Manteniment tal-familja

Awstrija
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

1 X'ifissru l-kunċetti "manteniment" u "obbligu ta' manteniment" f'termini prattiċi? Liema persuni għandhom iħallsu allowance għall-manteniment lil persuna oħra?

Il-manteniment iservi biex ikopri l-ħtiġijiet kollha xierqa, jiġifieri dawk meħtieġa u tas-soltu, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi li japplikaw f’kull każ. Dan ikopri, b’mod partikolari, l-ikel, l-ilbies, l-akkomodazzjoni (inklużi t-tisħin u l-elettriċità), il-kura medika u l-iġjene, il-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet addizzjonali għas-sigurtà soċjali, l-attivitajiet rikreattivi u ta’ divertiment, il-kultura u l-isports, il-komunikazzjoni u l-media tal-massa (it-telefown, ir-radju, it-TV, l-internet) u l-edukazzjoni u t-taħriġ. Il-manteniment ma jinkludix kontribuzzjonijiet għall-akkumulazzjoni tal-ġid jew għal skemi privati tal-pensjoni.

Obbligu ta’ manteniment huwa l-obbligu li jitħallas il-manteniment kif xieraq. L-ammont ta’ manteniment pagabbli jiddependi fuq il-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuna intitolata għall-manteniment, kif ukoll fuq il-kapaċità tal-persuna obbligata li tħallas il-manteniment.

Il-manteniment irid jitħallas:

  • mill-ġenituri lil uliedhom u lin-neputijiet;
  • mill-ulied lill-ġenituri u lin-nanniet tagħhom; u
  • mill-konjuġi u mis-sħab reġistrati lil xulxin.

2 Sa liema età jista' tifel jibbenefika minn allowance għall-manteniment? Hemm regoli differenti għall-manteniment għall-minorenni u għall-adulti?

Ma hemm l-ebda limitu ta’ età. It-tfal huma intitolati għall-manteniment sakemm ikunu kapaċi jmantnu lilhom infushom.

Id-differenzi ewlenin bejn l-intitolament ta’ minuri u adult għall-manteniment jeżistu f’termini tal-eżekuzzjoni legali tiegħu.

3 Għandi napplika għand awtorita kompetenti jew qorti biex nikseb manteniment? X'inhuma l-elementi ewlenin ta' din il-proċedura?

It-talbiet għal manteniment iridu jiġu asseriti permezz ta’ proċediment ġuridiku.

Il-konjuġi u s-sħab reġistrati jridu jasserixxu t-talbiet tagħhom permezz ta’ azzjoni legali fi proċedimenti ċivili kontenzjużi. Il-qorti – fil-prattika, imħallef – tiddeċiedi l-kawża permezz ta’ sentenza wara proċedura ta’ kumpilazzjoni ta’ xhieda. Barra minn hekk, il-konjuġi u s-sħab reġistrati jistgħu jitolbu inġunzjoni interim li tikkonċerna l-ħlas provviżorju tal-manteniment b’rabta ma’ proċedimenti ta’ manteniment jew ta’ divorzju/xoljiment. F’dawn il-każijiet, il-qorti tiddeċiedi wara proċedura ta’ attestazzjoni.

Il-manteniment tat-tfal irid jintalab fi proċedimenti mhux kontenzjużi. Dan japplika wkoll fil-każ ta’ tfal li jkollhom aktar mill-età maġġuri. Il-Qorti tat-Tutela (Pflegschaftsgericht) – fil-prattika, Rechtspfleger (uffiċjal għoli tal-organizzazzjoni ġudizzjarja Awstrijaka b’awtorità li jaqta’ s-sentenzi), tiddeċiedi permezz ta’ deċiżjoni wara proċedura għall-kumpilazzjoni ta’ xhieda. Barra minn hekk, wild jista’ jitlob inġunzjoni interim dwar il-ħlas provviżorju tal-manteniment b’rabta ma’ proċedimenti ta’ manteniment; il-qorti tiddeċiedi dwar il-kwistjoni wara proċedura ta’ attestazzjoni. Il-minorenni jistgħu jitolbu l-ħlas provviżorju tal-manteniment irrispettivament mill-proċedimenti ta’ manteniment.

4 Tista ssir talba f’isem qarib (jekk iva, liema grad), jew minorenni?

Rikors għad-determinazzjoni jew l-eżekuzzjoni ta’ manteniment għal minorenni jista’ jsir mir-rappreżentant legali, jiġifieri mill-persuna li jkollha l-kustodja tat-tfal. Bil-kunsens ta’ din il-persuna, is-servizz soċjali tat-tfal u ż-żgħażagħ (Kinder- und Jugendhilfeträger) jista’ jaġixxi wkoll bħala r-rappreżentant tat-tfal.

Fil-każijiet l-oħrajn kollha, ir-rikorrenti jistgħu jiġu rrappreżentati biss minn persuna li jkollha l-prokura jew minn rappreżentant legali speċjali (Erwachsenenvertreter).

5 Jekk qed naħseb biex inressaq il-każ quddiem il-qorti, kif inkun naf liema qorti għandha l-ġuriżdizzjoni?

Il-ġuriżdizzjoni f’materji ta’ manteniment hija definita bil-liġi.

Skont l-Artikolu 114 tal-Att dwar il-Ġuriżdizzjoni tal-Qrati (Jurisdiktionsnorm – JN), il-Qorti tat-Tutela hija wkoll kompetenti f’deċiżjonijiet dwar it-talbiet għal manteniment legali tal-minorenni. It-talbiet għal manteniment legali ta’ qraba axxendenti jew dixxendenti oħra huma fil-kompetenza tal-qorti li fiż-żona ta’ ġuriżdizzjoni tagħha jinsab il-post ġenerali ta’ ġuriżdizzjoni għat-tilwim tal-persuna intitolata. Dan jiddependi fuq il-post fejn il-persuna tkun domiċiljata jew residenti abitwali.

Skont l-Artikolu 76a tal-JN, il-qorti kompetenti għal kwistjonijiet relatati mal-manteniment ta’ konjuġi jew ta’ sħab reġistrati hija l-qorti li fiha jkunu pendenti l-proċedimenti ta’ divorzju jew ta’ xoljiment. Jekk ma jkun hemm l-ebda proċedimenti pendenti, il-qorti kompetenti tiddependi fuq il-post ġenerali tal-ġuriżdizzjoni tal-intimat (l-Artikoli minn 65 sa 71 tal-JN).

6 Bħala applikant, neħtieġ intermedjarju biex inressaq il-każ quddiem il-qorti (pereżempju avukat, awtorità ċentrali jew lokali, eċċ.)? Jekk le, liema proċeduri japplikaw?

Il-manteniment tat-tfal: il-partijiet ma għandhomx bżonn ikunu rappreżentati fil-prim’istanza. Madankollu, jekk jixtiequ li jkunu rappreżentati, u l-kawża tkun tinvolvi flus jew valur fi flus li jaqbeż il-EUR 5 000, dan jista’ jsir biss minn avukat (rekwiżit relattiv ta’ konsulent legali, l-Artikolu 101(1) tal-Att dwar il-Proċedimenti Mhux Kontenzjużi (Außerstreitgesetz – AußStrG)). Fil-każ ta’ proċedimenti ta’ appell, japplika r-rekwiżit assolut ta’ konsulent legali.

Il-manteniment tal-konjuġi jew tas-sħab reġistrati: il-partijiet ma għandhomx bżonn ikunu rappreżentati fil-prim’istanza. Madankollu, jekk jixtiequ li jkunu rappreżentati, u l-kawża tkun tinvolvi flus jew valur fi flus li jaqbeż il-EUR 5 000, dan jista’ jsir biss minn avukat (rekwiżit relattiv ta’ konsulent legali, l-Artikolu 29(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (Zivilprozessordnung – ZPO)). Fil-każ ta’ proċedimenti ta’ appell, japplika rekwiżit assolut ta’ konsulent legali.

7 Irrid inħallas xi miżati biex inressaq il-każ quddiem il-qorti? Jekk iva, kemm jistgħu jitilgħu? Jekk ma jkollix biżżejjed mezzi finanzjarji, nista' ningħata għajnuna legali li tkopri l-ispejjeż tal-proċedura?

It-tariffi pagabbli għat-tressiq ta’ kawża dwar il-manteniment quddiem il-Qorti jvarjaw skont il-valur tal-manteniment li jingħata. Għalhekk, għal talbiet ta’ manteniment mogħtija fil-passat, il-bażi tal-valutazzjoni hija l-ammont mogħti. Meta l-kawża tkun tikkonċerna manteniment futur, l-ammont li jrid jintuża bħala l-bażi tal-valutazzjoni huwa l-ammont annwali tal-manteniment mmultiplikat għal darba. Jekk il-manteniment jingħata għal perjodu ta’ inqas minn sena, l-ammont totali jrid jittieħed bħala l-bażi tal-valutazzjoni (in-nota 1 tal-Punt ta’ Tariffa 7 tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti (Gerichtsgebührengesetz – GGG) għall-proċedimenti tal-manteniment tat-tfal; l-Artikolu 15(5) tal-GGG għall-proċedimenti li jikkonċernaw il-manteniment għall-konjuġi jew għas-sħab reġistrati).

Rigward l-ammont effettiv tat-tariffa, issir distinzjoni bejn il-manteniment tat-tfal fi proċedimenti mhux kontenzjużi u l-kawżi li jikkonċernaw il-manteniment għall-konjuġi jew għas-sħab reġistrati.

Għall-kawżi li jikkonċernaw il-manteniment tat-tfal, ir-rikorrenti li jkunu minorenni (taħt it-18-il sena) ma għandhomx għalfejn iħallsu t-tariffi.

Għar-rikorrenti adulti, it-tariffa b’rata fissa għad-deċiżjonijiet u s-soluzzjonijiet dwar talbiet għal manteniment hija ta’ 0.5 % tal-valur tat-talba għal manteniment mogħtija (Punt ta’ Tariffa 7 tal-GGG). It-tariffa hija pagabbli mid-debitur tal-manteniment (jiġifieri l-persuna li għandha tħallas il-manteniment). Jekk rikors ġdid jirriżulta fiż-żieda tal-ammont tal-manteniment li kien diġà ngħata permezz ta’ sentenza finali jew soluzzjoni, id-differenza bejn l-ammont mogħti u l-ammont pagabbli qabel għandu jiġi kkunsidrat bħala l-bażi tal-valutazzjoni.

Pereżempju: jekk jingħata ħlas futur fix-xahar ta’ manteniment fl-ammont ta’ EUR 250.

It-tariffa b’rata fissa hija ta’ EUR 15.00 (EUR 250 × 12 × 0.05).

Jekk persuna adulta li trid tħallas manteniment titlob tnaqqis fl-ammont tal-manteniment, it-tariffa b’rata fissa tkun ta’ EUR 15.00. Din it-tariffa tiġi rrinunzjata jekk ir-rikorrent jirbaħ it-talba kollha tiegħu għal tnaqqis fl-ammont ta’ manteniment pagabbli (in-nota 3 tal-Punt ta’ Tariffa 7 tal-GGG).

Il-Punt ta’ Tariffa 1 tal-GGG trid tiġi applikata fi proċedimenti li jikkonċernaw il-manteniment ta’ konjuġi jew sieħeb/sieħba reġistrat/a. It-tariffa b’rata fissa titħallas biss għall-ilment – bħala l-att promotur – u din titħallas fuq skala progressiva skont il-bażi tal-valutazzjoni. Bħala spjegazzjoni ta’ dan il-punt, hawn taħt issib it-tariffi applikabbli skont il-Punt ta’ Tariffa 1 tal-GGG (sal-4 ta’ Mejju 2023):

Valur tat-talba inkwistjoni – tariffa applikabbli:

Sa EUR 150 inklużi – EUR 25

’Il fuq minn EUR 150 sa EUR 300 inklużi – EUR 48

’Il fuq minn EUR 300 sa EUR 700 inklużi – EUR 68

’Il fuq minn EUR 700 sa EUR 2 000 inklużi – EUR 114

’Il fuq minn EUR 2 000 sa EUR 3 500 inklużi – EUR 182

’Il fuq minn EUR 3 500 sa EUR 7 000 inklużi – EUR 335

’Il fuq minn EUR 7 000 sa EUR 35 000 inklużi – EUR 792

’Il fuq minn EUR 35 000 sa EUR 70 000 inklużi – EUR 1 556

Fi proċedimenti ċivili, skont l-Artikoli minn 63 sa 73 taż-ZPO, l-għajnuna legali trid tingħata meta tintalab minn parti li ma tkunx tista’ tħallas l-ispejjeż għat-twettiq tal-proċedimenti mingħajr riskju għar-riżorsi meħtieġa għas-sussistenza tagħha. Skont l-Artikolu 7(1) tal-AußStrG, dawn id-dispożizzjonijiet iridu jiġu applikati mutatis mutandis fi proċedimenti mhux kontenzjużi (bħal fi proċedimenti li jikkonċernaw il-manteniment tat-tfal).

Ir-riżorsi meħtieġa għas-sussistenza huma stabbiliti, f’termini astratti, f’livell bejn l-introjtu medju statistiku ta’ impjegat u l-livell minimu ta’ sussistenza. Dan l-ammont jitqies li jkun f’riskju jekk il-parti u l-membri tal-familja tagħha intitolati għall-manteniment lanqas biss ma jkunu jistgħu jgħixu ħajja modesta, waqt li jitqiesu kwalunkwe assi utilizzabbli jew il-possibbiltà ta’ tfaddil matul proċedimenti twal. Tista’ tingħata wkoll għajnuna legali parzjali.

L-għajnuna legali għandha tingħata biss meta l-azzjoni legali jew id-difiża intiża ma tidhirx li tkun frivola jew inutli b’mod evidenti. In-nazzjonalità tal-parti hija irrelevanti f’dan ir-rigward.

L-għajnuna legali tinkludi b’mod partikolari eżenzjoni provviżorja mill-ħlas tat-tariffi tal-qorti u tat-tariffi għax-xhieda, l-esperti u l-interpreti, kif ukoll il-ħlas tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-partijiet meta dawn ikollhom jidhru personalment. Jekk il-liġi tkun tirrikjedi rappreżentanza minn avukat (eżempju fl-appelli) jew jekk titqies li tkun meħtieġa fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-kawża, għandu jinħatar avukat Awstrijak provviżorjament mingħajr ebda spiża għall-parti. Ix-xogħol tal-avukat jinkludi wkoll il-parir prekontenzjuż rigward soluzzjoni ekstraġudizzjarja.

L-Artikolu 71 taż-ZPO jipprevedi li l-partijiet mogħtija għajnuna legali jridu jkunu obbligati jħallsu lura parti mill-ammonti jew l-ammonti kollha li kienu provviżorjament eżenti minnhom u li jkunu għadhom ma tħallsux lura, kif ukoll li jħallsu t-tariffi pagabbli skont l-iskala tas-salarji lill-avukat assenjat lilhom sakemm u hekk kif ikunu jistgħu jagħmlu dan mingħajr riskju għar-riżorsi meħtieġa għas-sussistenza tagħhom. Wara perjodu ta’ tliet snin wara l-konklużjoni tal-proċedimenti, l-obbligu tal-ħlas lura ma jistax jibqa’ jiġi impost. Il-qorti tista’ titlob lill-parti tipprovdi, f’perjodu ta’ żmien xieraq stipulat mill-qorti, sommarju ġdid tal-assi, inkluża evidenza dokumentata raġonevoli, sabiex tivverifika li l-prekondizzjonijiet għall-ħlas lura jkunu ssodisfati.

8 X’tip ta’ manteniment x’aktarx tagħti l-qorti? Kif jiġi kkalkulat l-ammont tal-manteniment? Id-deċiżjoni tal-qorti tista' tiġi riveduta jekk jinbidlu l-għoli tal-ħajja jew iċ-ċirkustanzi familjari? Jekk iva, kif (pereżempju permezz ta' sistema tal-indiċjar awtomatiku)?

Il-qorti tiddetermina l-manteniment bħala benefiċċju monetarju. Il-ġenitur li jmexxi l-unità domestika fejn jieħu ħsieb it-tfal jikkontribwixxi għall-manteniment tat-tfal billi jagħmel dan. Il-ġenitur l-ieħor huwa obbligat iħallas il-manteniment.

L-ammont ta’ manteniment li għandu jitħallas għat-tfal jiddependi fuq il-kapaċità tal-ġenitur li jikkontribwixxi u fuq il-ħtiġijiet tat-tfal u jiġi ddeterminat fuq bażi ta’ każ b’każ. Skont il-metodu ta’ perċentwal żviluppat fil-ġurisprudenza bħala gwida, id-debitur tal-manteniment irid iħallas ċertu perċentwal mill-introjtu (nett) tiegħu fix-xahar:

  • 16 % għat-tfal taħt is-6 snin;
  • 18 % għat-tfal bejn is-6 snin u l-10 snin;
  • 20 % għat-tfal bejn 10 snin u 15-il sena; u
  • 22 % għat-tfal akbar minn 15-il sena.

Jekk persuna tkun obbligata tħallas il-manteniment għal ħafna tfal, dan jitqies billi jitnaqqsu l-perċentwali skont il-każ. Il-punti perċentwali li jridu jitnaqqsu f’każ li jkunu kkonċernati aktar minn wild wieħed huma ta’ punt perċentwali wieħed għal kull wild addizzjonali taħt l-10 snin, żewġ punti perċentwali għal kull wild addizzjonali ta’ aktar minn 10 snin u minn żero sa tliet punti perċentwali għal konjuġi intitolat għall-manteniment, skont l-introjtu tal-konjuġi nnifsu.

Abbażi tal-ġurisprudenza, il-ħlasijiet għat-talbiet ta’ manteniment għandhom limitu massimu (magħruf bħala l-Luxusgrenze (limitu ta’ lussu)) li huwa mid-doppju sat-tripplu tal-ammont medju tal-ħtiġijiet bażiċi (Regelbedarf), li huwa żviluppat ukoll fil-ġurisprudenza. Dan jiġi aġġustat kull sena u, sal-1 ta’ Jannar 2023, jammonta għal dan li ġej fix-xahar għat-tfal:

Ammont tal-ħtiġijiet bażiċi

skont Danninger (f’ÖA 1972, 17), ikkalkulat mil-Landesgericht für Zivilrechtssachen Wien

(Ammonti f’EUR)

Snin

minn 0 snin ’il fuq

minn 3 snin ’il fuq

minn 6 snin ’il fuq

minn 10 snin ’il fuq

minn 15-il sena ’l fuq

minn 19-il sena ’l fuq mill-2022: minn 20 sena ’l fuq

mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023

320

320

410

500

630

720

mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2022

290

290

370

450

570

650

mill-1 ta’ Lulju 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021

219

282

362

414

488

611

mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021

213

274

352

402

474

594

mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020

212

272

350

399

471

590

mill-1 ta’ Lulju 2018 sat-30 ta’ Ġunju 2019

208

267

344

392

463

580

mill-1 ta’ Lulju 2017 sat-30 ta’ Ġunju 2018

204

262

337

385

454

569

mill-1 ta’ Lulju 2016 sat-30 ta’ Ġunju 2017

200

257

331

378

446

558

mill-1 ta’ Lulju 2015 sat-30 ta’ Ġunju 2016

199

255

329

376

443

555

mill-1 ta’ Lulju 2014 sat-30 ta’ Ġunju 2015

197

253

326

372

439

550

mill-1 ta’ Lulju 2013 sat-30 ta’ Ġunju 2014

194

249

320

366

431

540

mill-1 ta’ Lulju 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013

190

243

313

358

421

528

mill-1 ta’ Lulju 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2012

186

238

306

351

412

517

mill-1 ta’ Lulju 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011

180

230

296

340

399

501

mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010

177

226

291

334

392

492

mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009

176

225

290

333

391

491

mill-1 ta’ Lulju 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2008

171

217

281

322

378

475

mill-1 ta’ Lulju 2006 sat-30 ta’ Ġunju 2007

167

213

275

315

370

465

mill-1 ta’ Lulju 2005 sat-30 ta’ Ġunju 2006

164

209

270

309

363

457

mill-1 ta’ Lulju 2004 sat-30 ta’ Ġunju 2005

160

204

264

302

355

447

mill-1 ta’ Lulju 2003 sat-30 ta’ Ġunju 2004

157

200

258

296

348

438

L-ammonti mill-1972 sal-2002 jinsabu f’din it-tabella: Regelbedarf 1972-2002

Il-manteniment ta’ konjuġi jew sħab reġistrati waqt li jkunu għadhom miżżewġin jew reġistrati bħala sħab jiddependi wkoll kemm mill-kapaċità tad-debitur li jħallas kif ukoll mill-ħtiġijiet tal-persuna intitolata u jrid jiġi stabbilit fuq bażi ta’ każ b’każ. Skont il-metodu ta’ perċentwali żviluppat fil-ġurisprudenza bħala gwida, it-talba għall-manteniment tal-parti b’introjtu aktar baxx tiġi kkalkolata b’rata ta’ 40 % tal-introjtu tal-familja (introjtu nett taż-żewġ konjuġi/sħab) nieqes mill-introjtu tar-rikorrent innifsu. Jekk parti minnhom ma jkollhiex introjtu tagħha stess u tkun tieħu ħsieb biss l-unità domestika, hija tkun intitolata għal terz (33 %) tal-introjtu nett tal-persuna li tipprovdi l-għajxien tal-familja. Iridu jitqiesu responsabbiltajiet oħra ta’ kura (billi jsir tnaqqis mill-ammonti perċentwali).

9 Kif jitħallas il-manteniment u lil min?

Il-manteniment irid jitħallas bil-quddiem fil-bidu tax-xahar rilevanti (l-Artikolu 1418 tal-Kodiċi Ċivili (Allgemeines bürgerliches Gesetzbuch – ABGB); l-Artikolu 70 tal-Att dwar iż-Żwieġ (Ehegesetz); l-Artikolu 22(1) tal-Att dwar is-Sħubija Reġistrata (Eingetragene Partnerschaft-Gesetz – EPG)). Il-ħlasijiet iridu jsiru lill-persuna intitolata jew lir-rappreżentant tagħha (ġenitur, rappreżentant legali speċjali (Erwachsenenvertreter)).

10 Jekk il persuna kkonċernata (id-debitur) ma tħallasx volontarjament, x’azzjoni tista’ tittieħed biex tkun imġiegħla tħallas?

Wara li jkun ġie ddeterminat l-ammont tal-manteniment fil-proċedimenti oriġinali, l-eżekuzzjoni (eżekuzzjoni obbligatorja) tista’ ssir kontra d-debitur skont ir-regoli ġenerali.

11 Jekk jogħġbok iddeskrivi fil-qosor kwalunkwe limitazzjonijiet fl-infurzar, b'mod partikulari regoli għall-protezzjoni tad-debitur u limitazzjoni jew perjodi ta' preskrizzjoni fis-sistema tal-infurzar tiegħek

Id-debitur (fi proċedimenti ta’ eżekuzzjoni: il-parti obbligata) trid iżżomm ammont minimu (jiġifieri ammont li ma jistax jiġi ssekwestrat) li huwa ugwali għal-livell minimu ta’ sussistenza. Il-livell minimu ta’ sussistenza jiġi ddefinit mill-ġdid kull sena u jiddependi fuq bosta fatturi. Skont l-Artikolu 291b tal-Kodiċi tal-Eżekuzzjoni (Exekutionsordnung – EO), ir-riżorsi li jitħallew għall-parti obbligata jeħtieġu li jammontaw biss għal 75 % tal-livell minimu ta’ sussistenza fil-każ ta’ eżekuzzjoni bbażata fuq talba ta’ manteniment legali. Id-differenza bejn dan il-livell minimu ta’ sussistenza mnaqqas u l-livell minimu ta’ sussistenza standard trid l-ewwel tintuża biex tissodisfa kwalunkwe talba attwali għal manteniment legali, irrispettivament mill-ordni ta’ prijorità tal-pleġġ stabbilit għal dawn it-talbiet u trid tkun adegwata għall-ħlas ta’ manteniment fix-xahar attwali. F’dan ir-rigward, il-kredituri tal-manteniment (jiġifieri l-persuni li għandhom jirċievu l-manteniment) għandhom prijorità fuq kredituri oħra.

Kull talba (pendenti) li tkun ingħatat permezz ta’ sentenza eżegwibbli (Judikatschulden) għandha terminu ta’ preskrizzjoni ta’ 30 sena u għalhekk tista’ tiġi eżegwita bil-liġi f’dan il-perjodu ta’ żmien.

Ma jeżisti l-ebda terminu ta’ preskrizzjoni speċjali fir-rigward tal-eżekuzzjoni tat-talbiet għal manteniment.

12 Teżisti organizzazzjoni jew awtorità li tista' tgħini nirkupra l-manteniment?

Jekk ikun inkiseb kunsens bil-miktub minn rappreżentant legali ieħor tal-minorenni, is-servizz soċjali tat-tfal u ż-żgħażagħ jista’ jaġixxi bħala r-rappreżentant tfal biex jiġu stabbiliti jew eżegwiti t-talbiet għal manteniment tal-minorenni.

13 Jistgħu l-organizzazzjonijiet (statali jew privati) iħallsu kompletament jew parzjalment il-manteniment f'isem id-debitur?

L-iskop li l-manteniment jitħallas bil-quddiem huwa biex ikun żgurat li l-minorenni jirċievu l-ħlasijiet ta’ manteniment f’każ li ġenitur minnhom jonqos milli jħallas regolarment jew jonqos għalkollox milli jaqdi d-dmirijiet tiegħu ta’ ħlas. Il-ħlas bil-quddiem tal-manteniment jingħata mill-gvern fuq talba. It-talba trid tiġi ppreżentata lill-qorti f’isem it-tfal mill-ġenitur li jkun awtorizzat jirrappreżenta lit-tfal.

Il-minorenni jkunu intitolati għal ħlas bil-quddiem tal- manteniment jekk:

  • ikunu residenti abitwali fl-Awstrija;
  • ikollhom ċittadinanza Awstrijaka jew ikunu ċittadini ta’ Stat Membru ieħor tal-UE/taż-ŻEE jew ikunu apolidi; u
  • ma jkunux jgħixu fl-istess unità domestika bħad-debitur tal-manteniment.

Il-ħlas bil-quddiem tal-manteniment jingħata mill-bidu tax-xahar li fih titressaq it-talba għal massimu ta’ ħames snin. Il-ħlasijiet isiru bil-quddiem, fl-ewwel jum ta’ kull xahar, mill-Qorti Reġjonali Superjuri (Oberlandesgericht) lill-persuna intitolata għall-manteniment.

14 Jekk ninsab f'dan l-Istat Membru u d-debitur għandu r-residenza tiegħu f'pajjiż ieħor:

Jekk id-debitur tal-manteniment ikun jgħix barra l-pajjiż jew ma jkollux assi eżegwibbli fl-Awstrija, l-eżekuzzjoni trid issir barra l-pajjiż. Ir-rikorsi għal dan jistgħu jsiru permezz tal-awtorità ċentrali (l-Artikolu 8 tal-Att tal-2014 dwar il-Manteniment Barrani (Auslandsunterhaltsgesetz 2014)).

14.1 Nista' nikseb assistenza ta' awtorita jew organizzazzjoni privata f'dan l-Istat Membru?

Is-servizzi soċjali tat-tfal u ż-żgħażagħ (l-awtoritajiet distrettwali (Bezirkshauptmannschaften) jew il-maġistrati (Magistrate)) u l-qrati distrettwali jappoġġaw il-kredituri ta’ manteniment biex jasserixxu jew jeżegwixxu t-talbiet tagħhom. L-awtorità ċentrali tressaq ir-rikorsi lill-pajjiż barrani.

14.2 Jekk iva, kif nista' nikkuntattja lill-awtorità jew l-organizzazzjoni privata?

Waqt il-ħinijiet tal-ftuħ tal-awtoritajiet u tal-qrati; l-awtorità ċentrali tipprovdi wkoll pariri bit-telefown u bil-posta elettronika.

15 Jekk ninsab f'pajjiż ieħor u d-debitur jinsab f'dan l-Istat Membru:

Hekk kif ir-rikorsi tal-kreditur ta’ manteniment jaslu għand il-qorti kompetenti, il-kreditur ta’ manteniment ġeneralment jiġi ttrattat bl-istess mod bħal kreditur ta’ manteniment li jgħix l-Awstrija.

Ir-rikorsi jiġu ppreżentati lill-qorti mill-awtorità ċentrali. Il-qorti tagħti l-għajnuna legali, meta jkun applikabbli, u tagħmel l-arranġamenti biex il-Kamra tal-Avukati Awstrijaka taħtar avukat tal-għajnuna legali. Dan l-avukat tal-għajnuna legali jaġixxi bħala r-rappreżentant tal-kreditur barrani li jkun familjari mal-liġi Awstrijaka u jkun responsabbli biex iressaq ir-rikorsi futuri kollha, jittrasferixxi l-ħlasijiet ta’ manteniment li jaslu u jirrapporta dwar dawn l-attivitajiet (l-Artikolu 9 tal-Att tal-2014 dwar il-Manteniment Barrani).

15.1 Nista' nibgħat talba direttament lil tali awtorita jew organizzazzjoni privata f'dan l-Istat Membru?

Billi japplika l-prinċipju ta’ kooperazzjoni bejn iż-żewġ awtoritajiet ċentrali, hija primarjament ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet fl-Istat Membru ta’ residenza li jipprovdu dan l-appoġġ.

15.2 Jekk iva, kif nista' nikkuntattja lil dik l-awtorità jew organizzazzjoni privata u x'tip ta' assistenza nista' nikseb?

Mhux applikabbli.

16 Dan l-Istat Membru huwa marbut bil-Protokoll tal-Aja tal-2007?

Iva.

17 Jekk dan l-Istat Membru mhuwiex marbut bil-Protokoll tal-Aja tal-2007, liema liġi tkun applikabbli għat-talba għal manteniment skont ir-regoli tal-liġi internazzjonali privata tiegħu? X'inhuma r-regoli tal-liġi internazzjonali privata korrispondenti?

Mhux applikabbli.

18 X'inhuma r-regoli fuq l-aċċess għall-ġustizzja f'każijiet transfruntiera fl-UE li jsegwu l-istruttura tal-Kapitolu V tar-Regolament dwar il-Manteniment?

Sal-1 ta’ Awwissu 2014, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu biss kienu applikabbli; minn dakinhar ’l hawn, l-aċċess għall-ġustizzja f’kawżi transfruntiera huwa rregolat ukoll b’mod effettiv mill-Artikoli 10 et seq. tal-Att tal-2014 dwar il-Manteniment Barrani, il-Gazzetta tal-Liġi Federali (BGBl.) I 34/2014.

19 X'inhuma l-miżuri adottati minn dan l-Istat Membru sabiex jiżgura l-funzjonament tal-attivitajiet deskritti fl-Artikolu 51 tar-Regolament dwar il-Manteniment?

L-istabbiliment ta’ proċeduri burokratiċi simplifikati permezz tal-Att tal-2014 dwar il-Manteniment Barrani biex jippermetti lid-Dipartiment I 10 tal-Ministeru Federali għall-Ġustizzja jipproċessa għadd dejjem akbar ta’ kawżi bl-istess ammont ta’ persunal.

 

Din il-paġna web hija parti minn L-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

L-aħħar aġġornament: 25/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.