

Kemm wieħed kif ukoll iż-żewġ konjuġi flimkien jistgħu jitolbu għad-divorzju. Din it-talba trid issir wara perjodu ta' sitt xhur sabiex il-partijiet jerġgħu jikkunsidraw f'ċerti ċirkustanzi. Dawn iċ-ċirkustanzi japplikaw:
F'ċerti każijiet eċċezzjonali, madankollu, il-koppji li jaqgħu fil-punti msemmija hawn fuq għandhom ukoll id-dritt għad-divorzju mingħajr il-perjodu biex jerġgħu jikkunsidraw. Dan japplika wkoll jekk il-koppja ilha tgħix separatament għal sentejn. Wieħed mill-konjuġi għandu dritt għad-divorzju wkoll mingħajr dak il-perjodu jekk jinsab li x'aktarx ġie sfurzat jiżżewweġ, jew jekk il-konjuġi żżewweġ qabel ma għalaqx it-18-il sena mingħajr liċenzja uffiċjali. Jekk iż-żwieġ ġie ċelebrat anki jekk il-konjuġi kienu jiġu minn xulxin, jew jekk iż-żwieġ ġie ċelebrat anki jekk wieħed mill-konjuġi kien diġà miżżewweġ jew kien fi sħubija reġistrata u ż-żwieġ ta' qabel jew is-sħubija kienu għadhom fis-seħħ, kull konjuġi għandu dritt għad-divorzju mingħajr dak il-perjodu biex jerġa' jikkunsidra.
Konjuġi dejjem għandu dritt jikseb sentenza ta' divorzju u ma għandux għalfejn jistrieħ fuq xi raġunijiet speċjali biex jiksibha.
Jekk wieħed mill-konjuġi jieħu kunjom l-ieħor, dan il-konjuġi għandu dritt jerġa' juża l-kunjom li kellu qabel iżżewweġ.
Wara d-divorzju, il-proprjetà tal-koppja tinqasam bejniethom. Il-prinċipju ġenerali huwa li l-proprjetà tinqasam f'ishma ndaqs. Ir-raġuni għall-ħall taż-żwieġ mhix importanti għad-diviżjoni tal-proprjetà tal-koppja.
Wara divorzju, il-konjuġi awtomatikament ikomplu jkollhom il-kustodja konġunta tat-tfal tagħhom. Il-kustodja konġunta, madankollu, tista' tintemm minn qorti:
Jekk iż-żewġ konjuġi jitolbu li tintemm il-kustodja konġunta, il-qorti obbligata taċċetta din it-talba.
Iż-żewġ ġenituri jibqgħu responsabbli għall-manteniment ta' uliedhom. Il-ġenitur li ma jgħixx ma' wliedu jissodisfa l-obbligu ta' manteniment billi jħallas il-manteniment ta' wliedu lill-ġenitur l-ieħor.
Wara d-divorzju, kull konjuġi huwa responsabbli biex imantni ruħu. L-eċċezzjonijiet japplikaw biss f'ċerti sitwazzjonijiet speċjali, pereżempju fejn konjuġi wieħed qed isibha diffiċli jmantni lilu nnifsu wara li jkun inħall żwieġ twil jew jekk ikun hemm raġunijiet validi oħra.
Ma hemmx regoli dwar is-separazzjoni personali skont il-liġi Żvediża.
Ma hemmx regoli dwar is-separazzjoni personali skont il-liġi Żvediża.
Ma hemmx regoli dwar is-separazzjoni personali skont il-liġi Żvediża.
Ma hemmx regoli dwar l-annullament taż-żwieġ skont il-liġi Żvediża. Żwieġ jista' jinħall jew jekk imut wieħed mill-konjuġi jew jekk il-qorti tagħti sentenza ta' divorzju.
Ma hemmx regoli dwar l-annullament taż-żwieġ skont il-liġi Żvediża.
Ma hemmx regoli dwar l-annullament taż-żwieġ skont il-liġi Żvediża.
Il-qorti biss tista' tħoll żwieġ permezz tad-divorzju. Madankollu, hemm alternattivi sabiex jiġu solvuti l-kwistjonijiet varji li jistgħu jinqalgħu b'rabta ma' divorzju.
Il-konjuġi jistgħu jiksbu dak li huwa magħruf bħala" medjazzjoni tal-familja" li għandha l-għan li tittratta kunflitti tal-koabitazzjoni. B'dan il-mod, il-koppji jistgħu jfittxu għall-għajnuna biex isolvu l-problemi u l-kunflitti tagħhom sabiex jistgħu jkomplu biż-żwieġ tagħhom. Jekk ikun hemm diġà separazzjoni de facto, il-medjazzjoni tal-familja minflok tista' tgħin sabiex tiffaċilita l-kunflitt u tagħmilha possibbli sabiex l-adulti jaħdmu flimkien fir-rwol tagħhom ta' ġenitur. Il-medjazzjoni tal-familja tingħata mis-settur pubbliku (awtoritajiet lokali), għaqdiet tal-knisja, u individwi oħra. L-awtoritajiet lokali huma responsabbli biex jiżguraw li l-medjazzjoni tal-familja tiġi offruta lil kull min jitlobha.
Il-konjuġi għandhom ukoll id-dritt għal hekk imsejħa "diskussjonijiet ta' kooperazzjoni". Dawn id-diskussjonijiet mhumiex maħsuba għar-relazzjoni bejn l-adulti, iżda għat-tfal. Id-diskussjonijiet ta' kooperazzjoni għandhom l-għan li jwasslu għal ftehim dwar kwistjonijiet dwar il-kustodja tat-tfal, fejn jgħixu t-tfal, u l-aċċess għat-tfal. Id-diskussjonijiet ta' kooperazzjoni jsiru taħt is-superviżjoni ta' esperti. L-awtoritajiet lokali huma responsabbli biex jiżguraw li d-diskussjonijiet ta' kooperazzjoni jiġu offruti lil kull min jitlobhom.
Jekk il-konjuġi jixtiequ jagħmlu xi tibdil rigward il-kustodja tat-tfal tagħhom, fejn jgħixu t-tfal, jew l-aċċess għalihom, dan jista' jsir bil-konklużjoni ta' ftehim fuq din il-kwistjoni. Dan il-ftehim jrid jiġi approvat mill-kumitat tas-servizzi soċjali tal-awtorità lokali.
Ma hemmx regoli dwar is-separazzjoni personali jew l-annullament taż-żwieġ skont il-liġi Żvediża.
L-ewwel kundizzjoni għall-preżentata ta' talba għal divorzju quddiem qorti Żvediża hija li l-qorti Żvediża jrid ikollha ġuriżdizzjoni biex tisma' l-każ. Minbarra d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Brussell II, il-każijiet li ġejjin huma koperti wkoll skont ir-regoli awtonomi tal-ġuriżdizzjoni tal-qorti Żvediża:
Jekk jintwera li qorti Żvediża jkollha l-ġuriżdizzjoni biex tisma' proċedimenti ta' divorzju, il-każ jinstema' mill-qorti distrettwali (tingsrätt) fl-Iżvezja fiż-żona fejn ikun residenti wieħed mill-miżżewġin. Jekk ħadd minnhom ma jkun residenti l-Iżvezja, il-każ jinstema' mill-Qorti Distrettwali ta' Stokkolma (Stockholms tingsrätt).
Hemm żewġ modi differenti kif titressaq kawża ta' divorzju quddiem il-qorti distrettwali. Jekk iż-żewġ konjuġi jridu d-divorzju, jistgħu jippreżentaw rikors konġunt. Madankollu, jekk wieħed minnhom biss jixtieq id-divorzju, dak il-konjuġi jrid jippreżenta rikors lill-qorti distrettwali. Fiż-żewġ każijiet, iridu jinthemżu l-kopji taċ-ċertifikati tat-twelid taż-żewġ konjuġi. Dawn jistgħu jintalbu mill-Aġenzija Żvediża dwar it-Taxxa (Skatteverket).
F'każ li jikkonċerna d-divorzju u kwistjonijiet relatati, l-għajnuna legali tista' tingħata biss jekk ikun hemm raġunijiet speċjali.
Ma hemmx regoli dwar is-separazzjoni personali jew l-annullament taż-żwieġ skont il-liġi Żvediża.
Iva, jista' jsir appell minn sentenza ta' divorzju.
Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ir-Regolament Brussell II), sentenza li tingħata fi Stat Membru tiġi rikonoxxuta fl-Istati Membri l-oħra mingħajr ma tkun tinħtieġ xi proċedura speċjali. Madankollu hemm ċerti raġunijiet għan-nuqqas ta' rikonoxximent.
Ir-regola prinċipali fir-Regolament Brussell II għalhekk hija li sentenza ta' divorzju jew separazzjoni personali jew annullament taż-żwieġ li ngħatat f'xi Stat Membru trid tiġi awtomatikament ittrattata bl-istess mod u għandu jkollha l-istess effetti legali daqs deċiżjoni Żvediża ekwivalenti. Anki jekk ir-regolament huwa għalhekk ibbażat fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku, parti interessata tista' xorta tikseb dikjarazzjoni li s-sentenza barranija ġiet jew ma ġietx rikonoxxuta fl-Iżvezja. Dan ir-rikors isir lill-Qorti tal-Appell Svea (Svea hovrätt), li f'dan l-istadju tieħu deċiżjoni dwar ir-rikors mingħajr ma tikkonsulta mal-parti l-oħra.
Irid isir rikors lill-Qorti tal-Appell ta' Svea sabiex tintuża l-opportunità prevista fir-Regolament Brussell II sabiex tinkiseb dikjarazzjoni li sentenza barranija tkun rikonoxxuta fl-Iżvezja (ara l-mistoqsija nru 14 iktar 'il fuq). Jekk il-Qorti tal-Appell ta' Svea ddikjarat f'dawn il-proċedimenti li s-sentenza inkwistjoni trid tiġi rikonoxxuta fl-Isvezja, il-parti l-oħra tista' tapplika għal rieżami ta' dik id-deċiżjoni. Rikors għal dan ir-rieżami jitressaq quddiem il-Qorti tal-Appell ta' Svea, li tisma' liż-żewġ partijiet għall-bqija tal-proċedimenti. Jista' jitressaq appell mal-Qorti Suprema (Högsta domstolen) kontra deċiżjoni dwar ir-rikors għar-rieżami mill-Qorti tal-Appell ta' Svea.
Talba għad-divorzju li tinstema' minn qorti Żvediża trid dejjem tiġi eżaminata skont il-liġi Żvediża (il-prinċipju tal-lex fori).
F'ċerti każijiet, madankollu, iridu jitqiesu wkoll id-dispożizzjonijiet tal-liġi barranija. Dan japplikaw fil-każijiet li ġejjin:
Jekk iż-żewġ konjuġi jkunu ċittadini barranin u wieħed minnhom jsostni li ma jkunx hemm raġuni għall-ħall taż-żwieġ skont il-liġi tal-Istat li jkun ċittadin tiegħu, ma tkunx tista’ tinħareġ sentenza ta' divorzju jekk, meta jitqiesu l-interessi tal-konjuġi jew ta’ wlied il-konjuġi, ikun hemm raġunijiet partikolari biex dan ma jsirx.
Din il-paġna web hija parti minn L-Ewropa Tiegħek.
Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.