

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Il-manteniment huwa obbligu ta’ kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ħajja tal-kreditur tal-manteniment. L-obbligu tal-ħlas tal-manteniment huwa dovut minħabba relazzjonijiet familjari u affinità, u rabta matrimonjali (preċedenti).
- il-ġenituri lit-tfal tagħhom
- it-tfal lill-ġenituri tagħhom
- konjuġi divorzjat lill-konjuġi l-ieħor (eks imsieħba reġistrati)
L-obbligu ta' manteniment li jeżisti bejn il-konjuġi fiż-żwieġ ikompli wara x-xoljiment taż-żwieġ. Il-qorti tista’, fis-sentenza ta’ divorzju jew f’sentenza aktar il-quddiem, tordna illi wieħed mill-eks konjuġi jħallas il-manteniment tal-eks konjuġi li ma għandux biżżejjed introjtu għall-għajxien tiegħu stess (u ma jistax, sa fejn jista’ jiġi raġonevolment mistenni, jikseb dawn il-mezzi) fuq talba ta’ dan tal-aħħar. Fl-għoti tal-manteniment, l-imħallef jieħu kont tal-bżonnijiet tal-eks konjuġi u l-mezzi (riżorsi finanzjarji) tal-eks konjuġi l-ieħor. Jista’ jkollhom rwol ukoll fatturi mhux finanzjarji, bħad-durata taż-żwieġ jew tal-koabitazzjoni. Jekk il-qorti ma tispeċifikax limitu taż-żmien għall-obbligu ta’ manteniment, l-obbligu jintemm awtomatikament wara 12-il sena. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż mill-qorti fuq talba tal-eks konjuġi li jitlob il-manteniment f’każjijiet fejn isib ruħu f’diffikultà finanzjarja partikolari. Wara żwieġ qasir (ta’ mhux aktar minn ħames snin), mingħajr tfal, id-durata tal-obbligu ta’ manteniment, normalment, ma jkunx itwal mid-durata taż-żwieġ innifsu.
Dan japplika wkoll fir-rigward tal-manteniment bejn il-partijiet fi sħubija rreġistrata.
L-eks konjuġi jistgħu jaslu għal ftehim rigward il-manteniment bejniethom mingħajr ma jmorru l-qorti. Dan il-ftehim normalment isir fil-kuntratt ta’ divorzju. Fil-prattika, dan il-kuntratt mbagħad jiġi kkonfermat mill-qorti fis-sentenza ta’ divorzju. Konferma ta’ dan it-tip tagħti lill-kreditur tal-manteniment aktar ċertezza tad-dritt.
Tipi oħra tal-obbligu ta' manteniment huma:
Konjuġi/sħab reġistrati
Il-konjuġi u l-isħab reġistrati it-tnejn iridu, ħlief f’ċirkostanzi ta' eċċezzjoni, jikkontribwixxu għall-ispejjeż tal-ħajja. Huma jistgħu jagħmlu ftehimiet oħra f’dan ir-rigward fi ftehimiet ta’ qabel iż-żwieġ jew ftehimiet dwar l-isħubija reġistrata.
Il-missier bijoloġiku/sieħeb fil-ħajja tal-omm
Hemm obbligu min-naħa tal-misser bijoloġiku tal-minuri biex jipprovdi l-manteniment għall-minuri mhux rikonoxxut minnu, sakemm il-minuri ma jkollux relazzjoni familjali legali miegħu jew ma xi raġel ieħor (fi kliem ieħor, sakemm ma jkunx hemm misseri li rrikonoxxihx legalment). L-istess obbligu japplika għas-sieħeb tal-omm li aċċetta att li seta’ wassal għall-prokreazzjoni tal-wild.
Il-kustodja konġunta
Il-persuna li mhix il-ġenitur legali li għandha l-kustodja tal-minuri flimkien mal-ġenitur propju għandha obbligu ta' manteniment lejn dak il-minuri. L-obbligu ta' manteniment jkompli sakemm il-minuri jagħlaq 21 sena meta tispiċċa l-kustodja konġunta minħabba li l-minuri jkun laħaq l-età maġġuri.
F’liema każijiet?
Ġeneralment, l-obbligu ta’ manteniment jeżisti biss jekk il-kreditur ta' manteniment ikun fil-bżonn. Persuna titqies li hija fil-b’onn jekk ma jkollhix biżżejjed introjtu biex tgħajjex lilha nfisha u ma jistax jiġi mistenni, safejn huwa raġonevoli, li tikseb il-mezzi għall-għajxien.
Eċċezzjoni
Eċċezzjoni għal din ir-regola hija fil-każ ta’ obbligi ta’ manteniment tal-ġenituri u tal-missierjiet bijoloġiċi lejn it-tfal tagħhom u lejn it-tfal adulti żgħar (sal-21 sena). F’dawn il-każijiet, l-obbligu ta' manteniment japplika anke jekk il-kreditur ma jkunx fil-bżonn.
F’każ ta' tfal li għadhom taħt it-18-il sena (tfal minuri), il-ġenituri jridu jħallsu l-ispejjeż għall-kura u t-trobbija. Dan jikkonċerna l-ispejjeż tal-ħajja u spejjeż oħra għat-trobbija tat-tfal, bħal l-edukazzjoni u l-attivitajiet ta’ rikreazzjoni. Il-ġenituri għandhom l-obbligu jipprovdu għall-ispejjeż tal-kura u tat-trobbija skont il-mezzi rispettivi tagħhom. L-obbligu japplika anke jekk it-tfal għandhom il-mezzi tagħhom stess u/jew introjtu.
Fil-każ ta’ tfal ta’ 18, 19 u 20 sena (“l-adulti żgħar”), il-ġenituri huma responsabbli għall-ħlas tal-ispejjeż tal-ħajja u tal-edukazzjoni. L-ispejjeż tal-ħajja u tal-edukazzjoni jfissru l-istess bħal l-ispejjeż għall-kura u t-trobbija waqt it-tfulija. Dan l-obbligu ta' manteniment huwa indipendenti mill-bżonnijiet tal-kreditur tal-manteniment.
L-obbligu ta’ manteniment estiż jeżisti wkoll għal din il-kategorija ta’ tfal anke jekk ikollhom l-introjtu tagħhom stess minn impjieg jew kapital, jew jekk ikunu miżżewwġin. Kull introjtu li jkollu t-tifel madankollu jiddetermina kemm vera għandu bżonn manteniment mill-ġenituri tiegħu.
F’każ ta’ tfal ta’ 21 sena u aktar, il-ġenituri għandhom l-obbligu tal-manteniment biss jekk it-tfal ikunu fil-bżonn u ma jistgħux jieħdu ħsieb tagħhom infushom. Pereżempju, jekk it-tfal ikunu mentalment jew fiżikament diżabbli.
L-ammont illi jrid iħallas id-debitur tal-manteniment jista’ jiġi stabbilit kemm mill-partijiet infushom u mniżżel fi ftehim jew inkella permezz ta’ deċiżjoni tal-qorti.
Fil-kuntest ta’ proċedimenti ta’ divorzju, il-qorti ta’ spiss tiġi mitluba tiddeċiedi dwar il-manteniment għal eks konjuġi jew għat-tfal.
Le: ir-rikors irid jiġi ppreżentat mill-avukat tal-kreditur tal-manteniment. Il-kredituri tal-manteniment ma jistgħux jippreżentaw rikors mingħajr avukat. Wild ta’ età minuri jiġi rappreżentat mir-rappreżentant legali tiegħu (normalment ġenitur).
Hawnhekk issir distinzjoni bejn il-ġuriżdizzjoni internazzjonali (il-qorti Netherlandiża għandha ġuriżdizzjoni?) u l-ġuriżdizzjoni interna (liema qorti Netherlandiża għandha ġuriżdizzjoni?)
Il-ġuriżdizzjoni internazzjonali fl-Unjoni Ewropea
F’dak li għandu x’jaqsam mal-ġuriżdizzjoni internazzjonali tal-qorti Netherlandiża konċernata, fil-kuntest tal-Unjoni Ewropea japplika l’hekk imsejjaħ Regolament ‘Brussell I’. Dan ir-Regolament fih regoli dwar il-ġuriżdizzjoni tal-qrati fir-rigward tat-talbiet ta’ manteniment.
Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament, debitur tal-manteniment (l-intimat) li jgħix fin-Netherlands jiġi msejjaħ biex jidher quddiem il-qorti Netherlandiża mill-kreditur tal-manteniment (ir-rikorrent).
Ir-Regolament ‘Brussell I’ fih ukoll regola alternattiva fir-rigward tal-obbligi ta’ manteniment. L-Artikolu 5(2) jispeċifika illi l-intimat li jgħix fit-territorju ta’ Stat Membru jista’ jiġi msejjaħ biex jidher fi Stat Membru ieħor:
Skont l-ewwel inċiż, kreditur tal-manteniment li jgħix fin-Netherlands jista’ jsejjaħ lid-debitur tal-manteniment li jgħix fi Franza, pereżempju, biex jidher quddiem il-qorti Netherlandiża, li għandha ġuriżdizzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 5(2). Il-qorti tal-post ta' residenza tar-rikorrent għandha ġuriżdizzjoni.
Barra minn hekk, fir-rigward ta’ obbligi ta’ manteniment fi ħdan l-Unjoni Ewropea, ir-Regolament tal-Kunsill Nru 4/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment ilu fis-seħħ mit-18 ta’ Ġunju 2011.
Ir-regoli dwar il-ġurisdizzjoni fir-Regolament dwar il-Manteniment huma ġeneralment l-istess bħal dawk fir-Regolament Brussell I. Skont ir-regola ġenerali, il-qorti tal-post ta’ residenza abitwali tal-intimat jew tal-kreditur tal-manteniment għandha ġuriżdizzjoni għall-każijiet dwar il-manteniment. Meta’ mqabbel mar-Regolament Brussell I, għall-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Manteniment mhemmx bżonn illi r-residenza abitwali tal-intimat tkun fit-territorju ta’ Stat Membru.
Il-ġuriżdizzjoni internazzjonali barra l-Unjoni Ewropea
F’dak li għandu x’jaqsam mal-ġuriżdizzjoni internazzjonali tal-qorti Netherlandiża barra l-Unjoni Ewropea, japplika dan li ġej. Jekk l-intimat (il-kreditur jew id-debitur) jgħix barra l-Unjoni Ewropea, allura ma japplikax ir-Regolament Brussell I u l-qorti Netherlandiża tieħu l-ġurisdizzjoni tagħha mill-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Wetboek van Burgerlijke rechtsvordering). Il-qorti Netherlandiża tad-divorzju mbagħad hija awtorizzata li tieħu miżuri provviżorji fir-rigward tad-divorzju jew dispożizzjonijiet anċillari bħal l-manteniment jew l-okkupazzjoni kontinwata tad-dar matrimonjali. Il-qorti Netherlandiża konsegwentament għandha ġuriżdizzjoni biex tiddeċiedi dwar rikors indipendenti għall-manteniment jekk ir-rikorrent jew waħda jew aktar mill-partijiet konċernati imniżżla fir-rikors jgħix/jgħixu fin-Netherlands jew, jekk il-każ ikun suffiċjentement marbuta mal-isfera legali tan-Netherlands, jekk ikunu għażlu l-qorti Netherlandiża jew jekk il-parti konċernata tidher matul il-kors tal-proċedimenti u ma tressaqx l-eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġuriżdizzjoni.
Ġuriżdizzjoni interna
F’dak li għandu x’jaqsam mal-ġuriżdizzjoni interna tal-qorti Netherlandiża, ir-regola rigward it-tip ta’ qorti (qorti tal-liġi, qorti tal-appell, il-Qorti Suprema tan-Netherlands) hija illi l-qorti għandha ġuriżdizzjoni f’kawżi ta’ manteniment. Liema qorti għandha ġuriżdizzjoni jiġi determinat mill-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili. Hija l-qorti tal-post ta’ residenza tar-rikorrent (wieħed mir-rikorrenti) jew waħda mil-partijiet konċernati mniżżla fir-rikors li għandha ġuriżdizzjoni jew, fin-nuqqas ta’ post ta’ residenza ta’ xi ħadd minn dawn il-partijiet, il-qorti tal-post tar-residenza attwali ta’ xi ħadd fosthom.
Talba biex jiġi stabbilt, jinbidel jew jiġi terminat il-manteniment trid tiġi preżentata minn avukat. L-avukat jirrapreżenta lill-parti rikjendenti matul is-seduta ta’ smigħ. L-ismijiet u l-indirizzi tal-avukati huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tas- soċjetà nazzjonali tal-liġi.
Hemm ukoll is-Soċjetà tal-Avukati tal-Familja u l-Medjaturi fid-Divorzju, fejn il-membri tagħha huma speċjalizzati fid-divorzju u l-manteniment, fost affarijiet oħra. Huma speċjalizzati wkoll fil-medjazzjoni għad-divorzju u dak kollu li jġib miegħu.
Trid titħallas kontribuzzjoni għall-ispejjeż involuti fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja. Din hija t-tariffa tar-reġistru tal-qorti. Bara minn hekk, ikun hemm ukoll it-tariffi tal-bailiff u tal-avukat.
Jekk il-litigant ma jistax iħallas l-ispejjeż (kollha) tal-avukat, huwa jista’, f’ċirkostanzi speċjali, jikkwalifika għall-għajnuna legali. Dan huwa magħruf bħala “każ ta’ għajnuna legali”. Il-gvern iħallas parti mill-ispejjeż u l-litigant iħallas “kontribuzzjoni personali”. Kemm tkun din il-”kontribuzzjoni personali” tiddependi mill-introjtu u l-mezzi finanzjarji tal-litigant. Il- Kunsill għall-Għajnuna Legali jipprovdi l-għajnuna legali. Il-litigant irid jippreżenta rikors għall-għajnuna legali lill-Kunsill fil-qasam ta’ ġuriżdizzjoni (il-ġuriżdizzjoni tal-qorti tal-appell) fejn ikun l-uffiċċju tal-avukat. Fil-prattika, ir-rikors ta’ spiss isir mill-avukat, jekk huwa jkun diġa’ ġie infurmat qabel ir-rikors għall-għajnuna legali.
Barra minn hekk, trid tiġi sottomessa wkoll “Dikjarazzjoni dwar l-Introjtu u l-Assi” (li tinkiseb mill-awtorità muniċipali tal-post ta’ residenza). Din id-dikjarazzjoni trid tintbagħat mar-rikors lill-Kunsill għall-Għajnuna Legali, li jinvestiga jekk il-litigant jikkwalifikax għall-għajnuna legali. Jekk jikkwalifika, tinħareġ prova ta’ intitolament għall-għajnuna legali. It-tariffa tar-reġistru tal-qorti wkoll tonqos għal dawn il-każijiet.
L-intitolament għall-għajnuna legali japplika wkoll f’każ ta’ tilwim transfruntier, jiġifieri jekk ir-rikorrent ma jgħix fin-Netherlands. Dan huwa previst fid-Direttiva dwar l-Għajnuna Legali Transfruntiera Ewropea. L-għajnuna legali tista’ tintalab, permezz tal-Artikoli 23A sa 23K tal-Att dwar l-Għajnuna Legali (Wet op de rechtsbijstand), permezz tal-Kunsill għall-Għajnuna Legali fl-Aja, bl-użu tal-formola standard li takkumpanja lid-Direttiva, li hija identika fl-Istati Membri kollha.
Jekk ikun meħtieġ, il-Kunsill għall-Għajnuna Legali jista’ jgħin fl-għażla ta’ avukat. L-indirizz tal-Kunsill huwa disponibbli fit-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija 14.2.
Fid-deċiżjoni tagħha, l-qorti tieħu in konsiderazzjoni l-bżonnijiet tal-persuna li qed titlob jew tirċievi l-manteniment u l-mezzi (riżorsi finanzjarji) tal-persuna li trid tħallas jew li qed tħallas il-manteniment. Il-bżonnijet u l-mezzi huma kunċetti relattivi. Il-qorti għandha ċerta libertà biex tiddeċiedi skont iċ-ċirkostanzi tal-każ individwali. Il-ġudikatura żviluppat linji gwida (l’hekk imsejjħa standards Trema) għalkemm dawn ma jorbtux lill-qorti.
L-introjtu u l-infiq li ġej għandu piż importanti fid-deċiżjoni tal-qorti:
L-indiċjar statutorju
Kull sena, il-Ministru għall-Ġustizzja jiffissa l-perċentwal li bih l-ammont ta’ manteniment mogħti mill-qorti jew kontribuzzjoni mogħtija bi ftehim jiżdied bil-liġi. Fil-kalkolu ta’ din iż-żieda perċentwali, il-Ministru jieħu in kunsiderazzjoni x-xejriet fis-salarju fil-komunità tan-negozju u l-gvern u x-xejriet fis-salarji f’setturi oħra. Din il-perċentwali tiġi ppubblikata fil-Staatscourant [il-Gazzetta tal-Gvern tan-Netherlands].
Hemm numru ta’ eċċezzjonijeit għal dan l-aġġustament awtomatiku tal-manteniment. Il-partijiet kif ukoll il-qorti jistgħu jiddeċiedu li jeskludu l-indiċjar statutorju jew jistabbilixxu metodu alternattiv għall-indiċjar.
Il-manteniment għall-eks konjuġi jitħallas direttament lill-kreditur tal-manteniment. Il-pagamenti tal-manteniment stabbilit mill-qorti għat-tfal jitħallas direttament lill-ġenitur (jew kuratur) li qed jieħu ħsiebhom.
Jekk l-obbligu tal-manteniment ġie deċiż minn sentenza tal-qorti u d-debitur tal-manteniment mhux qed iħallas il-manteniment tat-tfal jew tal-eks konjuġi/sieħeb, l-adempjenza tista’ tiġi eżegwita mill- Uffiċju Nazzjonali għall-Irkupru tal-Pagamenti tal-Manteniment (LBIO) f’Rotterdam. L-adempjenza tista’ ssir ukoll minn bailiff. Jekk ma jkunx hemm sentenza tal-qorti, il-każ irid jitressaq il-qorti. Irid jissejjaħ ukoll avukat għal dan il-għan.
F’każ ta’ sekwestru fuq il-benefiċċji u l-pagi, il-livell limitu għall-eżenzjoni mis-sekwestru jrid jiġi kkunsidrat. Il-preskrizzjoni għall-manteniment li jitħallas kull xahar hija ta’ ħames snin. Jekk ikun hemm sentenza tal-qorti fejn jiġu mniżżla l-arretrati tal-ħlas, jiġifieri jekk fil-fatt hemmx stabbilit ammont fiss, il-preskrizzjoni hija ta’ 20 sena. Sabiex talba ma tispiċċax preskritta, trid tiġi sospiża l-preskrizzjoni.
Fil-każ ta’ arretrati fil-pagamenti tal-manteniment tat-tfal u/jew tal-eks konjuġi/sieħeb, din l-awtorità hija l- Uffiċċju Nazzjonali għall-Irkupru tal-Pagamenti ta’ Manteniment (LBIO).
IL-LBIO jrid ikun awtorizzat għal dan il-għan mill-kreditur tal-manteniment. Il-LBIO jista’, jekk ikun meħtieġ, jipproċedi għall-irkupru permezz tal-eżekuzzjoni. Il-LBIO jista’, pereżempju, jissekwestra s-salarju, il-benefiċċji jew il-propjetà mobbli jew immobbli tad-debitur tal-manteniment.
Is-servizzi tal-LBIO huma mingħajr ħlas għall-kreditur tal-manteniment jekk iż-żewġ partijiet huma residenti fin-Netherlands. Kif tasal talba għall-irkupru, l-ewwel isir tentattiv biex jiġi evitat l-irkupru bl-ispejjez permezz ta’ medjazzjoni qasira u/jew spjegazzjoni. Dan ikun ta’ suċċess għal kważi tliet kwarti tal-każijiet. Madankollu, meta’ l-LBIO jieħu ħsieb l-irkupru, id-debitur tal-manteniment iħallas l-ispejjeż għall-irkupru tal-LBIO. L-LBIO iżomm ħlas addizzjonali għall-irkupru. Dan il-ħlas addizzjonali jammonta għal 15% tal-ammonti annwali dovuti u l-arretrati tal-manteniment. L-ispejjeż tal-manteniment wkoll jiġu mħallsa mid-debitur tal-manteniment.
Minkejja l-fatt illi l-LBIO huwa istituzzjoni tal-gvern, ma jsirux pagamenti ta’ manteniment bil-quddiem. Il-gvern jista’ jagħmel dan fil-każ ta’ manteniment tat-tfal jew għajnuna legali.
L-LBIO għandha wkoll dmirjiet fil-qasam tal-irkupru internazzjonali tal-manteniment. Dawn id-dmirijiet ġejjin minn regolamenti u konvenzjonijiet li tagħhom hija parti n-Netherlands.
In-Netherlands hija parti għall-Konvenzjoni tal-NU dwar l-irkupru internazzjonali tal-manteniment, New York, 20 ta’ Ġunju 1956. Din hija konvenzjoni bbażata fuq l-assistenza legali reċiproka, bl-għan illi jiġi ffaċilitat l-irkupru tal-manteniment f’każijiet internazzjonali. Għal dan il-għan, il-Konvenzjoni stabbilit sistema ta’ istituzzjoni riċeventi u trażmittenti, li jassistu lill-kreditur tal-manteniment fl-eżekuzzjoni ta’ talbiet għall-manteniment. L-LBIO hija l-istituzzjoni riċeventi u trażmittenti għan-Netherlands.
Kull min jgħix in-Netherlands u jsib ruħu f’diffikultà minħabba l-irkupru tal-manteniment mingħand debitur tal-manteniment li jgħix barra n-Netherlands (jiġifieri f’pajjiż li huwa parti għall-Konvenzjoni ta’ New York) jista’ jinvoka l-Konvenzjoni ta’ New York. Il-Konvenzjoni hija marbuta mal-manteniment tat-tfal kif ukoll mal-manteniment tal-konjuġi.
Mill-1 ta’ Awwissu 2004, il-Konvenzjoni tat-23 ta’ Novembru 2007 dwar l-Irkupru Internazzjonali tal-Manteniment għat-Tfal u Forom Oħra ta' Manteniment tal-Familja daħħlet fis-seħħ bejn l-Unjoni Ewropea (minbarra d-Danimarka) u Stati kontraenti oħra. Minbarra l-Istati Membri tal-UE, il-Konvenzjoni hija fis-seħħ ukoll fl-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, in-Norveġja u l-Ukrajna. Rigward ir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri tal-UE, jieħu preċedenza r-Regolament dwar il-Manteniment (ir-Regolament (KE) Nru 4/2009).
Il-Konvenzjoni tal-Aja dwar il-Manteniment tapplika għat-tfal taħt il-21 sena. Tista’ tiġi estiża biex tkopri l-membri tal-familja jekk iż-żewġ stati kontraenti involuti jadottaw dikjarazzjoni għal dan il-għan.
Sabiex wieħed jagħmel użu mis-servizzi tal-LBIO, trid tiġi sottomessa l-formola ta’ applikazzjoni "irkupru internazzjonali tal-manteniment’ Din il-formola tista’ titniżżel mis-sit elettroniku tal- LBIO.
L-attivitajiet immexxija mil-LBIO u l-istituzzjonijiet barranin infushom fil-kuntest tal-Konvenzjoni ta’ New York u t-Trattat mal-Istati Uniti fil-prinċipju huma mingħajr ħlas. Madankollu jistgħu jqumu spejjeż marbuta mal-proċedimenti legali barra l-pajjiż jew mal-irkupru tal-manteniment.
F’każ ta’ manteniment tat-tfal jew tal-konjuġi/sieħeb:
Landelijk Bureau Inning Onderhoudsbijdragen (LBIO)
Postbus 8901
3009 AX Rotterdam
F’każ ta’ għajnuna legali:
Postbus 450,
2501 CL The Hague
Numru tat-telefown: +31703701414
F’każ ta’ għajnuna legali għal każijiet transfruntiera:
Raad voor Rechtsbijstand
Regiokantoor Den Haag
attn. Jan Ouwehand
Laan van Meerdervoort 51B
2517 AE The Hague
Tel: 0031(0)88 787 1320
Posta elettronika: j.ouwehand@rvr.org
Il-LBIO jirkupra wkoll il-manteniment fuq talba tal-kredituri tal-manteniment li jgħixu barra l-pajjiż mingħand debituri tal-manteniment li jgħixu ġewwa n-Netherlands. Jekk il-kreditur tal-manteniment li qiegħed fi Stat Membru ieħor jixtieq jitlob għall-manteniment mingħand debitur tal-manteniment li jgħix in-Netherlands, huwa jista’ jinvoka s-sistema tal-Konvenzjoni. Huwa mbagħad irid jmur għand l-istituzzjoni trażmittenti f’pajjiżu stess, li mbagħad tikkuntattja lill-istituzzjoni riċeventi fin-Netherlands (l-LBIO). L-istituzzjoni riċeventi wara tieħu l-passi neċessarji biex tirkupra l-manteniment.
Għad-dettalji ta’ kuntatt, ara t-tweġiba għall-mistoqsija 14.2
Iva.
Mhux applikabbli.
Trid titħallas kontribuzzjoni għall-ispejjeż involuti fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja għall-proċedimenti l-qorti. Din hija t-tariffa tar-reġistru tal-qorti. Bara minn hekk, ikun hemm ukoll it-tariffi tal-bailiff u tal-avukat. Jekk il-litigant ma jistax iħallas l-ispejjeż (kollha) tal-avukat, huwa jista’, f’ċirkostanzi speċjali, jikkwalifika għall-għajnuna legali. Dan huwa magħruf bħala “każ ta’ għajnuna legali”. Il-gvern iħallas parti mill-ispejjeż u l-litigant iħallas “kontribuzzjoni personali”. Kemm tkun din il-”kontribuzzjoni personali” tiddependi mill-introjtu u l-mezzi finanzjarji tal-litigant.
Il-Kunsill għall-Għajnuna Legali jipprovdi l-għajnuna legali. Il-litigant irid jippreżenta rikors għall-għajnuna legali lill-Kunsill fil-qasam ta’ ġuriżdizzjoni (il-ġuriżdizzjoni tal-qorti tal-appell) fejn ikun l-uffiċċju tal-avukat. Fil-prattika, ir-rikors ta’ spiss isir mill-avukat, jekk huwa jkun diġa’ ġie infurmat qabel ir-rikors għall-għajnuna legali. Barra minn hekk, trid tiġi sottomessa wkoll “Dikjarazzjoni dwar l-Introjtu u l-Assi” (li tinkiseb mill-awtorità muniċipali tal-post ta’ residenza). Din id-dikjarazzjoni trid tintbagħat mar-rikors lill-Kunsill għall-Għajnuna Legali, li jinvestiga jekk il-litigant jikkwalifikax għall-għajnuna legali. Jekk jikkwalifika, tinħareġ prova ta’ intitolament għall-għajnuna legali. It-tariffa tar-reġistru tal-qorti wkoll tonqos għal dawn il-każijiet. L-intitolament għall-għajnuna legali japplika wkoll f’każ ta’ tilwim transfruntier, jiġifieri jekk ir-rikorrent ma jgħix in-Netherlands. Dan huwa previst fid-Direttiva Ewropea għall-Għajnuna Legali Transfruntiera. L-għajnuna legali tista’ tintalab, permezz tal-Artikoli 23A sa 23K tal-Att dwar l-Għajnuna Legali, permezz tal-Kunsill għall-Għajnuna Legali fl-Aja, bl-użu tal-formola standard li takkumpanja lid-Direttiva, li hija identika fl-Istati Membri kollha. Jekk ikun meħtieġ, il-Kunsill għall-Għajnuna Legali jista’ jgħin fl-għażla ta’ avukat.
Ma saru l-ebda emendi skont l-Artikolu 51 tar-Regolament.
Din il-paġna web hija parti minn L-Ewropa Tiegħek.
Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.