

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Ordni ta’ manteniment bejn il-konjuġi teħtieġ li wieħed mill-konjuġi kkonċernati jagħmel pagamenti perjodiċi jew ħlasijiet ta’ ammont f’daqqa lill-parti l-oħra għall-manteniment tagħha u, fejn xieraq, jagħmel dawn il-pagamenti perjodiċi għall-benefiċċju tal-persuna speċifikata fl-ordni jew membri dipendenti tal-familja, jekk ikun hemm.
Ordni għal manteniment ta’ wild dipendenti teħtieġ li wieħed mill-ġenituri kkonċernati jagħmel pagamenti perjodiċi jew ħlasijiet ta’ somma f’daqqa lill-ġenitur l-ieħor, jew lil persuna oħra li jkollha l-kura u l-kustodja tal-wild, kif speċifikat fl-ordni għall-manteniment tal-wild.
Obbligu ta’ manteniment huwa rekwiżit biex jingħata appoġġ finanzjarju lil persuna u, meta dan l-obbligu jiġi infurzat permezz tal-qrati, biex jitwettqu l-obbligi ta’ kwalunkwe inġunzjoni pertinenti għall-manteniment.
Il-manteniment jitħallas mingħand dawn il-kategoriji ta’ nies:
Oħrajn:
Wild dipendenti taħt l-età ta’ tmintax-il sena, wild dipendenti taħt l-età ta’ tlieta u għoxrin sena f’edukazzjoni full-time jew wild ta’ kwalunkwe età li huwa dipendenti minħabba diżabbiltà.
Il-ġenituri għandhom obbligu li jmantnu lil uliedhom finanzjarjament sabiex ikopru l-ħtiġijiet finanzjarji ta’ kuljum u okkażjonali tagħhom.
Ġeneralment, l-ulied ma għandhomx iħallsu għall-manteniment tal-ġenituri tagħhom ħlief f’ċirkustanzi rari u straordinarji fejn id-drittijiet ta’ proprjetà miżmuma jkunu varji mad-divorzju u jiġu trasferiti fil-pussess tal-ulied.
Parti ddivorzjata jista’ jkollha tħallas manteniment lill-parti l-oħra meta l-parti applikanti turi li l-parti l-oħra tkun naqset milli tipprovdi għalihom b’mod adegwat fid-dawl taċ-ċirkustanzi.
Sieħeb reġistrat jew koabitant għall-finijiet tas-Civil Partnership and Certain Rights and Obligations of Cohabitants Act 2010 jista’ jkollu jagħti manteniment lis-sieħeb reġistrat jew koabitant l-ieħor jekk is-sieħeb reġistrat jew koabitant applikanti juri li l-parti l-oħra tkun naqset milli tipprovdi għalihom b’mod adegwat fid-dawl taċ-ċirkustanzi.
Il-ġenituri, kemm jekk miżżewġin kif ukoll jekk le, jistgħu japplikaw mal-qorti għal manteniment mingħand il-ġenitur l-ieħor fir-rigward ta’ wliedhom. Kustodju, bord tas-saħħa jew kull persuna li jkollha status legali fir-rigward ta’ wild dipendenti jistgħu japplikaw ukoll.
Normalment isir rikors quddiem il-Qorti mill-parti dipendenti permezz ta’ azzjoni legali ċivili kontra l-persuna l-oħra. Fir-rigward tal-manteniment tal-ulied, normalment ir-rikors isir mill-ġenitur jew persuna oħra li jkollha l-kura u l-kustodja tal-wild.
Ġeneralment tista’ ssib informazzjoni dwar il-proċeduri li japplikaw għar-rikorsi tal-manteniment fit-taqsima dwar il-Liġi tal-Familja tas-sit web tas-Servizz tal-Qrati (www.courts.ie).
Normalment l-applikant f’kawża ta’ manteniment ikun il-ġenitur li jieħu ħsieb il-wild/l-ulied. L-applikanti jistgħu jinkludu eks konjuġi kif ukoll ulied bħala tali. Il-partijiet iridu juru li għandhom interess ġuridiku f’kawża biex jidhru quddiem il-qorti (locus standi) biex jitolbu li jingħatalhom manteniment. Fil-każ ta’ qraba jew qraba stretti jkun meħtieġ li r-rikorrent ikollu ċerti setgħat legali, pereżempju prokura, biex imexxi l-affarijiet tal-qarib jew ħabib intimu. Il-ġenituri jew il-kustodji jistgħu jagħmlu rikors għal manteniment f’isem wild ta’ età minuri.
Il-Qorti Distrettwali għandha ġuriżdizzjoni biex tordna manteniment għal wild sal-ammont massimu ta’ EUR 150 fil-ġimgħa mingħand kull ġenitur u biex tordna manteniment għal wieħed mill-konjuġi/sieħeb reġistrat sal-ammont massimu ta’ EUR 500 fil-ġimgħa. Għal ammonti ikbar jeħtieġ li jsir rikors quddiem is-Circuit Court jew il-Qorti Superjuri. Jekk ikunu diġà nbdew proċeduri matrimonjali fis-Circuit Court jew fil-Qorti Superjuri, jeħtieġ li r-rikorsi jsiru hemm irrispettivament mill-ammont mitlub.
Le. Rikors jista’ jsir personalment jekk ir-rikorrent jagħżel li ma jqabbadx avukat. Hemm Għajnuna Legali Ċivili disponibbli għal dawk il-litiganti fil-Liġi tal-Familja li jkollhom bżonnha skont il-mezzi tagħhom.
Il-proċeduri kollha tal-Liġi tal-Familja fl-Irlanda huma eżenti minn tariffi tal-qorti. Il-kost biex tingħata parir u rappreżentanza legali jista’ jvarja; madankollu, hemm għajnuna legali ċivili disponibbli għal dawk li jiddependu fuq il-mezzi.
Il-Qorti Distrettwali għandha ġuriżdizzjoni biex tordna manteniment għal wild sal-ammont massimu ta’ EUR 150 fil-ġimgħa mingħand kull ġenitur u biex tordna manteniment għal wieħed mill-konjuġi/sieħeb reġistrat sal-ammont massimu ta’ EUR 500 fil-ġimgħa. Għal ammonti ikbar jeħtieġ li jsir rikors quddiem is-Circuit Court jew il-Qorti Superjuri.
Meta tiddetermina l-manteniment, il-qorti tħares lejn il-ħtiġijiet raġonevoli tal-kreditur tal-manteniment (il-persuna intitolata għall-manteniment) kontra l-kapaċità tad-debitur tal-manteniment (il-persuna ordnata biex tħallas il-manteniment) li jħallas. Il-partijiet jistgħu japplikaw quddiem il-qorti biex jirrevedu kull ordni ta’ manteniment fid-dawl ta’ kwalunkwe ċirkustanza finanzjarja tal-partijiet.
Ordni ta’ Manteniment tibda fid-data speċifikata fl-ordni, billi hija data li tista’ tkun qabel jew wara d-data li fiha tkun saret l-ordni iżda li ma tkunx qabel id-data tar-rikors għall-ordni.
Fi Proċedimenti Ġuridiċi u ta’ Divorzju fis-Circuit Qorti jew fil-Qorti Superjuri, il-manteniment jista’ jkollu effett retroattiv sa mhux qabel id-data tar-rikors.
Normalment il-manteniment isir b’pagament dirett lill-kreditur tal-manteniment. Madankollu, il-kredituri għandhom id-dritt li jingħataw il-manteniment permezz tal-uffiċċju tal-qorti. Jekk il-qorti tħoss li dan ikun meħtieġ, il-pagi jew is-salarju tad-debitur tal-manteniment jistgħu jiġu sekwestrati u l-impjegatur jista’ jiġi ordnat li jnaqqas il-pagamenti biex jiġu trażmessi lill-kreditur.
Il-manteniment jitħallas lill-persuna intitolata għall-manteniment u lil dawk li jamministraw il-manteniment għall-benefiċċju tagħhom, pereżempju ġenitur jew kustodju.
Meta debitur ta’ manteniment ma jħallasx, il-kreditur tal-manteniment jista’ jibda proċedimenti fil-qorti fejn tkun saret l-ordni tal-manteniment jew fil-Qorti Distrettwali, skont ir-rimedju mfittex.
Il-qorti tista’ toħroġ ordni li tissekwestra l-qligħ tad-debitur tal-manteniment, kif diskuss fil-punt 1 hawn fuq.
Jekk dan ir-rimedju ma jaħdimx, il-qorti tista’ tordna li d-debitur tal-manteniment iħallas is-somma dovuta lill-kreditur tal-manteniment. Jekk id-debitur tal-manteniment ma jikkonformax, il-qorti tista’ tordna li l-flus dovuti lid-debitur mingħand persuna oħra jingħataw minflok lill-kreditur tal-manteniment. Tista’ tordna wkoll il-bejgħ tal-oġġetti li jappartjenu għad-debitur biex jissodisfa s-somma pendenti.
Il-Qorti Distrettwali hija l-post fejn jiġu infurzati l-ordnijiet li jkunu saru fi Stati Membri oħra. Għandha setgħat fir-rigward ta’ disprezz (l-Artikoli 9A u 9B tal-Att tal-1976) iżda biss fir-rigward tal-ordnijiet li jkunu saru mill-Qorti Distrettwali. Ma għandhiex setgħa li tikkundanna minħabba disprezz ta’ ordni li tkun saret xi mkien ieħor. Il-Qorti Distrettwali hija effettivament ristretta għal Mandati ta’ Sekwestru fuq id-Dħul (fejn xieraq) għal mandat ta' sekwestru eżekutorju jew ta’ sekwestru (rarament xierqa).
Kull kreditur ta’ manteniment għandu r-responsabbiltà li jagħmel rikors quddiem il-qorti għal assistenza fl-irkupru tal-manteniment. Filwaqt li hemm rimedji oħra disponibbli, pereżempju permezz ta’ medjazzjoni, il-qrati għandhom il-ġuriżdizzjoni xierqa u legali biex jirrimedjaw in-nuqqas ta’ pagament tal-manteniment.
Le. Id-debitur biss huwa responsabbli għall-manteniment, li għandu jitħallas direttament minn ras il-għajn mis-salarju tiegħu.
Ir-Regolament 4/2009, komunement magħruf bħala r-Regolament dwar il-Manteniment, ikopri r-rikorsi ta’ manteniment transfruntiera li jiġu minn relazzjonijiet familjali. Jistabbilixxi regoli komuni għall-Unjoni Ewropea kollha kemm hi u għandu l-għan li jiżgura l-irkupru ta’ talbiet ta’ manteniment anke meta d-debitur jew il-kreditur ikunu f’pajjiż ieħor tal-UE.
Il-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Irkupru barra mill-Pajjiż ta’ Pagamenti ta’ Manteniment (il-Konvenzjoni ta’ New York) ġiet fis-seħħ fl-Irlanda f’Novembru 1995 bl-Att dwar il-Manteniment tal-1994. Din il-Konvenzjoni hija mfassla biex tiffaċilita l-irkupru tal-manteniment fi Stati kontraenti minn persuna li tgħix f’ġuriżdizzjoni kontra persuna li tgħix f’ġuriżdizzjoni oħra.
Iż-żewġ strumenti jistabbilixxu netwerk ta’ Awtoritajiet Ċentrali f’kull Stat kontraenti u r-rikorrenti/il-kredituri/il-petizzjonanti jistgħu jressqu r-rikorsi tagħhom quddiem Awtorità Ċentrali li mbagħad tressaqha quddiem il-Qorti kompetenti rilevanti u, f’ċerti każi, torganizza assistenza legali. Id-dettalji ta’ kuntatt għall-Awtorità Ċentrali Irlandiża għall-Irkupru tal-Manteniment barra mill-Pajjiż huma dawn:
Department of Justice and Equality,
Bishop’s Square,
Redmond’s Hill,
Dublin 2,
Ireland.
Tel: +353 (0)1 479 0200
Lokali: 1890 555 509
Faks: +353 (0)1 479 0201
Posta elettronika: mainrecov_inbox@justice.ie
Petizzjonant jista’ jingħata l-assistenza tal-Uffiċjal Klerikali tal-Qorti Distrettwali fir-rigward tal-Ordnijiet tal-Qorti Distrettwali. Il-petizzjonanti jistgħu wkoll jingħataw l-assistenza ta’ rappreżentanza legali. Jistgħu jkunu eliġibbli għal għajnuna legali u għandhom jikkuntattjaw liċ-ċentru legali lokali tagħhom f’dan ir-rigward. Fl-aħħar nett, il-petizzjonant jista’ jfittex l-assistenza tal-FLAC (Free Legal Advice Centre), organizzazzjoni indipendenti u volontarja li topera netwerk ta’ kliniki ta’ pariri legali madwar il-pajjiż. Dawn il-kliniki huma kunfidenzjali u bla ħlas.
F’każijiet transfruntiera fejn id-debitur tal-manteniment ikun jgħix f’ġuriżdizzjoni oħra, il-petizzjonant jista’ jagħmel rikors permezz tal-Awtorità Ċentrali għall-Irkupru tal-Manteniment li jinsab fid-Dipartiment tal-Ġustizzja u tal-Ugwaljanza.
Tista’ tikkuntattja lill-uffiċċju tal-qorti rilevanti jew lill-organizzazzjoni permezz tat-telefon, bil-posta, bil-posta elettronika jew billi tmur personalment. Il-petizzjonanti huma mħeġġa jżuru s-sit web ta’ kull organizzazzjoni għal aktar informazzjoni u għal informazzjoni lokalizzata.
Tista’ ssib id-dettalji ta’ kuntatt għall-uffiċċji tal-qorti fuq is-sit web tas-Servizzi tal-Qrati (www.courts.ie).
Irreferi għall-Mistoqsija 14.1 u għas-sit web tad-Dipartiment tal-Ġustizzja u tal-Ugwaljanza (www.justice.ie) għad-dettalji ta’ kuntatt tal-Awtorità Ċentrali għall-Irkupru tal-Manteniment barra mill-Pajjiż.
Ara aktar ’il fuq; Nru 14.1.
Ara aktar ’il fuq; Nru 14.2.
Iva
Mhux applikabbli.
Ir-rikorrent/Il-petizzjonant ma għandux għalfejn iħallas miżati biex iressaq kawża l-qorti. Ir-rikorrenti jibbenefikaw minn għajnuna legali bla ħlas fir-rigward ta’ dawn il-kwistjonijiet - ladarba l-Awtorità Ċentrali Irlandiża tirċievi rikors, jekk ikun meħtieġ, ir-rikors jitressaq quddiem il-Bord tal-Għajnuna Legali għall-attenzjoni tagħhom.
L-Artikolu 51 jirreferi għal liema azzjonijiet tieħu l-Awtorità Ċentrali fir-rigward tar-rikorsi skont ir-Regolament dwar il-Manteniment. L-Awtorità Ċentrali Irlandiża issa titlob dikjarazzjonijiet ta' eżegwibbiltà mingħand l-Uffiċċju tal-Master tal-Qorti Superjuri. L-Awtorità Ċentrali Irlandiża tressaq rikorsi għall-eżegwibbiltà direttament quddiem il-Qrati Distrettwali. Fir-rigward tat-tnedija ta’ proċedimenti l-Awtorità Ċentrali tagħmel l-arranġamenti għal rappreżentanza legali għall-Applikant permezz tal-Bord tal-Għajnuna Legali.
Din il-paġna web hija parti minn L-Ewropa Tiegħek.
Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.