

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Il-manteniment huwa d-dover u d-dritt tal-ġenituri u tat-tfal, il-konjuġi u s-sħab ekstrakonjugali, il-qraba fil-linja diretta, u t-tfal u l-ġenituri tar-rispett fejn dan ikun previst mill-Att dwar il-Familja (Obiteljski zakon). Dawn il-persuni jikkontribwixxu lejn il-manteniment reċiproku tagħhom skont il-kapaċitajiet tagħhom u l-bżonnijiet tal-persuna li għandha tieħu l-manteniment, f’konformità ma’ dan l-Att.
L-ewwel u qabel kollox huma l-ġenituri li jridu jmantnu lil uliedhom minuri. L-ewwel u qabel kollox huma l-ġenituri li jridu jmantnu lil uliedhom li huma minuri. Jekk ġenitur ma jmantnix lil uliedu minuri, iridu jmantnuhom in-nanniet tan-naħa ta’ dak il-ġenitur. Ġenitur tar-rispett irid iħallas għal manteniment ta' tifel tar-rispett minuri jekk huwa ma jkunx jista' jikseb il-manteniment mingħand il-ġenitur propju tiegħu.
Il-ġenituri jridu jmantnu lil wild adult li jattendi skola sekondarja jew l-Università jew studji vokazzjonali skont regolamenti speċjali, jew li jattendi l-iskola primarja jew sekondarja għall-adulti, u li regolarment u b’mod xieraq jissodisfa l-obbligi tiegħu, sal-età massima ta’ 26 sena.
Il-ġenituri jridu jmantnu wild adult li jkun lesta l-edukazzjoni tiegħu, iżda li ma jkunx għadu sab impjieg sena wara li jkun lesta l-iskola, sakemm ikun għadu ma għalaqx 26 sena. L-obbligu tal-manteniment ta’ wild adult jieqaf qabel ma tgħaddi sena mit-tlestija tal-edukazzjoni ladarba l-wild jagħlaq 26 sena.
Il-ġenituri jridu jmantnu wild adult li ma jistax jaħdem minħabba mard jew diżabbiltà serja u permanenti, sakemm tippersisti dik l-inkapaċità.
Wild adult irid imantni ġenitur li ma jkunx f'qagħda li jaħdem u li ma jkollux biżżejjed mezzi biex jgħix jew ma jkunx jista' jikseb dawn il-mezzi mill-assi tiegħu stess. Wild tar-rispett irid imantni lill-ġenitur tar-rispett tiegħu jekk huma ma jkunx jista’ jaħdem, u ma jkollux biżżejjed mezzi għall-għajxien tiegħu jew ma jistax jieħu dawn il-mezzi mill-assi tiegħu stess, u jekk dan il-ġenitur ikun ħa ħsieb jew rabba lill-wild tar-rispett matul perjodu ta’ żmien twil Neputi adult irid imantni lin-nanniet jekk ma jistgħux jaħdmu, u ma għandhomx biżżejjed mezzi għall-għajxien tagħhom jew ma jistgħux ikollhom dawn il-mezzi mill-assi tagħhom stess, u jekk ikunu ħadu ħsieb jew rabbet lin-neputi għal perjodu ta’ żmien twil.
Konjuġi li ma għandux biżżejjed mezzi għall-għajxien jew li ma jistax jikseb dawn il-mezzi mill-assi tiegħu, filwaqt li mhux f'qagħda li jaħdem jew ma jistax isib impjieg, għandu dritt għall-manteniment mingħand il-konjuġi l-ieħor jekk dan tal-aħħar ikollu biżżejjed mezzi u possibbiltajiet biex jipprovdi dal-manteniment. Ir-regoli dwar il-manteniment tal-konjuġi japplikaw ukoll għall-manteniment tas-sieħeb ekstrakonjugali għad-durata tal-unjoni ekstrakonjugali.
L-ewwel u qabel kollox huma l-ġenituri li jridu jmantnu lil uliedhom minuri. Jekk ġenitur ma jmantnix lil uliedu minuri, iridu jmantnuh in-nanniet tan-naħa ta’ dak il-ġenitur. Ġenitur tar-rispett irid iħallas għal manteniment ta' tifel tar-rispett jekk dan tal-aħħar ma jkunx jista' jikseb il-manteniment mingħand il-ġenitur propju tiegħu.
Il-ġenituri jridu jmantnu lil wild adult li jattendi skola sekondarja jew l-Università jew studji vokazzjonali skont regolamenti speċjali, jew li jattendi l-iskola primarja jew sekondarja għall-adulti, u li regolarment u b’mod xieraq jissodisfa l-obbligi tiegħu, sal-età massima ta’ 26 sena.
Il-ġenituri jridu jmantnu wild adult li jkun lesta l-edukazzjoni tiegħu, iżda li ma jkunx għadu sab impjieg sena wara li jkun lesta l-iskola, sakemm ikun għadu ma għalaqx 26 sena. L-obbligu tal-manteniment ta’ wild adult jieqaf qabel ma tgħaddi sena mit-tlestija tal-edukazzjoni ladarba l-wild jagħlaq 26 sena.
Il-ġenituri jridu jmantnu wild adult li ma jistax jaħdem minħabba mard jew diżabbiltà serja u permanenti, sakemm tippersisti dik l-inkapaċità.
Adult huwa persuna li għalqet 18-il sena.
Għandhom jiġu kkuntattjati ċentru soċjali jew qorti.
Il-manteniment jista’ jiġi regolat permezz ta’proċedura ta’ konsulenza obbligatorja Il-konsulenza obbligatorja sseħħ qabel il-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ divorzju f’każ li jkun hemm wild ta’ età minuri komuni, u qabel ma jinfetħu proċedimenti ġudizzjarji oħra marbuta mal-kura u l-aċċess għall-wild. Id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Familja dwar il-konsulenza obbligatorja qabel ma jinfetħu proċedimenti ta’ divorzju jekk ikun hemm wild ta’ età minuri komuni japplikaw ukoll għall-konsulenza obbligatorja qabel il-bidu tal-proċedimenti dwar il-kura u l-aċċess għall-wild jekk il-ġenituri ta’ dak il-wild jisseparaw. Il-konsulenza obbligatorja tibda meta waħda mill-partijiet tippreżenta talba maċ-ċentru soċjali. Jekk il-ġenituri ma jkunux għamlu arranġamenti dwar pjan għall-kura konġunta, iċ-ċentru soċjali jagħtihom parir biex jippruvaw jagħmlu arranġament li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-medjazzjoni tal-familja, skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Familja.
Il-manteniment irid jiġi miftiehem permezz tal-medjazzjoni tal-familja, li matulha l-partijiet jippruvaw isolvu kwistjonijiet familjari permezz ta’ ftehim bl-għajnuna ta’ medjatur tal-familja. Il-membri tal-familja jieħdu sehem b’mod volontarju fil-medjazzjoni tal-familja, iżda jridu jattendu bilfors għall-ewwel laqgħa tal-medjazzjoni tal-familja qabel jibdew proċedimenti ta’ divorzju. L-għan ewlieni tal-medjazzjoni tal-familja huwa biex tittieħed deċiżjoni dwar il-kura konġunta mill-ġenituri u arranġamenti oħra li jikkonċernaw lill-wild. Il-pjan ta’ kura mill-ġenituri konġunta jew arranġamenti oħra li jkunu saru matul il-medjazzjoni tal-familja jsiru eżegwibbli jekk ikunu approvati mill-qorti fi proċedimenti ekstraġudizzjarji fuq talba tal-partijiet. Il-medjazzjoni tal-familja tista’ ssir b’mod indipendenti mill-proċedimenti ġudizzjarji, qabel jibdew il-proċedimenti ġudizzjarji, matulhom jew wara li jaslu fi tmiemhom.
L-ammont ta’ manteniment li għandu jħallas il-ġenitur li l-wild ma jgħixx miegħu jista’ jiġi regolat ukoll mill-Pjan dwar il-Kura mill-Ġenituri Konġunta, li l-ġenituri jistgħu jħejju huma nfushom matul il-konsulenza obbligatorja, kif ukoll waqt il-medjazzjoni tal-familja. Jekk il-pjan dwar il-kura mill-ġenituri konġunta jiġi sottomess lill-qorti matul proċedimenti esktraġudizzjarji għall-verifika, huma mbagħad isiru eżegwibbli, skont l-Att dwar il-Familja.
Wild jista’ jippreżenta talba għall-manteniment fi proċedimenti esktraġudizzjarji ssimplifikati għad-determinazzjoni tal-manteniment Il-partijiet f’dawn il-proċedimenti huma l-wild u l-ġenitur li ma jgħixx miegħu. Il-wild fil-proċedimenti ta’ manteniment jiġi rappreżentat mill-ġenitur li jgħix miegħu. Il-qorti b’ġuriżdizzjoni fi proċedimenti ssimplifikati dwar kwistjonijiet ta’ manteniment tista’ tkun, minbarra l-qorti b’ġuriżdizzjoni territorjali ordinarja, il-qorti tad-domiċilju jew residenza tal-wild.
Id-deċiżjonijiet ġudizzjarji dwar it-talbiet għal manteniment jingħataw f’kawżi matrimonjali, kawżi biex tiġi determinata l-maternità jew il-paternità, u kawżi dwar il-kura u l-kustodja, skont l-Att dwar il-Familja.
F’każ ta’ divorzju, il-konjuġi jistgħu jagħmlu ftehim dwar il-manteniment fejn jistabbilixxu l-ammont tal-manteniment, kif għandhom jissodisfaw dan l-obbligu, u d-durata tal-obbligu ta’ manteniment. Il-konjuġi jistgħu jikkonkludu l-ftehim dwar il-manteniment bil-miktub u jippreżentawh lill-qorti għall-approvazzjoni fi proċedimenti ekstraġudizzjarji, biex b’hekk isir ftehim eżekutorju.
Il-partijiet fil-proċedimenti dwar il-manteniment tat-tfal huma l-wild u l-persuna li trid tmantnih skont l-Att dwar il-Familja. Fil-proċedimenti ta’ manteniment il-wild jiġi rappreżentat mill-ġenitur li jgħix miegħu. Jekk il-ġenitur li l-wild jgħix miegħu jaqbel, lill-wild jista’ jirrapreżentah iċ-ċentru soċjali matul il-proċedimenti ta’ manteniment. Minbarra ċ-ċentru soċjali, il-ġenitur li l-wild jgħix miegħu jibqa’ awtorizzat jaġixxi fil-proċedimenti. F’każ ta’ kunflitt ta’ miżuri meħuda miċ-ċentru soċjali u mill-ġenituri li l-wild jgħix magħhom, il-qorti tieħu inkonsiderazzjoni ċ-ċirkostanzi kollha, u partikolarment il-benesseri tal-wild, u tevalwa jekk għandhiex tieħu inkonsiderazzjoni l-miżuri taċ-ċentru soċjali jew tal-ġenitur.
Ċentru soċjali jrid jaġixxi f’isem il-wild u jiftaħ u jmexxi l-proċedimenti dwar il-manteniment jew iżid l-ammont ta’ manteniment jekk il-ġenitur li l-wild jgħix miegħu ma jeżerċitax dan id-dritt għal raġunijiet mhux ġustifikabbli għal aktar minn tliet xhur wara li l-wild ikun kiseb dan id-dritt. Iċ-ċentru soċjali jirrappreżenta lill-wild fil-proċedimenti ta’ manteniment jekk il-wild ikun fil-kura ta’ persuna fiżika jew ġuridika oħra. F’dawn il-każijiet, il-ġenituri tal-wild mhumiex awtorizzati jaġixxu fil-proċedimenti f’isem il-wild tagħhom flimkien maċ-ċentru soċjali.
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili, (Zakon o parničnom postupku), avukat biss jista’ jirrappreżenta parti bħala l-avukat tagħha, sakemm mhux previst mod ieħor mil-liġi. Parti tista' tiġi rappreżentata minn qarib fil-linja diretta, minn ħutha jew mill-konjuġi li jaġixxu bħala prokuratur de facto - jekk ikollhom kapaċità ġuridika sħiħa u ma jkunux qed jipprattikaw il-liġi b'mod illegali.
F’każ ta’ tilwim minħabba l-manteniment statutorju, fejn ir-rikorrent ikun persuna li qed titlob il-manteniment, il-ġuriżdizzjoni - minbarra l-qorti ta’ ġuriżdizzjoni territorjali ordinarja - tinsab wkoll fil-qorti li r-rikorrent ikollu d-domiċilju jew ir-residenza tiegħu fit-territorju tagħha. Jekk, f’tilwim dwar il-manteniment statutorju b’element internazzjonali, qorti fil-Kroazja ikollha ġuriżdizzjoni għax ir-rikorrent ikun domiċiljat fil-Kroazja, il-ġuriżdizzjoni territorjali hija tal-qorti li r-rikorrent ikun domiċiljat fit-territorju tagħha. Jekk qorti fil-Kroazja jkollha l-ġuriżdizzjoni għax l-intimat ikollu propjetà fil-Kroazja li jista’ jinġabar il-manteniment minnha, il-ġuriżdizzjoni territorjali hija tal-qorti li l-propjetà tinsab fit-territorju tagħha .
Il-ġuriżdizzjoni għall-approvazzjoni ta’ pjan dwar il-kura mill-ġenituri konġunta hija tal-qorti li għandha ġuriżdizzjoni territorjali fuq il-każ li jinvolvi lill-minuri.
Il-ġuriżdizzjoni għall-approvazzjoni ta’ ftehim dwar il-manteniment tat-tfal hija tal-qorti li għandha ġuriżdizzjoni territorjali fuq il-każ li jinvolvi lill-minuri.
Il-ġuriżdizzjoni għall-approvazzjoni ta’ ftehim ta’ manteniment għall-konjuġi hija tal-qorti li l-konjuġi għandhom domiċilju komuni fit-territorju tagħha. Jekk il-konjuġi ma jkollhomx domiċilju komuni, il-ġuriżdizzjoni hija tal-qorti li l-konjuġi kellhom l-aħħar domiċilju komuni tagħhom fit-territorju tagħha. Jekk qorti fil-Kroazja ikollha ġuriżdizzjoni biex tapprova ftehim dwar il-manteniment tal-konjuġi għax il-konjuġi kellhom l-aħħar domiċilju komuni tagħhom fil-Kroazja, il-ġuriżdizzjoni hija tal-qorti li kellhom l-aħħar domiċilju komuni tagħhom fit-territorju tagħha.
Il-ġuriżdizzjoni għall-għoti ta’ sentenza fi proċedimenti ssimplifikati dwar il-manteniment hija, minbarra l-qorti b’ġuriżdizzjoni territorjali ġenerali, tal-qorti tal-post fejn ikun domiċiljat jew residenti l-wild.
Skont l-Artikolu 89a tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili, il-partijiet jistgħu jieħdu miżuri matul il-proċedimenti personalment jew permezz tal-avukat tagħhom, iżda l-qorti tista' tistieden lil parti rrappreżentata minn avukat biex tidher quddiemha personalment sabiex tagħmel dikjarazzjoni dwar il-fatti li jridu jiġu stabbiliti matul il-kawża. Avukat biss jista' jirrappreżenta lil parti bħala konsulent legali, sakemm mhux stipulat mod ieħor mil-liġi. Skont l-Artikolu 89a(3), parti tista' tiġi rappreżentata minn qarib fil-linja diretta, minn ħutha jew mill-konjuġi li jaġixxu bħala prokuratur de facto - jekk ikollhom kapaċità ġuridika sħiħa u ma jkunux qed jipprattikaw il-liġi b'mod illegali.
Skont l-Artikolu 1 tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti (Zakon o sudskim pristojbama), it-tariffi tal-qorti jridu jitħallsu għal kull proċediment li jsir il-qorti. L-ammont tat-tariffa jiġi determinat mill-Iskeda tat-Tariffi tal-Qorti.
L-Artikolu 16 tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti jgħid illi t-tfal, bħala parti mill-proċedimenti dwar il-manteniment jew fi proċedimenti marbuta ma' talbiet ġejjin minn dak id-dritt, huma eżenti mit-tariffi tal-qorti.
Skont l-Artikolu 172 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili, il-mod li bih id-dritt għall-eżenzjoni mill-ħlas tat-tariffi tal-qorti u d-dritt għall-għajnuna legali jiġu eżerċitati u l-kundizzjonijiet li taħthom isiru huma previsti f'att legali separat li jirregola l-għajnuna legali. Skont l-Artikolu 176, jekk parti tkun eżerċitat id-dritt għall-eżenzjoni mill-ispejjeż tal-qorti fuq il-bażi tar-regolament speċjali dwar l-għajnuna legali u jekk, matul il-proċedimenti, il-qorti tiddetermina illi l-parti tista' tħallas l-ispejjeż tal-qorti jew it-tariffi, il-qorti immedjatament tinnotifika lill-awtorità pubblika kompetenti.
L-Att dwar l-Għajnuna Legali Mingħajr Ħlas (Zakon o besplatnoj pravnoj pomoći) jiddefinixxi l-għan, il-benefiċjarji u t-tip ta' għajnuna legali, il-fornituri tal-għajnuna legali, il-kundizzjonijiet u l-proċedura għall-għoti tal-għajnuna legali, l-għajnuna legali transfruntiera, il-finanzjament tal-għajnuna legali u s-superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-Att. L-Att dwar l-Għajnuna Legali Mingħajr Ħlas ma japplikax jekk l-għajnuna legali tkun ingħatat skont regolamenti speċjali.
Il-manteniment tat-tfal dejjem jingħata bħala somma speċifika ta' flus.
Il-ġenitur li l-wild jgħix miegħu jagħti sehmu mill-obbligu ta’ manteniment billi jieħu ħsieb lill-wild kuljum, filwaqt li l-ġenitur li ma jgħixx mal-wild jissodisfa l-obbligu tal-manteniment billi jkopri l-bżonnijiet materjali tal-wild f’forma ta’ għajnuna finanzjarja.
Il-bżonnijiet materjali kollha tal-wild determinati mill-qorti matul il-litigazzjoni jirrigwardaw l-ispejjeż għall-abitazzjoni, l-ikel, il-ħwejjeġ, l-iġjene, it-trobbija, l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u spejjeż simili oħra għall-wild. Il-bżonnijiet materjali kollha tal-wild huma stabbiliti skont l-istandard ta’ għajxien tal-ġenitur li jrid iħallas il-manteniment.
Il-wild jista’ jkollu bżonnijiet materjali addizzjonali jekk ikollu bżonn ta’ kura kostanti u intensa minħabba l-kundizzjoni medika tiegħu, li jridu jiġu kkunsidrati meta jiġi stabbilit l-ammont ta’ manteniment fil-proċedimenti ċivili.
L-abbiltà totali tal-ġenitur li huwa d-debitur tal-manteniment, li tiddetermina l-qorti fi proċedimenti ċivili, jikkonċernaw il-qagħda finanzjarja u d-dħul tal-ġenitur li jrid iħallas il-manteniment fil-mument li jiġi stabbilit l-ammont ta’ manteniment.
Darba fis-sena u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ April tas-sena kurrenti, il-Ministru responsabbli għas-sigurtà soċjali jiddetermina l-ammonti finanzjarji minimi li jirrappreżentaw l-ammont minimu tal-bżonnijiet materjali kollha meħtieġa għall-manteniment fix-xahar ta’ wild ta’ età minuri fir-Repubblika tal-Kroazja, li jrid jitħallas mill-ġenitur li ma jgħixx mal-wild.
L-ammonti minimi huma stabbiliti bħala perċentwal tas-salarju nett fix-xahar għal kull persuna impjegata minn persuna ġuridika fir-Repubblika tal-Kroazja għas-sena preċedenti, kif ġej:
Eċċezzjonalment, jista’ jiġi stabbilit ammont aktar baxx għall-bżonnijiet ta’ manteniment tal-wild, madankollu mhux inqas min nofs il-minimu statutorju:
Darba fis-sena u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ April tas-sena kurrenti, il-Ministru responsabbli għas-sigurtà soċjali jistabbilixxi tabelli dwar il-bżonnijiet medji ta’ wild ta’ età minuri skont l-età tiegħu, l-introjtu tal-ġenitur li obbligat iħallas il-manteniment kif speċifikat fil-gradi tal-pagi, u l-kost ta’ għajxien medju fir-Repubblika tal-Kroazja.
Il-kreditur u d-debitur tal-manteniment jistgħu jitolbu lill-qorti biex iżżid jew tnaqqas l-ammont ta’ manteniment, tiddeċiedi li twaqqaf jew tbiddel il-mezz ta’ manteniment stabbilt minn titolu eżekuttiv preċedenti, jekk ikunu nbiddlu ċ-ċirkostanzi.
It-talbiet għall-manteniment mhumiex soġġetti għall-indiċjar fir-Repubblika tal-Kroazja.
Il-manteniment jitħallas bil-mod u lill-persuna stabbiliti fid-deċiżjoni tal-qorti.
Jekk id-debitur tal-manteniment jonqos milli jħallas il-manteniment b’mod volontarju, jinbdew proċedimenti ta’ eżekuzzjoni.
L-eżekuzzjoni permezz tas-sekwestru tas-salarju u introjtu regolari ieħor u fondi finanzjarji minħabba t-talba ta’ manteniment tat-tfal issir qabel l-eżekuzzjoni ta' kull talba oħra fuq dan l-introjtu irrispettivament minn meta tqajmu t-talbiet.
Il-kunsens tad-debitur tal-manteniment jista’ jitniżżel fil-minuti tas-seduta ta' smigħ quddiem il-qorti jew f’dokument notarili speċjali li jiddikjara illi s-salarju, pensjoni jew introjtu finanzjarju ieħor jistgħu jiġu sekwestrati għalkollox jew parzjalment minħabba talba tal-kreditur tal-manteniment, u li l-pagamenti jsiru direttament lill-kreditur tal-manteniment kif stabbilit f’dak id-dokument. Dan id-dokument jinħareġ f’kopja waħda u għandu l-effetti legali ta’ digriet eżekuttiv definittiv.
Il-ġenitur li ma jgħixx mal-wild ta’ età minuri u li ma ħallasx il-manteniment dovut lilu, jrid iħallas kumpens lill-wild għall-manteniment mhux imħallas li jiġi kkalkulat mid-data li fiha ġie stabbilit id-dritt għall-manteniment sal-ġurnata meta tressqet il-kawża. It-talba tat-tfal kontra l-ġenitur li ma ħallasx il-manteniment hija soġġetta għal preskrizzjoni ta' ħames snin mid-data li fiha nħoloq dan l-obbligu.
Kif previst mill-Artikolu 226 tal-Att dwar l-Obbligi Ċivili (Zakon o obveznim odnosima), it-talbiet għal pagamenti regolari dovuti annwalment jew f'perjodi iqsar, irrispettivament jekk humiex talbiet perjodiċi aċċessorji, bħall-imgħax, jew talbiet perjodiċi li fihom id-dritt ġie eżawrit, bħal talbiet għall-manteniment, huma soġġetti għal preskrizzjoni ta' tliet snin mid-data li fiha kien dovut kull pagament.
Skont l-Artikolu 233 tal-Att dwar l-Obbligi Ċivili, it-talbiet ikkonfermati minn deċiżjoni finali tal-qorti, deċiżjoni ta' awtorità pubblika kompetenti oħra, ftehim milħuq f'qorti jew quddiem awtorità kompetenti oħra jew permezz ta' att notarili huma soġġetti għal preskrizzjoni ta' għaxar snin, inkluż dawk li fir-rigward tagħhom hija prevista preskrizzjoni iqsar mil-liġi.
Skont l-Artikolu 235 tal-Att dwar l-Obbligi Ċivili, il-preskrizzjoni ma tibdiex tapplika bejn il-ġenituri u t-tfal sakemm tintemm is-setgħa tal-ġenituri.
Skont l-Artikolu 172 tal-Att dwar l-Eżekuzzjoni (Ovršni zakon), l-assi li ġejjin ma jistgħux ikunu l-oġġett ta' eżekuzzjoni: introjtu li ġej minn manteniment statutorju, kumpens minħabba s-saħħa jew kapaċità ridotta jew mitlufa għax-xogħol u kumpens għall-manteniment mitluf minħabba l-mewt tal-kreditur tal-manteniment; introjtu li ġej minn benefiċċji minħabba diżabilità fiżika mogħtija skont ir-regolamenti dwar l-assigurazzjoni għad-diżabilità; introjtu li ġej mill-benefiċċji soċjali; introjtu li ġej minn benefiċċji għall-qgħad temporanju; introjtu li ġej mill-benefiċċji għat-tfal, sakemm mhux previst mod ieħor minn regolament speċjali; introjtu li ġej minn boroż tal-istudju u għajnuna għall-istudenti; flus imħallsa lill-priġunieri għax-xogħol li jwettqu, bl-eċċezzjoni ta' talbiet għall-manteniment obbligatorju u talbiet għal kumpens minħabba dannu kkawżat minn reat kriminali imwettaq mill-priġunier; Introjtu ġej minn premji u gwadanji; pagamenti ta' appoġġ għall-maternità jew paternità, sakemm mhux previst mod ieħor minn att ġuridiku speċjali; introjtu ieħor eżentat mill-eżekuzzjoni skont regolamenti speċjali.
L-Artikolu 173 tal-Att dwar l-Eżekuzzjoni jillimita l-eżekuzzjoni kif ġej:
(1) Jekk is-salarju tad-debitur tal-eżekuzzjoni jkun soġġett għall-eżekuzzjoni, l-ammont ekwivalenti għal żewġ terzi tas-salarju medju nett fir-Repubblika tal-Kroazja huwa eżentat. Jekk l-eżekuzzjoni ssir biex titħallas talba għall-manteniment obbligatorju, jew talba għal kumpens għad-dannu kkawżat minn problemi ta' saħħa jew tnaqqis jew telfa tal-kapaċità għax-xogħol u l-kumpens għat-telf tal-manteniment minħabba l-mewt tal-persuna li qed tħallas il-manteniment, l-ammont li jiġi stabbilit huwa ta' nofs is-salarju medju nett fir-Repubblika tal-Kroazja, ħlief meta l-eżekuzzjoni ssir sabiex jinġabar bil-forza l-manteniment tat-tfal. F'dawn il-każijiet, l-ammont eżentat mill-eżekuzzjoni jkun ta' kwart is-salarju medju nett (għal kull persuna impjegata minn persuni ġuridiċi fir-Repubblika tal-Kroazja fis-sena preċedenti).
Jekk id-debitur tal-eżekuzzjoni jkollu salarju li jkun inqas mis-salarju medju nett għall-Kroazja, jiġi eżentat mill-eżekuzzjoni l-ammont ta’ żewġ terzi tas-salarju. Jekk l-eżekuzzjoni ssir biex titħallas talba għall-manteniment obbligatorju, jew għal talba għal kumpens għad-dannu kkawżat minn problemi ta' saħħa jew tnaqqis jew telfa tal-kapaċità għax-xogħol u t-telf tal-manteniment minħabba l-mewt tal-persuna li qed tħallas il-manteniment, l-ammont li jiġi stabbilit huwa ta' nofs is-salarju medju nett tad-debitur tal-eżekuzzjoni.
(3) It-terminu "salarju medju nett" skont it-tifsira tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jfisser l-ammont medju mħallas bħala salarju nett fix-xahar lil kull persuna impjegata minn persuna ġuridika fir-Repubblika tal-Kroazja fil-perjodu bejn Jannar u Awwissu tas-sena kurrenti, li jiġi determinat mill-Uffiċċju Kroat tal-Istatistika (Državni zavod za statistiku) u ppubblikat fil- Narodne novine (NN; Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja) mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru tas-sena kurrenti. L-ammont stabbilit b'dan il-mod jibda japplika s-sena ta' wara.
(4) Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 u 2 ta' dan l-Artikolu japplikaw ukoll għall-eżekuzzjoni fejn kull kumpens imħallas minflok salarju, kumpens għal ħin tax-xogħol imnaqqas, kumpens għal salarju mnaqqas, pensjoni, paga tas-servizz tal-persunal militari u l-paga għall-persuni fir-riserva filwaqt li kien qed iwettqu s-servizz militari u kull introjtu finanzjarju regolari ieħor imħallas lil persunal fiċ-ċivil jew fil-militar huwa soġġett għas-sekwestru, bl-eċċezzjoni tal-introjtu msemmi fil-paragrafi 5 u 6 ta' dan l-Artikolu.
(5) L-eżekuzzjoni permezz tas-sekwestru tal-introjtu rċevut minn persuni diżabbli bħala benefiċċju finanzjarju għad-diżabilità fiżika u bħala allowance għall-kura tista' ssir biss biex jitħallas il-manteniment statutorju, jew talba għall-kumpens għad-dannu kkawżat minħabba problemi ta' saħħa jew tnaqqis jew telf fil-kapaċità għax-xogħol u għal kumpens minħabba t-telfa tal-manteniment minħabba l-mewt tal-persuna li kienet tħallas il-manteniment, li f'dak il-każ l-ammont jiġi stabbilit bħala nofs l-introjtu.
(6) L-eżekuzzjoni permezz tas-sekwestru tal-introjtu li jiġi rċevut skont kuntratt ta' għajnuna sakemm iddum ħajja persuna u kuntratt ta' vitalizju, kif ukoll introjtu ġej minn kuntratt ta' assigurazzjoni tal-ħajja tista' ssir biss fuq dik il-parti tal-introjtu li teċċedi l-ammont prinċipali użat biex jiġi kkalkulat l-ammont għall-manteniment.
Iċ-ċentri soċjali jridu jżommu arkivji tad-deċiżjonijiet u l-ftehimiet bil-qorti kollha rigward il-manteniment tat-tfal.
Meta ċentru soċjali jirċievi d-deċiżjoni finali tal-qorti jew ftehim bil-qorti dwar il-manteniment tat-tfal, huwa jrid jibgħat avviż bil-miktub dwar id-drittijiet u l-obbligi lill-ġenitur li l-wild jgħix miegħu u lill-ġenitur li jrid iħallas il-manteniment jew lil persuna oħra msemmija fl-Artikolu 288 tal-Att dwar il-Familja li trid tħallas il-manteniment skont id-deċiżjoni tal-qorti jew ftehim bil-qorti.
F’dan l-avviż iċ-ċentru soċjali jinnotifika lill-ġenitur li l-wild jgħix miegħu b’dan li ġej:
Fl-avviż, iċ-ċentru soċjali javża lill-ġenitur li jrid iħallas il-manteniment jew lil persuna oħra msemmija fl-Artikolu 288 tal-Att dwar il-Familja li trid tħallas il-manteniment skont id-deċiżjoni tal-qorti jew il-ftehim bil-qorti b’dan li ġej:
Meta ċentru soċjali jirċievi deċiżjoni finali tal-qorti jew ftehim bil-qorti dwar il-manteniment tat-tfal, huwa jrid jinforma lill-ġenitur li l-wild jgħix miegħu dwar il-kundizzjonijiet li taħthom il-wild għandu dritt għal manteniment provviżorju skont ir-regolament speċjali dwar il-manteniment provviżorju. Skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Att dwar il-Manteniment Provviżorju (Zakon o privremenom uzdržavanju), NN Nru 92/14), wild li huwa ċittadin Kroat u li huwa domiċiljat fil-Kroazja għandu dritt għal manteniment provviżorju. Skont dak l-Att, wild huwa persuna li għadha ma għalqitx 18-il sena u li trid tiġi mantnuta minn ġenitur skont ordni eżekuttiv.
Il-wild għandu dritt għal manteniment provviżorju jekk il-ġenitur li ma jgħixx mal-wild jonqos milli, totalment jew parzjalment, jissodisfa l-obbligu ta’ manteniment tiegħu, u jekk jidher probabbli illi n-nanniet tan-naħa ta’ dak il-ġenitur mhux jikkontribwixxu għall-manteniment tal-inqas għall-ammont indikat fl-Att bħala l-ammont ta’ manteniment provviżorju.
Id-dritt għal manteniment provviżorju jestendi sakemm id-debitur tal-manteniment jerġa’ jibda jħallas il-manteniment għall-inqas sal-ammont stabbilit fl-Att bħala l-ammont ta’ manteniment provviżorju.
Il-wild għandu dritt għal manteniment provviżorju għal massimu totali ta’ tliet snin.
Il-manteniment provviżorju huwa stabbilt għal 50% tal-manteniment minimu statutorju. Il-manteniment provviżorju ma jistax ikun aktar mill-ammont ta’ manteniment stabbilit mill-ordni eżekuttiv.
Bil-ħlas tal-ammont ta’ manteniment provviżorju, ir-Repubblika tal-Kroazja tieħu l-pożizzjoni legali tal-wild, u d-drittijiet li titlob il-manteniment fl-ammont tal-manteniment provviżorju mħallas, minbarra drittijiet inċidentali oħra, jiġu trasferiti lilha. Fil-proċedimenti għall-ġbir tat-talba msemmija fl-Artikolu 25 ta’ dak l-Att, ir-Repubblika tal-Kroazja tiġi rappreżentata mill-uffiċċju tal-prosekutur rilevanti.
Iva. Skont l-Att li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment, l-awtorità ċentrali għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 huwa l-Ministeru għas-Sigurtà Soċjali.
Il-korpi responsabbli skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 huma l-qrati u ċ-ċentri soċjali, skont il-kompiti u l-ġuriżdizzjoni stipulata ta’ dawk il-korpi.
Jekk waħda mill-partijiet li qed titlob il-manteniment tinsab fil-Kroazja, u d-debitur huwa domiċiljat fi Stat Membru ieħor, hija tista’ titlob l-għajnuna tal-Ministeru tad-Demografija, il-Kwistjonijiet tal-Familja, il-Politika Soċjali u ż-Żagħżagħ (Ministarstvo za demografiju, obitelj, mlade i socijalnu politiku) li huwa l-awtorità ċentrali tar-Repubblika tal-Kroazja.
Huma jistgħu jikkuntattjaw lill-awtorità ċentrali u lill-korpi kompetenti biex jagixxu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009.
Id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità ċentrali:
Ministeru tad-Demografija, il-Kwistjonijiet tal-Familja, il-Politika Soċjali u ż-Żagħżagħ (Ministarstvo za demografiju, obitelj, mlade i socijalnu politiku)
Trg Nevenke Topalušić 1
10000 Zagreb
Sit tal-internet: http://www.mspm.hr/
Posta elettronika: ministarstvo@mdomsp.hr
Tel.: +385 1 555 7111
Faks: + 385 1 555 7222
L-Artikolu 55 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 jgħid illi meta d-debitur jinsab fit-territorju tar-Repubblika tal-Kroazja, l-applikazzjoni għandha tintbagħat lill-awtorità ċentrali tar-Repubblika tal-Kroazja permezz tal-awtorità ċentrali tal-Istat fejn jinsab l-applikant, kollox skont l-Artikolu 55 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009.
L-awtorità ċentrali tal-Istat fejn jinsab l-applikant tibgħat l-applikazzjoni lill-Ministeru tad-Demografija, il-Kwistjonijiet tal-Familja, il-Politika Soċjali u ż-Żagħżagħ li hija l-awtorità ċentrali tar-Repubblika tal-Kroazja għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009.
Id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità ċentrali:
Ministeru tad-Demografija, il-Kwistjonijiet tal-Familja, il-Politika Soċjali u ż-Żagħżagħ (Ministarstvo za demografiju, obitelj, mlade i socijalnu politiku)
Trg Nevenke Topalušić 1
1000 Zagreb
Sit tal-internet: http://mdomsp.gov.hr/
Posta elettronika: ministarstvo@mdomsp.hr
Tel.: +385 1 555 7111
Faks: +385 1 555 7222
Iva.
Mhux applikabbli.
L-applikant jikkuntattja lill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru, u l-għajnuna legali tingħata fuq it-territorju kopert mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 skont l-Artikoli 44 sa 47, u fejn meħtieġ, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Għajnuna Legali Mingħajr Ħlas.
L-Att li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment ġie adottat, NN Nru 127/2013), u l-Ministeru tad-Demografija, il-Kwistjonijiet tal-Familja, il-Politika Soċjali u ż-Żagħżagħ ġie stabbilit bħala l-awtorità ċentrali għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 4/2009.
Għal aktar informazzjoni ara:
1. L-Att dwar il-Familja (Obiteljski zakon), NN Nru 103/15
2. L-Att dwar l-Eżekuzzjoni (Ovršni zakon), NN Nri 112/12, 25/13, 93/14
3. 3. L-Att dwar il-Kunflitt tal-Liġijiet (Zakon o rješavanju sukoba zakona s propisima drugih zemalja u određenim odnosima) (NN Nri 53/91, 88/01)
4. L-Att dwar l-Għajnuna Legali Mingħajr Ħlas (Zakon o besplatnoj pravnoj pomoći), NN Nri 143/2013
5. L-Att li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (Zakon o provedbi Uredbe Vijeća (EZ) br. 4/2009 u području nadležnosti, mjerodavnog prava, priznanja i izvršenja odluka te suradnji u stvarima koje se odnose na obveze uzdržavanja), NN Nru 127/2013
6. L-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o parničnom postupku), NN Nri 53/91, 91/92, 58/93, 112/99, 88/01, 117/03, 88/05, 02/07, 84/08, 123/08, 57/11, 148/11, 25/13, 89/14
7. L-Att dwar il-Manteniment Provviżorju (Zakon o privremenom uzdržavanju), NN Nru 92/14
Din il-paġna web hija parti minn L-Ewropa Tiegħek.
Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.