

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Fil-liġi Lussemburgiża hemm żewġ forom ta' divorzju, id-divorzju kunsenswali u d-divorzju minħabba ksur irrimedjabbli tar-relazzjonijiet konjugali.
Id-divorzju kunsenswali jista’ jintalab b’mod konġunt mill-konjuġi meta jaqblu dwar it-terminazzjoni taż-żwieġ u l-konsegwenzi tagħha.
Jekk il-konjuġi jkollhom beni li jridu jinqasmu, ikollhom isiru inventarju u stima minn nutar. Imbagħad, il-konjuġi jkunu jistgħu jiftiehmu liberament dwar id-drittjiet rispettivi tagħhom fir-rigward tal-beni kkonċernati. Jekk ma jkunx hemm beni li jirrikjedu inventarju, ma jkunx hemm bżonn tas-servizzi ta' nutar.
Il-konjuġi jridu jiftiehmu wkoll dwar ir-residenza tagħhom waqt il-proċess tad-divorzju, dwar x'se jagħmlu bi wliedhom waqt u wara dak il-proċess, dwar il-kontribuzzjoni ta' kull wieħed mill-konjuġi għall-edukazzjoni u t-trobbija tat-tfal qabel u wara d-divorzju u finalment dwar l-ammont tal-manteniment eventwali pprovdut minn wieħed mill-konjuġi lill-ieħor waqt il-proċess u wara s-sentenza tad-divorzju. Dan il-ftehim irid ikun iddokumentat bil-miktub (la convention) u mfassal minn avukat tal-Qorti jew minn nutar. Il-ftehim irid jiġi approvat minn qorti li tivverifika li l-aħjar interessi tat-tfal ikunu ssalvagwardjati u li ma jkunx jippreġudika b’mod manifestament sproporzjonat l-interessi ta’ wieħed mill-konjuġi. Il-ftehim approvat huwa parti integrali mis-sentenza ta’ divorzju.
Id-divorzju minħabba ksur irrimedjabbli tar-relazzjonijiet konjugali jista’ jintalab minn wieħed mill-konjuġi, jew, meta jkun hemm ftehim dwar il-prinċipju tad-divorzju iżda mhux il-konsegwenzi kollha tiegħu, miż-żewġ partijiet b’mod konġunt.
Il-ksur irrimedjabbli jiġi stabbilit bil-qbil tal-konjuġi dwar il-prinċipju tad-divorzju jew b’talba ta’ wieħed mill-konjuġi li jżommha għaddejja wara perjodu ta’ riflessjoni ta’ mhux aktar minn tliet xhur, li jista’ jiġġedded darba.
Fil-liġi Lussemburgiża hemm żewġ forom ta' divorzju, id-divorzju kunsenswali u d-divorzju minħabba ksur irrimedjabbli tar-relazzjonijiet konjugali.
Iż-żwieġ jinħall bid-deċiżjoni tad-divorzju. Id-dmirijiet rispettivi, jiġifieri l-obbligi ta' fidelità, appoġġ u assistenza, jintemmu.
Il-liġi Lussemburgiża tistipula li l-ebda ċittadin ma jista' juża isem jew kunjom differenti minn dak imniżżel fiċ-ċertifikat tat-twelid: dawk li jkunu waqfu jużawh ikollhom jerġgħu joħduh. Bidla fl-istat ċivili, pereżempju permezz taż-żwieġ, għalhekk ma jwassalx għal bdil fl-isem ta' wieħed mill-miżżewġin. Li tieħu kunjom il-konjuġi tiegħek mhux dritt akkwiżit. Il-konjuġi jrid jagħti l-kunsens tiegħu biex tuża kunjomu.
L-imħallfin Lussemburgiżi ħadu deċiżjonijiet dwar l-effett tad-divorzju fuq il-kunjom użat:
Il-mara divorzjata ma tistax tibqa' tuża kunjom l-eks raġel tagħha mingħajr l-awtorizzazzjoni tiegħu, u l-awtorizzazzjoni tista' tiġi revokata f'kull ħin. Id-dritt tal-eks raġel li jopponi l-użu ta' kunjomu huwa fid-diskrezzjoni tiegħu, u għalhekk il-qrati ma jistgħux jawtorizzaw mara divorzjata biex tibqa' tuża kunjom l-eks raġel b'mod illimitat, lanqas għall-bżonnijiet ta' xogħolha, ladarba l-eks raġel joġġezzjona. Il-qorti tista' madankollu, wara li tqis il-fama li l-eks mara tkun kisbet fil-professjoni tagħha b'kunjom l-eks raġel tagħha u biex jiġi evitat preġudizzju ekonomiku fil-konfront tagħha, tikkonċedilha ammont ta' żmien biex il-klijenti tagħha jsiru jafuha b'kunjomha. – Il-Qorti tal-Appell (Cour) l-24 ta' Mejju 2006, p. 33, 258
Fil-prinċipju, id-divorzju tal-ġenituri ma jibdilx il-kundizzjonijiet tal-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri, li tibqa’ tiġi eżerċitata b’mod konġunt miż-żewġ ġenituri. Dawn għandhom ikomplu jieħdu kull deċiżjoni importanti dwar il-ħajja tat-tfal flimkien (trobbija, edukazzjoni, gwida edukattiva,...).
Il-qorti tagħti l-eżerċizzju tas-setgħa tal-ġenituri lil ġenitur wieħed waħdu meta dan ikun fl-aħjar interess tat-tfal biss. F’dan il-każ, il-ġenitur magħżul jieħu id-deċiżjonijiet li jikkonċernaw it-tfal waħdu. Madankollu, il-ġenitur l-ieħor jibqagħlu d-dritt li jkun infurmat u li jkun involut fit-trobbija u l-edukazzjoni tal-wild. Ħlief għal raġunijiet serji, huwa jkollu wkoll id-dritt ta’ aċċess u ta’ akkomodazzjoni. Għalhekk, f’każ ta’ separazzjoni tal-ġenituri, kull wieħed minnhom għandu jżomm relazzjoni personali mat-tfal u jirrispetta r-relazzjoni tat-tfal mal-ġenitur l-ieħor.
F’każ ta’ divorzju, il-ġenituri għandhom ikomplu jikkontribwixxu flimkien għall-ispejjeż tat-trobbija u tal-edukazzjoni tat-tfal, sakemm ma jkunx ġie deċiż mod ieħor. Dan il-kontribut jieħu l-forma ta’ ħlas ta’ manteniment li ma jieqafx awtomatikament meta t-tfal jilħqu l-età maġġuri. Dan jista’ jitħallas direttament lit-tfal ta’ età maġġuri u jista’’ jiġi rivedut skont il-bżonnijiet tat-tfal u l-evoluzzjoni tar-riżorsi u l-piżijiet ta’ kull wieħed mill-ġenituri.
Fir-rigward tar-residenza tat-tfal, hemm żewġ xenarji possibbli (minbarra l-każijiet eċċezzjonali fejn il-qorti tiddeċiedi li tagħti lill-minuri lil parti terza):
Jekk il-konjuġi jaqblu bejniethom dwar il-metodi tal-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri, id-domiċilju u r-residenza tal-minuri, id-dritt ta’ aċċess u ta’ akkomodazzjoni, kif ukoll il-kontribut għat-trobbija u l-edukazzjoni tat-tfal, huma jkunu jistgħu jippreżentaw il-ftehim lill-imħallef waqt il-proċedimenti tad-divorzju. Il-qorti tista’ tqis fis-sentenza tagħha jekk il-ftehim iħarisx biżżejjed l-interessi tal-minuri u jekk il-kunsens tal-konjuġi ingħatax liberament.
Id-divorzju tal-ġenituri ma jiċħadx lit-tfal mill-benefiċċji li kienu jingħataw f’ċirkostanzi differenti. F’dan ir-rigward, huma jiġu trattati kompletament bħat-tfal ta’ ġenituri mhux divorzjati.
Il-Qorti tista’ timponi fuq wieħed mill-konjuġi l-obbligu li jħallas il-manteniment lill-ieħor. Il-manteniment jiġi stabbilit skont il-bżonnijiet tal-konjuġi li jitħallas lilu u fil-limiti tal-kapaċitajiet tal-konjuġi l-ieħor li jikkontribwixxi. F’każ ta’ qbil bejn il-konjuġi, il-qorti tista’ tiddeċiedi li l-manteniment jitħallas f’salt u tiffissa l-ammont u l-modalitajiet tiegħu.
Biex tiddetermina l-bżonnijiet u l-kapaċitajiet kontributtivi, il-qorti tqis fost l-oħrajn l-elementi li ġejjin:
1. l-età u l-istat tas-saħħa taż-żewġ konjuġi;
2. it-tul taż-żwieġ;
3. il-ħin li diġà ddedikaw jew li se jkollhom jiddedikaw għall-edukazzjoni tat-tfal;
4. il-kwalifiki tagħhom u s-sitwazzjoni professjonali tagħhom fir-rigward tas-suq tax-xogħol;
5. id-disponibbiltà tagħhom biex isibu impjiegi ġodda;
6. id-drittijiet eżistenti u prevedibbli tagħhom;
7. il-patrimonju tagħhom, kemm f’kapital kif ukoll f’introjtu, wara l-qsim tal-beni bejn il-miżżewġin.
It-tul tal-perjodu ta’ għoti ta’ manteniment ma jistax jaqbeż it-tul taż-żwieġ, ħlief fil-każ
ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali.
Il-manteniment, ħlief meta jitħallas f’salt, huwa suġġett għal reviżjoni u revoka.
Meta konjuġi ikun ġie kkundannat b’deċiżjoni li saret res judicata, fuq reat previst mill-Artikoli 372, 375, 376, 377, 393, 394, 396, 397, 398, 399, 400, 401, 401bis, 402, 403, 404, 405 u 409 tal-Kodiċi Kriminali (attentat għall-pudur, stupru, offiża ħafifa fuq il-persuna, omiċidju u offiża gravi fuq il-persuna, qtil, assassinju, infantiċidju u avvelenament) imwettaq matul iż-żwieġ fil-konfront tal-konjuġi l-ieħor jew ta’ tfal li jgħixu fl-istess abitazzjoni jew attentat li jitwettaq reat previst mill-Artikoli 372, 375, 376, 377, 393, 394, 396, 397, 401, 403, 404 u 405 tal-Kodiċi Kriminali fil-konfront tal-istess persuni matul iż-żwieġ, huwa jitlef, fuq talba tal-konjuġi l-ieħor, kull dritt għal manteniment.
Is-separazzjoni ġudizzjarja ma tħollx iż-żwieġ imma tnaqqas xi obbligi. Hija ttemm id-dmir tal-koabitazzjoni, imma l-obbligu tal-fedeltà u l-obbligu tal-manteniment jibqgħu jgħoddu.
Il-motivi tas-separazzjoni ġudizzjarja huma identiċi għal dawk tad-divorzju minħabba ksur irrimedjabbli tar-relazzjonijiet konjugali.
Is-separazzjoni ġudizzjarja tinvolvi dejjem is-separazzjoni tal-beni. Jekk is-separazzjoni ġudizzjarja ddum tliet snin, kull wieħed mill-konjuġi jista' jitlob divorzju lill-qorti. Il-qorti tikkonċedi d-divorzju, jekk il-konjuġi l-ieħor ma jagħtix mill-ewwel il-kunsens għat-tmiem tas-separazzjoni.
L-annullament taż-żwieġ ifisser li ż-żwieġ huwa null u bla effett b'deċiżjoni ġudizzjarja. Fi kliem ieħor, ikun qisu ż-żwieġ qatt ma kien.
Hemm diversi raġunijiet għall-annullament taż-żwieġ:
Iż-żwieġ iddikjarat null madankollu jħalli xi effetti (teorija taż-żwieġ putattiv):
Min-naħa l-oħra, iż-żwieġ annullat ma jipproduċi l-ebda effett ġuridiku fir-rigward tal-konjuġi li jkun aġixxa b'mala fide.
Fil-Gran Dukat, iż-żwieġ jista' jinħall biss b'deċiżjoni ġudizzjarja, u qatt b'mezzi ekstraġudizzjarji alternattivi jew bil-medjazzjoni. Madankollu l-medjazzjoni familjari tista' tintuża għal kwistjonijiet li jirrigwardaw il-likwidazzjoni u l-qsim tal-komunità tal-beni, l-obbligi tal-manteniment u tal-kontribuzzjoni għall-ħtiġijiet tal-familja, l-obbligu tal-manteniment tat-tfal u l-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri.
Fejn nibgħat it-talba tiegħi
It-talbiet jiġu ttrattati minn imħallef tal-qorti tal-familja (juge aux affaires familiales).
Formalitajiet li jridu jiġu rispettati u dokumenti li jridu jiġu ppreżentati
It-rikors irid jinkludi:
1. id-data tagħha;
2. il-kunjom, l-isem, il-professjoni u l-indirizz(i) taż-żewġ konjuġi;
3. id-data u l-post tat-twelid taż-żewġ konjuġi;
4. meta jkun il-każ, l-identità tal-ulied komuni;
5. l-objettiv tat-talba;
6. spjegazzjoni fil-qosor tal-fatti u tal-motivi invokati.
Minbarra l-ftehim imsemmi fuq, id-dokumenti li ġejjin iridu jinhemżu mar-rikors:
1. estratt taċ-ċertifikat taż-żwieġ;
2. estratt taċ-ċertifikati tat-twelid tal-konjuġi;
3. estratt taċ-ċertifikati tat-twelid tal-ulied komuni;
4. dokument li jiċċertifika n-nazzjonalità tal-konjuġi;
5. jekk ikun il-każ, il-ftehim dwar l-għażla tal-liġi applikabbli għad-divorzju mill-konjuġi skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1259/2010 tal-20 ta’ Diċembru 2010 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali u skont il-modalitajiet previsti minn dan ir-Regolament. Il-konjuġi jistgħu wkoll jagħżlu l-liġi applikabbli għad-divorzju skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1259/2010 u skont il-modalitajiet previsti minn dan ir-Regolament fil-ftehim ta’ divorzju kunsenswali;
6. kull dokument ieħor li l-konjuġi beħsiebhom jużaw.
Iċ-ċertifikati u d-dokumenti ppreżentati mar-rikors li l-partijiet ikun beħsiebhom jużaw iridu jkunu legalizzati meta dawn jkunu nħarġu minn awtorità pubblika barranija, skont il-każ.
It-rikors irid jinkludi:
1. id-data tagħha;
2. il-kunjom, l-isem, il-professjoni u l-indirizz(i) taż-żewġ konjuġi;
3. id-data u l-post tat-twelid taż-żewġ konjuġi;
4. meta jkun il-każ, l-identità tal-ulied komuni;
5. l-objettiv tat-talba;
6. spjegazzjoni fil-qosor tal-fatti u tal-motivi invokati.
Ir-rikors jista' jkun fih ukoll talbiet għal miżuri provviżorji li jikkonċernaw il-persuna, il-manteniment u l-beni kemm tal-konjuġi kif ukoll ta' wliedhom.
Id-dokumenti li ġejjin iridu jinhemżu mar-rikors:
1. estratt taċ-ċertifikat taż-żwieġ;
2. estratt taċ-ċertifikati tat-twelid tal-konjuġi jew tar-rikorrent;
3. estratt taċ-ċertifikati tat-twelid tal-ulied komuni;
4. dokument li jiċċertifika n-nazzjonalità tal-konjuġi jew tar-rikorrent;
5. jekk ikun il-każ, il-ftehim dwar l-għażla tal-liġi applikabbli għad-divorzju mill-konjuġi skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1259/2010 tal-20 ta’ Diċembru 2010 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali u skont il-modalitajiet previsti minn dan ir-Regolament;
6. jekk ikun il-każ, abbozz tal-ftehim dwar l-effetti tad-divorzju li l-konjuġi qablu dwarhom;
7. jekk ikun il-każ, kopja tas-sentenza ta’ kundanna ta’ konjuġi għal wieħed mir-reati msemmijin fil-punti 3.2 u 3.4 iktar ’il fuq;
8. kull dokument ieħor li r-rikorrent(i) beħsiebu/hom juża(w).
Iċ-ċertifikati u d-dokumenti ppreżentati mar-rikors li l-partijiet ikun beħsiebhom jużaw iridu jkunu legalizzati meta dawn jkunu nħarġu minn awtorità pubblika barranija, skont il-każ.
1. id-data tagħha;
2. il-kunjom, l-isem u l-indirizzi tal-partijiet;
3. id-data u l-post tat-twelid tal-partijiet;
4. l-objettiv tat-talba;
5. spjegazzjoni fil-qosor tal-fatti u tal-motivi invokati.
Iċ-ċertifikati u d-dokumenti ppreżentati mar-rikors li l-partijiet ikun beħsiebhom jużaw iridu jkunu legalizzati meta dawn jkunu nħarġu minn awtorità pubblika barranija, skont il-każ.
Persuni bi dħul insuffiċenti skont il-liġi Lussemburgiża jistgħu jibbenefikaw mill-għajnuna legali. Għal dan l-għan, huma jridu jimlew kwestjonarju li jistgħu jiġbru mill-Kamra tal-Avukati tal-Lussemburgu (Barreau de Luxembourg) u jibagħtuh lill-President tal-Kamra tal-Avukati (Bâtonnier de l'Ordre) tat-territorju kompetenti.
L-għajnuna legali tkopri l-ispejjeż kollha marbuta mal-proċedimenti, proċeduri jew atti ġudizzjarji li tkun ingħatat għalihom. Hija tinkludi fost l-oħrajn id-drittijiet tal-bolla u tar-reġistrazzjoni, l-ispejjeż tal-iskravana, l-onorarji tal-avukati, id-drittijiet u l-ispejjeż tal-marixxall tal-qorti, l-ispejjeż u l-onorarji tan-nutara, l-ispejjeż u l-onorarji tal-esperti, il-ħlas lix-xhieda, l-onorarji tat-tradutturi u l-interpreti, l-ispejjeż għaċ-ċertifikati minn Stat barrani, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar, id-drittijiet u l-ispejjeż tal-formalitajiet tar-reġistrazzjoni, tal-ipoteki u tar-rahan kif ukoll l-ispejjeż tal-pubblikazzjoni fil-gazzetti jekk ikun hemm bżonn.
Fil-Gran Dukat, huwa possibbli li jitressaq appell kontra deċiżjoni ta' dan it-tip. It-terminu għall-appell fil-prinċipju huwa ta' 40 jum, imma dan jista' jiżdied jekk l-appellant ikun joqgħod f'pajjiż ieħor. Il-ġuriżdizzjoni tal-appell hija tal-Qorti superjuri tal-ġustizzja.
Deċiżjoni dwar divorzju / separazzjoni ġudizzjarja / annullament taż-żwieġ mogħtija minn qorti ta’ pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 jibbenefika mill-prinċipju ta’ rikonoxximent awtomatiku fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu. Dan ifisser li ma hemm bżonn tal-ebda proċedura biex tiġi rikonoxxuta d-deċiżjoni.
Fil-Lussemburgu ma hemmx għalfejn wieħed jirrikorri għal proċedura preliminari biex jikseb rettifika tar-reġistri wara sentenza maqtugħa minn imħallef ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li saret res judicata. Id-deċiżjoni tal-qorti li tagħti d-divorzju trid titniżżel fil-marġini taċ-ċertifikat taż-żwieġ u taċ-ċertifikat tat-twelid tal-konjuġi. Jekk iż-żwieġ ikun sar f'pajjiż ieħor, id-deċiżjoni tal-qorti trid tiġi traskritta fir-reġistri tal-istat ċivili tal-muniċipalità fejn ġie traskritt iċ-ċertifikat taż-żwieġ, jew fir-reġistru ċivili tal-Belt tal-Lussemburgu, b'referenza fil-marġini tal-atti tat-twelid ta' kull konjuġi.
Kull parti interessata tista' titlob lill-president tal-qorti distrettwali biex jagħti deċiżjoni ta' nonrikonixximent ta' deċiżjoni ta' divorzju / separazzjoni ġudizzjarja / annullament taż-żwieġ mogħtija minn qorti ta' pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea.
Il-president tal-qorti distrettwali jiddeċiedi fi żmien qasir, mingħajr ma l-persuna li qed jintalab in-nonrikonoxximent kontriha ma tkun tista' tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha f'dan l-istadju. It-talba tista' tiġi miċħuda biss għar-raġunijiet li ġejjin:
Kull waħda mill-partijiet tista' tressaq rikors kontra d-deċiżjoni tal-qorti distrettwali quddiem il-Qorti tal-Appell. L-appell għandu jiġi ttrattat skont ir-regoli li jirregolaw il-proċeduri kontenzjużi. Id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell tista' tiġi kkontestata fuq punti tad-dritt quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni.
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1259/2010 tal-20 ta' Diċembru 2010 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali li daħal fis-seħħ fil-21 ta' Ġunju 2012 fil-Belġju, il-Bulgarija, il-Ġermanja, Spanja, l-Estonja (mill-11 ta' Frar 2018), Franza, il-Greċja (mid-29 ta' Lulju 2015), l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja (mit-22 ta' Mejju 2014), il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija, il-Portugall, ir-Rumanija u s-Slovenja li jistipula li l-konjuġi jistgħu jiddeċiedu liema liġi tapplika għad-divorzju jew is-separazzjoni ġudizzjarja, sakemm tkun waħda minn dawn li ġejjin:
Skont l-istess Regolament, fin-nuqqas ta’ għażla skont il-paragrafu preċedenti, id-divorzju u s-separazzjoni ġudizzjarja għandhom ikunu soġġetti għal-liġi tal-Istat:
Meta r-Regolament (KE) Nru 1259/2010 ma jkunx japplika, id-divorzju u s-separazzjoni ġudizzjarja jkunu rregolati mil-liġi Lussemburgiża:
Ktejjeb: Le divorce au Grand-Duché de Luxembourg;
Din il-paġna web hija parti minn L-Ewropa Tiegħek.
Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.