

Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-iskop tal-allowance għall-manteniment huwa li jkopri l-ħtiġijiet materjali kollha xierqa tal-benefiċjarju, jiġifieri l-ħtiġijiet neċessarji u normali tas-soltu, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi f’kull każ. Dan jinkludi b’mod partikolari l-ikel, l-ilbies, l-akkomodazzjoni (inklużi t-tisħin u l-elettriċità), il-kura medika u l-iġjene kif ukoll il-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet addizzjonali lis-sigurtà soċjali, l-attivitajiet rikreattivi u ta’ passatemp, il-kultura u l-isports, il-komunikazzjoni u l-midja tal-massa (it-telefon, ir-radju, it-TV, l-internet) kif ukoll l-edukazzjoni u t-taħriġ. Il-manteniment ma jinkludix kontribuzzjonijiet għall-akkumulazzjoni tal-ġid jew għal skemi privati tal-pensjoni.
Obbligu ta’ manteniment huwa l-obbligu li jitħallas il-manteniment kif ikun xieraq. L-ammont ta’ manteniment pagabbli jiddependi fuq il-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuna intitolata għall-manteniment, kif ukoll fuq il-kapaċità tal-persuna obbligata li tħallas il-manteniment.
Il-manteniment irid jitħallas
Ma hemm l-ebda limitu ta’ età. It-tfal huma intitolati għall-manteniment sakemm isiru kapaċi jmantnu lilhom infushom.
Id-differenza ewlenija bejn intitolament ta’ minorenni u ta’ adult għall-manteniment teżisti f’termini ta’ infurzar legali.
It-talbiet għal manteniment iridu jiġu asseriti permezz ta’ proċediment ġuridiku.
Fi proċeduri ta’ qorti ċivili kontenzjużi, il-konjuġi u l-partners reġistrati jridu jasserixxu t-talbiet tagħhom permezz ta’ azzjoni legali. Il-qorti - fil-prattika, imħallef - tiddeċiedi l-każ permezz ta’ sentenza li ssegwi proċedura għall-ksib ta’ tali provi. Barra minn hekk, il-konjuġi u partners reġistrati jistgħu jfittxu wkoll inġunzjoni interim li tikkonċerna l-ħlas ta’ manteniment b’rabta ma’ proċedimenti ta’ manteniment jew ta’ divorzju/insolvenza. F’dawn il-każijiet il-qorti tiddeċiedi wara proċedura ta’ attestazzjoni.
Il-manteniment tal-ulied irid jintalab permezz ta’ proċedimenti mhux kontenzjużi - dan japplika wkoll fil-każ ta’ wlied li jkunu qabżu l-età maġġuri. Il-Qorti tat-Tutela [Pflegschaftsgericht] - fil-prattika, Rechtspfleger [uffiċjal għoli tal-organizzazzjoni ġudizzjarja Awstrijaka li għandu l-awtorità jaqta’ s-sentenzi] - tiddeċiedi permezz ta’ deċiżjoni li ssegwi proċedura għall-ksib ta’ provi. Barra minn hekk, wild jista’ jfittex ukoll inġunzjoni interim li jikkonċerna l-ħlas ta’ manteniment provviżorju b’rabta ma’ proċedimenti ta’ manteniment; Qorti tiddeċiedi dwar il-kawża wara proċedura ta’ attestazzjoni. Persuni minorenni jistgħu jitolbu l-ħlas provviżorju ta’ manteniment irrispettivament mill-proċedimenti ta’ manteniment.
It-talba għad-determinazzjoni jew l-eżekuzzjoni ta’ manteniment għal minorenni tista’ ssir minn rappreżentant legali, jiġifieri mill-persuna li għandha l-kustodja tat-tifel/tifla. Bil-kunsens ta’ din il-persuna, is-servizz tal-benessri tat-tfal u ż-żgħażagħ [Kinder- und Jugendhilfeträger] jista’ jaġixxi wkoll bħala r-rappreżentant tat-tifel/tifla.
Fil-każijiet l-oħrajn kollha, ir-rikorrenti jistgħu jiġu rappreżentati biss minn persuna li jkollha l-prokura jew permezz ta’ rappreżentanza legali speċjali (Erwachsenenvertreter).
Il-ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ manteniment hija definita bil-liġi.
Skont l-Artikolu 114 tal-Istandard ta’ Ġuriżdizzjoni tal-Awstrija [Jurisdiktionsnorm, JN], il-Qorti tat-Tutela [Pflegschaftsgericht] hija wkoll kompetenti f’deċiżjonijiet dwar it-talba għal manteniment legali ta’ minorenni; it-talbiet għal manteniment legali ta’ axxendenti jew dixxendenti oħra huma fil-kompetenza tal-qorti bil-ġuriżdizzjoni taż-żona ġenerali ta’ ġuriżdizzjoni għat-tilwim tal-persuna intitolata. Dan jiddependi mill-post fejn il-persuna toqgħod jew tirrisjedi abitwalment.
Skont l-Artikolu 76a JN, il-qorti kompetenti għal kwistjonijiet ta’ manteniment ta’ konjuġi jew partners reġistrati hija l-Qorti li fiha jkunu pendenti l-proċedimenti ta’ divorzju jew insolvenza. Jekk ma jkun hemm l-ebda proċedimenti pendenti, il-Qorti kompetenti tiddependi fuq il-post ġenerali ta’ ġuriżdizzjoni tal-intimat (l-Artikoli minn 65 sa 71 JN).
Il-manteniment tat-tfal: il-partijiet ma għandhomx bżonn ikunu rappreżentati fl-ewwel istanza. Madankollu, jekk jixtiequ li jkunu rappreżentati, f’kawżi li jinvolvu l-flus jew valur fi flus li jaqbeż il-EUR 5 000, dan jista’ jsir biss permezz ta’ avukat (rekwiżit ta’ konsulenza legali relattiv, l-Artikolu 101(1) tal-Att Awstrijak dwar il-Proċedimenti Mhux Kontenzjużi [Außerstreitgesetz, AußStrG]). Fil-każ ta’ proċedimenti ta’ appell, japplika rekwiżit ta’ konsulenza legali assolut.
Il-manteniment ta’ konjuġi jew partners reġistrati: il-partijiet ma għandhomx bżonn ikunu rappreżentati fl-ewwel istanza. Madankollu, jekk jixtiequ li jkunu rappreżentati, f’kawżi li jinvolvu l-flus jew valur fi flus li jaqbeż il-EUR 5 000, dan jista’ jsir biss permezz ta’ avukat (rekwiżit ta’ konsulenza legali relattiv, l-Artikolu 29(1) tal-Kodiċi Awstrijak ta’ Proċedura Ċivili [Zivilprozessordnung, ZPO]). Fil-każ ta’ proċedimenti ta’ appell, japplika rekwiżit ta' konsulenza legali assolut.
It-tariffi pagabbli għat-tressiq ta’ każ dwar manteniment quddiem il-Qorti jvarjaw skont il-valur tal-manteniment li jingħata. Għalhekk, il-bażi tal-valutazzjoni għat-talbiet għal manteniment li diġà ngħataw fl-imgħoddi hija l-ammont li ngħata. Meta l-każ ikun jikkonċerna manteniment futur, l-ammont li jrid jintuża bħala l-bażi tal-valutazzjoni huwa wieħed multiplikat bl-ammont annwali tal-manteniment. Jekk il-manteniment jingħata għal perjodu ta’ inqas minn sena, l-ammont globali jrid jittieħed bħala l-bażi tal-valutazzjoni (in-nota 1 tal-entrata tariffarja 7 tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti Awstrijak [Gerichtsgebührengesetz, GGG] għall-proċedimenti tal-manteniment tat-tfal; L-Artikolu 15(5) GGG għall-proċedimenti li jikkonċernaw il-manteniment għall-konjuġi jew partners reġistrati).
Rigward l-ammont tat-tariffa attwali, issir distinzjoni bejn il-manteniment tat-tfal fi proċedimenti mhux kontenzjużi u l-kawżi li jikkonċernaw il-manteniment għall-konjuġi jew partners reġistrati.
Għall-każijiet li jikkonċernaw il-manteniment tat-tfal, rikorrenti minorenni (taħt it-18-il sena) m’għandhomx għalfejn iħallsu t-tariffi.
Għar-rikorrenti adulti, it-tariffa b’rata fissa għad-deċiżjonijiet u s-soluzzjonijiet dwar talbiet għal manteniment hija ta’ 0,5 % tal-valur tat-talba għal manteniment konċessa (entrata tariffarja 7, GGG). Jekk, minħabba rikors ġdid, ammont tal-manteniment li kien digà ngħata permezz ta’ sentenza finali jew soluzzjoni bil-Qorti jiżdied, id-differenza bejn l-ammont mogħti u l-ammont pagabbli qabel għandu jiġi kkunsidrat bħala l-bażi tal-valutazzjoni.
Pereżempju: jingħata ħlas futur mensili ta’ manteniment fl-ammont ta’ EUR 250.
It-tariffa b’rata fissa hija ta’ EUR 15,00 (EUR 250 * 12 * 0,05).
Jekk persuna adulta li trid tħallas manteniment titlob tnaqqis fl-ammont tal-manteniment, it-tariffa b’rata fissa tkun ta’ EUR 14,40. Din it-tariffa tiġi rrinunzjata jekk l-applikant jikseb suċċess sħiħ fit-talba tiegħu għal tnaqqis fl-ammont ta’ manteniment pagabbli (in-nota 3 għall-partita tariffarja 7 GGG).
L-entrata tariffarja 1 GGG trid tiġi applikata fi proċedimenti li jikkonċernaw il-manteniment ta’ konjuġi jew partner reġistrat. It-tariffa b’rata fissa titħallas biss għar-rikors – bħala t-talba li tiftaħ il-proċedimenti – u din titħallas fuq skala progressiva skont il-bażi tal-valutazzjoni. Bħala spjegazzjoni ta’ dan il-punt, hawn taħt issib it-tariffi applikabbli skont l-entrata tariffarja 1 GGG (sal-1 ta’ Diċembru 2018):
Valur tat-talba inkwistjoni - tariffa applikabbli
sa EUR 150 – EUR 23
’il fuq minn EUR 150 sa EUR 300 – EUR 45
’il fuq minn EUR 300 sa EUR 700 – EUR 64
’il fuq minn EUR 700 sa EUR 2 000 – EUR 107
’il fuq minn EUR 2 000 sa EUR 3 500 – EUR 171
’il fuq minn EUR 3 500 sa EUR 7 000 – EUR 314
’il fuq minn EUR 7 000 sa EUR 35 000 – EUR 743
’il fuq minn EUR 35 000 sa EUR 70 000 – EUR 1 459
Fi proċeduri ċivili, skont l-Artikoli minn 63 sa 73 ZPO, l-għajnuna legali trid tingħata meta mitluba meta parti ma tkunx tista’ tħallas l-ispejjeż għat-twettiq tal-proċedimenti mingħajr ma tirriskja s-sussistenza meħtieġa tagħha. Skont l-Artikolu 7(1) AußStrG dawn id-dispożizzjonijiet iridu jiġu applikati kif xieraq fi proċedimenti mhux kontenzjużi (bħal proċedimenti li jikkonċernaw il-manteniment tat-tfal).
Is-sussistenza meħtieġa, f’termini astratti, tiġi stipulata f’livell bejn l-introjtu medju statistiku ta’ impjegat u l-livell minimu ta’ sussistenza. Dan l-ammont jitqies li jkun f’riskju jekk il-parti u l-familja tagħha intitolata għall-manteniment ma jkunux lanqas biss jistgħu jgħixu ħajja modesta, waqt li jitqiesu l-assijiet użabbli jew il-possibbiltà ta’ kumulu ta’ tfaddil waqt il-proċedimenti li jirrikjedu perjodu ta’ żmien itwal. Tista’ tingħata wkoll għajnuna legali parzjali.
L-għajnuna legali għandha tingħata biss meta l-azzjoni legali jew id-difiża intiża ma tidhirx li tkun volontarja jew inutli b’mod ovvju. In-nazzjonalità tal-parti hija irrelevanti f’dan ir-rigward.
L-għajnuna legali tinkludi b’mod partikolari eżenzjoni provviżorja mill-ħlas ta’ tariffi tal-Qorti u tariffi għax-xhieda, esperti u interpreti, kif ukoll il-ħlas tal-ispejjeż ta’ vvjaġġar tal-partijiet meta dawn ikollhom ikunu preżenti personalment. Jekk tkun meħtieġa rappreżentanza minn avukat bil-liġi (jiġifieri għall-appelli) jew jekk titqies li tkun meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, għandu jinħatar avukat Awstrijak provviżorjament mingħajr ebda spejjeż mġarrba min-naħa tal-parti. Il-ħidma tal-avukat tinkludi wkoll il-parir ta’ qabel it-trattazzjoni rigward soluzzjoni ekstraġudizzjarja.
L-Artikolu 71 ZPO jistipula li l-partijiet mogħtija l-għajnuna legali jridu jkunu obbligati jħallsu lura l-ammonti kollha jew parti minnhom li kienu eżenti b’mod provviżorju minnhom u li għandhom ma tħallsux lura, kif ukoll li jħallsu t-tariffi pagabbli skont l-iskala tas-salarji lill-avukati assenjati sakemm u hekk kif ikunu jistgħu jagħmlu dan mingħajr ma jirriskjaw is-sussistenza tagħhom. Wara perjodu ta’ tliet snin li jsegwu l-konklużjoni tal-proċedimenti, l-obbligu ta’ ripagament ma jistax jiġi impost aktar. Il-Qorti tista’ titlob lill-parti tipprovdi - f’ammont ta’ żmien xieraq stipulat mill-Qorti - sommarju tal-beni, inkluża evidenza dokumentata raġonevoli, sabiex jiġi vverifikat li l-prekondizzjonijiet għar-ripagament ikunu ġew issodisfati.
Il-Qorti tiddetermina l-manteniment bħala benefiċċju monetarju. Il-ġenitur inkarigat mill-unità domestika fejn jieħu ħsieb it-tfal, jikkontribwixxi għall-manteniment tat-tfal b’dan il-mod. Il-ġenitur l-ieħor huwa obbligat iħallas.
L-ammont ta’ manteniment li għandu jitħallas għat-tfal jiddependi fuq il-kapaċità tal-ġenitur li jikkontribwixxi u fuq il-ħtiġijiet tat-tfal u jiġi ddeterminat fuq bażi ta’ każ b’każ. Skont il-metodu ta’ perċentwal żviluppat fil-każistika bħala gwida, id-debitur ta’ manteniment irid iħallas ċertu perċentwal mill-introjtu (nett) tiegħu fix-xahar:
Jekk persuna tkun obbligata tħallas il-manteniment għal ħafna tfal, dan jitqies billi jitnaqqsu l-perċentwali skont il-każ. Il-punti perċentwali li jridu jitnaqqsu f’każ fejn ikun ikkonċernat aktar minn tifel wieħed huma ta’ 1 % għal kull tifel addizzjonali taħt l-10 snin, 2 % għal kull tifel addizzjonali ta’ aktar minn 10 snin u minn 0 sa 3 % għal konjuġi intitolat għall-manteniment, skont l-introjtu proprju tal-konjuġi.
Skont il-każistika, il-pagamenti ta’ talbiet ta’ manteniment għandhom limitu massimu (magħruf bħala “Luxusgrenze” [il-limitu tal-lussu]), li huwa minn darbtejn sa tliet darbiet l-ammont medju tal-ħtiġijiet bażiċi [Regelbedarf] żviluppat ukoll fil-każistika. Dan jiġi aġġustat kull sena u, mill-1 ta’ Lulju 2020, jammonta għal dan li ġej fix-xahar għat-tfal
Il-manteniment ta’ konjuġi jew partners reġistrati waqt li jkunu għadhom miżżewġin jew reġistrati bħala partners ikun jiddependi wkoll kemm mill-kapaċità tad-debitur li jħallas kif ukoll mill-ħtiġijiet tal-persuna intitolata u jrid jiġi stabbilit fuq bażi ta’ każ b’ każ. Skont il-metodu ta’ perċentwal żviluppat fil-każistika biex tiġi pprovduta gwida, it-talba għall-manteniment tal-parti bl-introjtu l-iktar baxx tiġi kkalkolata b’rata ta’ 40 % mill-introjtu tal-familja (l-introjtu nett taż-żewġ konjuġi/partners) li minnha jitnaqqas l-introjtu proprju tar-rikorrent. Jekk parti minnhom ma jkollhiex introjtu proprju u tkun biss inkarigata mill-unità domestika, hija tkun intitolata għal terz (33 %) mill-introjtu nett tal-persuna li tipprovdi l-għajxien tal-familja. Iridu jitqiesu responsabbiltajiet oħra ta’ kura (permezz ta’ tnaqqis mill-ammonti perċentwali).
Il-manteniment irid jitħallas bil-quddiem fil-bidu tax-xahar rilevanti (l-Artikolu 1418 tal-Kodiċi Ċivili Awstrijak [Allgemeines bürgerliches Gesetzbuch, ABGB]; l-Artikolu 70 tal-Att dwar iż-Żwieġ Awstrijak [Ehegesetz]; l-Artikolu 22(1) tal-Att dwar is-Sħubija Reġistrata Awstrijak [Eingetragene Partnerschaft-Gesetz, EPG]). Il-ħlasijiet iridu jsiru lill-persuna intitolata jew lir-rappreżentant tagħhom (ġenitur, rappreżentant legali speċjali [Erwachsenenvertreter]).
Wara li jkun ġie ddeterminat l-ammont tal-manteniment fil-proċedimenti oriġinali, l-eżekuzzjoni (eżekuzzjoni obbligatorja) tista’ titwettaq kontra d-debitur skont ir-regoli ġenerali.
Id-debitur (fi proċedimenti ta’ eżekuzzjoni: il-parti obbligata) trid iżżomm ammont minimu (jiġifieri ammont li ma jistax jinqabad) li huwa ugwali għal-livell minimu ta’ sussistenza [Existenzminimum]. Il-livell minimu ta’ sussistenza huwa definit mill-ġdid fuq bażi annwali u jiddependi fuq bosta fatturi. Skont l-Artikolu 291b tal-Kodiċi ta’ Eżekuzzjoni Awstrijak [Exekutionsordnung, EO] il-parti obbligata trid iżżomm biss 75 % mil-livell minimu ta’ sussistenza f’każ ta’ eżekuzzjoni bbażata fuq talba għal manteniment legali. Mid-differenza bejn dan il-livell minimu ta’ sussistenza mnaqqas u l-livell minimu ta’ sussistenza standard, kull talba legali attwali għal manteniment trid l-ewwel tiġi ssodisfata, irrispettivament mill-ordni ta’ prijorità tal-pleġġ stabbilit għal dawn it-talbiet u trid tkun adegwata għall-ħlas ta’ manteniment fix-xahar attwali. F’dan ir-rigward, il-kredituri għall-manteniment għandhom prijorità fuq kredituri oħrajn.
Kull talba (pendenti) li tkun ingħatat permezz ta’ titolu li jista’ jkun eżekutorju [Judikatschulden] għandha perjodu ta’ limitu ta’ tletin sena u għalhekk tista’ tiġi infurzata bil-liġi tul dan il-perjodu ta’ żmien.
Ma jeżisti l-ebda perjodu speċjali ta’ limitu fir-rigward tal-infurzar tat-talbiet għal manteniment.
Jekk jinkiseb kunsens bil-miktub minn rappreżentant legali ieħor tal-minorenni, is-servizz tal-benessri tat-tfal u ż-żgħażagħ jista’ jaġixxi bħala r-rappreżentanza tat-tifel/tifla biex jiġu stabbiliti jew eżegwiti t-talbiet għal manteniment tal-minorenni.
L-iskop li l-manteniment jitħallas bil-quddiem huwa biex ikun żgurat li l-minorenni jirċievu l-ħlasijiet ta’ manteniment fil-każ li ġenitur minnhom jonqos milli jħallas regolarment jew jonqos għalkollox milli jaqdi d-dmirijiet tiegħu ta’ ħlas. Il-ħlas bil-quddiem tal-manteniment jingħata mill-gvern jekk issir talba. It-talba trid issir il-Qorti f’isem it-tifel/tifla mill-ġenitur awtorizzat li jirrappreżenta lit-tifel/tifla.
Minorenni intitolati għall-manteniment huma dawk li
Il-ħlas bil-quddiem tal-manteniment jingħata mill-bidu tax-xahar li fih titressaq it-talba għal massimu ta’ ħames snin; il-ħlasijiet isiru bil-quddiem mill-Qorti Reġjonali Superjuri fl-ewwel jum ta’ kull xahar lill-persuna intitolata għall-manteniment.
Jekk id-debitur ta’ manteniment ikun jgħix barra l-pajjiż jew ma jkollux beni eżegwibbli fl-Awstrija, l-eżekuzzjoni trid issir barra l-pajjiż. It-talbiet biex dan isir jistgħu jsiru permezz tal-Awtorità Ċentrali [Zentrale Behörde] (l-Artikolu 8 tal-Att dwar il-Manteniment Barrani Awstrijak tal-2014 [Auslandsunterhaltsgesetz 2014]).
Is-servizz tal-benessri tat-tfal u ż-żgħażagħ (l-awtoritajiet jew maġistrati distrettwali) u l-Qrati distrettwali jappoġġaw il-kredituri ta’ manteniment biex jasserixxu jew jeżegwixxu t-talbiet tagħhom. L-Awtorità Ċentrali tressaq it-talbiet lill-pajjiż barrani.
Matul il-ħinijiet ta’ konsultazzjoni għand l-Awtoritajiet u fil-Qrati; jingħata parir permezz tat-telefon u bil-posta elettronika mill-Awtorità Ċentrali.
Hekk kif it-talbiet tal-kreditur jaslu għand il-qorti kompetenti, huwa jiġi ttrattat daqslikieku qed jgħix l-Awstrija.
It-talbiet jiġu ppreżentati lill-qorti mill-Awtorità Ċentrali. Il-qorti tagħti l-għajnuna legali, meta jkun applikabbli, u tagħmel l-arranġamenti biex il-Kamra ta’ Avukati Awstrijaka taħtar avukat biex jassisti bl-għajnuna legali. Filwaqt li jaġixxi bħala r-rappreżentant tal-kreditur barrani li jkun familjari mal-liġi Awstrijaka, dan l-avukat tal-għajnuna legali jkun responsabbli li jressaq it-talbiet futuri kollha, jittrasferixxi l-ħlasijiet ta’ manteniment li jaslu u jirrapporta dwar dawn l-attivitajiet (l-Artikolu 9 tal-Att tal-2014 dwar il-Manteniment Barrani Awstrijak [Auslandsunterhaltsgesetz]).
Billi japplika l-prinċipju ta’ kooperazzjoni bejn iż-żewġ awtoritajiet ċentrali, hija primarjament ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet fl-Istat Membru ta’ residenza li jipprovdu dan l-appoġġ.
Mhux applikabbli.
Iva.
Mhux applikabbli.
Sal-1 ta’ Awwissu 2014, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu biss kienu applikabbli; minn dakinhar ’l hawn, l-aċċess għall-ġustizzja f’każijiet transfruntiera huwa rregolat ukoll mill-Artikoli 10 et seq. tal-Att tal-2014 dwar il-Manteniment Barrani Awstrijak, BGBl [il-Gazzetta Uffiċjali tal-Liġi Federali] I 34/2014.
L-istabbiliment ta’ proċeduri burokratiċi simplifikati permezz tal-Att tal-2014 dwar il-Manteniment Barrani Awstrijak biex jippermetti d-Dipartiment I 10 tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja biex jipproċessa għadd li dejjem qed jiżdied ta’ każijiet bl-istess ammont ta’ persunal.
Din il-paġna web hija parti minn L-Ewropa Tiegħek.
Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.