir-Regolament jgħid li sentenza mogħtija fi Stat Membru għandha tiġi rikonoxxuta fi Stati Membri oħra mingħajr il-ħtieġa ta' xi proċedura speċjali.
Kull parti interessata li tixtieq tiggarantixxi r-rikonoxximent fil-Latvja ta' sentenza ta' divorzju, separazzjoni legali jew annullament taż-żwieġ mogħtija fi Stat Membru ieħor tista', skont il-proċedura previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tapplika għal dikjarazzjoni li s-sentenza għandha tiġi rikonoxxuta, jew le, permezz ta' applikazzjoni għar-rikonoxximent (atzīšana) jew għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni (atzīšana un izpildīšana) tas-sentenza barranija lill-qorti distrettwali jew tal-belt tal-post fejn se tiġi eżegwita s-sentenza, jew tal-post ta' residenza dikjarat tal-konvenut, jew fin-nuqqas, dak tal-qorti tal-post ta' residenza de facto tiegħu.
Deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent jew ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenza mogħtija minn qorti barranija tittieħed minn imħallef uniku, fuq il-bażi tal-applikazzjoni mressqa u d-dokumenti mehmuża magħha, fi żmien għaxart ijiem mid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, mingħajr ma jkollhom għalfejn jidhru l-qorti l-partijiet. L-imħallef jista' jiċħad ir-rikonoxximent tas-sentenza fil-Latvja biss għal waħda mir-raġunijiet għan-nuqqas ta' rikonoxximent imniżżla fl-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003. Dawn jippermettu ċ-ċaħda ta' rikonoxximent fil-Latvja ta' sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor, fil-każijiet li ġejjin:
Skont it-Taqsima 638 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili, rikors dwar ir-rikonoxximent ta' sentenza jrid jindika wkoll:
Skont l-Artikolu 37 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, rikors dwar ir-rikonoxximent ta' sentenza mogħtija minn qorti ta' Stat Membru ieħor għandu jkun akkumpanjat minn:
Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, hemm żewġ modi kif parti interessata tista' toġġezzjona fil-Latvja għar-rikonoxximent ta' sentenza ta' divorzju, separazzjoni legali jew annullament taż-żwieġ mogħtija fi Stat Membru ieħor.
Fl-ewwel lok, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kunsul (KE) Nru 2201/2003, kull parti interessata tista' titlob lil qorti għal deċiżjoni li sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor ma għandhiex tiġi rikonoxxuta fil-Latvja.
Fit-tieni lok, il-konvenut f'każ dwar ir-rikonoxximent ta' sentenza jista' jikkontesta r-rikonoxximent ta' sentenza fil-Latvja anki jekk persuna oħra tkun diġà ppreżentat rikors għar-rikonoxximent tas-sentenza, u fejn fuq il-bażi ta' dak ir-rikors il-qorti distrettwali jew tal-belt tkun diġà rrikonoxxiet is-sentenza. Il-konvenut jista' jqajjem eċċezzjonijiet għar-rikonoxximent fil-Latvja ta' sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor billi jappella d-deċiżjoni tal-qorti distrettwali jew tal-belt li rrikonoxxiet is-sentenza. Skont l-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, id-deċiżjoni ta' qorti distrettwali jew tal-belt li tirrikonoxxi sentenza mogħtija minn qorti ta' Stat Membru ieħor tista' tiġi appellata quddiem qorti reġjonali bil-preżentata ta' eċċezzjoni anċillari (blakus sūdzība) lill-qorti li tkun ħadet id-deċiżjoni, u n-notifika tar-rikors lill-qorti reġjonali rilevanti. Il-konvenut jew ir-rikorrent jistgħu jressqu d-deċiżjoni tal-qorti reġjonali dwar ir-rikonoxximent ta' sentenza quddiem is-Senat tal-Qorti Suprema (Augstākās tiesas Senāts) permezz ta' eċċezzjoni anċillari quddiem il-qorti li ħadet id-deċiżjoni u n-notifika tar-rikors lit-Taqsima tal-Kawżi Ċivili tas-Senat tal-Qorti Suprema.
Il-konvenut jista' joġġezzjoni għar-rikonoxximent ta' sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor biss fuq il-bażi ta' waħda mir-raġunijiet għan-nuqqas ta' rikonoxximent previsti fl-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 (ara l-mistoqsija 14).
Il-proċedura għall-għażla tal-liġi applikabbli hija prevista fir- Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1259/2010 tal-20 ta' Diċembru 2010 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali (ir-Regolament Rome III.
http://www.llrx.com/features/latvia.htm English
Din il-paġna web hija parti minn L-Ewropa Tiegħek.
Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.