

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Skont l-Artikolu 128 tal-Kodiċi dwar il-Familja u t-Tutela, "obbligu ta' manteniment" huwa obbligu impost fuq il-qraba fil-linja diretta u fuq l-aħwa biex jipprovdu l-mezzi ta’ għajxien (inkluż ħwejjeġ, ikel, akkomodazzjoni, fjuwil għat-tisħin u mediċini) u, fejn meħtieġ, il-mezzi għat-trobbija (inkluż kura għall-iżvilupp fiżiku u mentali u l-aċċess għall-edukazzjoni u l-kultura).
Il-"manteniment huwa provvediment fi flus jew in natura. Fil-każ tat-tfal, huwa jkopri wkoll l-input personali fit-trobbija tagħhom u x-xogħol f'unità domestika skont obbligu ta' manteniment.
It-"talba għal manteniment" hija d-dritt ta' persuna biex titlob it-twettiq ta' obbligu ta' manteniment lejha mingħand persuna oħra.
Bħala regola ġenerali, obbligu ta' manteniment iseħħ minħabba diversi tipi ta' relazzjonijiet familjari.
Skont it-tip ta' relazzjoni familjari, il-liġi Pollakka tiddistingwi bejn it-tipi ta' obbligi ta' manteniment li ġejjin:
Il-ġenituri jridu jħallsu l-manteniment għat-tfal li għadhom ma jistgħux ifendu għal rashom. Peress illi t-tfal iridu jkomplu jistudjaw sakemm jagħlqu 18-il sena, normalment ikollhom dritt għall-manteniment sakemm jilħqu l-età maġġuri jew sakemm itemmu l-edukazzjoni tagħhom. Meta persuna intitolata għall-manteniment ma tkunx tista’ tipprovdi għaliha nnifisha (eż. minħabba mard jew diżabbiltà), l-intitolament jista’ jibqa’ validu għal perjodu indefinit.
Il-benefiċċji mill-fond tal-Istat għall-manteniment jitħallsu lil persuni intitolati li jirċevuhom sakemm jagħlqu 18-il sena. Dawn il-persuni huma intitolati għall-benefiċċji sakemm jagħlqu 25 sena jekk ikomplu l-istudji tagħhom fi skejjel jew f'istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla, u għal perjodu indefinit ta' żmien jekk jiġu ċċertifikati bħala serjament diżabbli. Benefiċċji mill-fond ta’ manteniment jistgħu jinkisbu bil-kondizzjoni li d-dħul tal-familja per capita ma jaqbiżx it-PLN 800 fix-xahar, u, mill-1 ta’ Lulju 2020, id-PLN 900 fix-xahar.
Iż-żewġ sitwazzjonijiet li ġejjin huma possibbli:
1. il-persuna li trid tħallas il-manteniment tissodisfa dan l-obbligu volontarjament,
2. il-partijiet jilħqu ftehim ekstraġudizzjarju dwar l-obbligu tal-manteniment,
3. jekk il-persuna li trid tħallas il-manteniment tonqos mill-obbligu tagħha, issir talba għall-manteniment quddiem il-qorti distrettwali (sąd rejonowy) li għandha ġuriżdizzjoni fil-post ta' residenza tal-persuna intitolata għall-manteniment (l-Artikolu 32 tal-Kodiċi dwar il-Proċedura Ċivili) jew tal-konvenut (l-Artikolu 27(1) tal-Kodiċi dwar il-Proċedura Ċivili), jew matul proċedimenti ta' divorzju jew separazzjoni legali quddiem il-qorti reġjonali (sąd okręgowy).
Ir-rikors huwa eżenti mit-tariffi tal-qorti. Madankollu, ir-rikors għandu jissodisfa r-rekwiżiti għal talba valida, jiġifieri jrid jinkludi l-isem tal-qorti li ġie ppreżentat quddiemha; l-ismijiet u l-kunjomijiet tal-partijiet, tar-rappreżentanti legali tagħhom u tal-avukati; it-tip ta' talba; deskrizzjoni ċara tat-talba; il-valur tat-talba; deskrizzjoni tal-fatti li jiġġustifikaw it-talba u fejn meħtieġ, il-ġuriżdizzjoni tal-qorti wkoll; il-firma tal-parti jew tar-rappreżentant jew avukat tagħha (il-prokura trid tiġi mehmuża); lista ta' annessi; il-postijiet ta' residenza jew l-uffiċċji reġistrati tal-partijiet, tar-rappreżentanti legali tagħhom u tal-avukati; u deskrizzjoni tat-talba. It-talbiet sussegwenti jrid ikollhom ir-referenza għall-atti tal-kawża. Iċ-ċertifikat tat-twelid tal-minuri li il-konvenut ikun msemmi fih bħala l-ġenitur tal-minuri għandu jinhemeż ukoll mal-petizzjoni, u jekk ikun meħtieġ, tista’ tiġi ppreżentata talba biex tiġi stabbilita l-filjazzjoni flimkien mat-talba għall-manteniment.
4. huwa possibbli wkoll li jintlaħaq ftehim quddiem nutar pubbliku, u f’dak każ il-Qorti Distrettwali toħroġ biss ordni li tagħti l-eżekuzzjoni tas-soluzzjoni. L-iffirmar ta’ ftehim ta’ soluzzjoni quddiem nutar pubbliku huwa suġġett għal tariffa, kif ukoll talba għall-ħruġ ta’ titolu eżekuttiv.
5. is-soluzzjoni tista’ tintlaħaq ukoll fil-qorti, u f’dak il-każ il-konvenut jista’ jiġi eżentat milli jħallas it-tariffa tal-qorti, jew jintalab iħallas biss nofsha.
Il-persuni li ġejjin jistgħu jressqu talba għall-manteniment f'isem il-persuna li għandha dritt tirċevih:
- aġent (minbarra avukat u konsulent legali, il-persuni li ġejjin jistgħu jkunu aġent: il-ġenituri, il-konjuġi, l-aħwa, il-qraba fil-linja axxendenti jew persuni marbuta bl-adozzjoni mal-persuna intitolata għall-manteniment, kif ukoll persuna li tieħu ħsieb il-propjetà tal-persuna intitolata għall-manteniment);
– rappreżentant ta' awtorità lokali tal-gvern li hija responsabbli għall-assistenza soċjali (skont l-Att tat-12 ta' Marzu 2004 dwar l-assistenza soċjali (il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2004, Nru 64, Partita 593), dawn ir-rappreżentanti huma: il-maniġer taċ-ċentru muniċipali tal-assistenza soċjali jew l-maniġer taċ-ċentru distrettwali ta' għajnuna għall-familji);
– l-Artikolu 61(1)(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili jistipula li l-organizzazzjonijiet mhux governattivi jistgħu, fi ħdan il-qafas tad-dmirijiet statutorji tagħhom, jiftħu proċeduri għall-manteniment bil-kunsens bil-miktub tal-persuna fiżika kkonċernata;
– prosekutur pubbliku minħabba l-istat tad-dritt u l-interess pubbliku.
Ir-rappreżentanti statutorji jaġixxu f'isem il-minuri intitolati għall-manteniment. Madankollu, meta jilħqu l-età maġġuri, huma jridu jirrappreżentaw lilhom infushom.
Jekk persuna f'koabitazzjoni jew xi konoxxenza tal-persuna intitolata għall-manteniment ma tkunx waħda mill-persuni mniżżla hawn fuq, hija ma tistax taġixxi f'isem il-persuna intitolata għall-manteniment.
Skont il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, il-qrati distrettwali għandhom ġuriżdizzjoni ratione materiae f'kawżi dwar il-manteniment. Il-ġuriżdizzjoni territorjali tiġi ddeterminata skont il-post ta' residenza tal-persuna intitolata għall-manteniment jew il-post ta' residenza tal-konvenut. Il-qrati b'ġuriżdizzjoni fuq muniċipalitajiet speċifiċi huma speċifikati fir-Regolament tal-Ministru għall-Ġustizzja tat-28 ta’ Diċembru 2018 dwar id-determinazzjoni tas-sede u l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-appell, il-qrati reġjonali u l-qrati distrettwali u l-ambitu tal-kompetenza tagħhom (Ġurnal tal-Liġijiet 2018, Partita 2548).
Il-qrati reġjonali għandhom ġuriżdizzjoni f'kawżi dwar ir-rikonoxximent ta' deċiżjonijiet tal-qrati tal-Istati Membri tal-UE fil-Polonja (l-Artikolu 115111 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili) jekk kienet ingħatat deċiżjoni qabel l-Istat li fiha ngħatat iffirma l-Protokoll tal-Aja tat-23 ta' Novembru 2007 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi ta’ Manteniment (ĠU L 331, 16.12.2009, p. 17), jiġifieri qabel it-18 ta’ Ġunju 2011.
Skont l-Artikolu 115314 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili emendat, fil-Polonja hemm it-titoli eżekuttivi li ġejjin:
1) sentenzi mogħtija mill-qrati tal-Istati Membri tal-UE u ftehimiet u dokumenti uffiċjali maħruġa minn dawk l-istati li jaqgħu taħt ir-Regolament Nru 1215/2012 jekk ikunu eżegwibbli;
2) sentenzi mogħtija mill-qrati tal-Istati Membri tal-UE, ftehimiet u dokumenti uffiċjali maħruġa minn dawk l-istati ċċertifikati bħala Ordni Ewropew ta' Infurzar;
3) l-Ordnijiet Ewropej ta’ Infurzar mogħtija mill-qrati tal-Istati Membri tal-UE li l-eżegwibbiltà tagħhom ġiet dikjarata f’dawk l-istati skont ir-Regolamenti Nru 1896/2006;
4) sentenzi mogħtija mill-qrati tal-Istati Membri tal-UE fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar u ċċertifikati f’dawk l-istati skont ir-Regolamenti Nru 861/2007;
5) deċiżjonijiet dwar il-kwistjonijiet ta’ manteniment mogħtija fl-Istati Membri tal-UE li ffirmaw il-Protokoll tal-Aja tat-23 ta’ Novembru 2007 dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi ta’ Manteniment (ĠU L 331, 16.12.2009, p. 17), kif ukoll ftehimiet u dokumenti uffiċjali dwar kwistjonijiet ta’ manteniment minn dawk l-istati li jaqgħu taħt ir-Regolament Nru 4/2009:
6) is-sentenzi mogħtija fl-Istati Membri tal-UE li jinkludu l-miżuri ta’ protezzjoni li jaqgħu taħt ir-Regolament Nru 606/2013 jekk ikunu eżegwibbli.
Ir-rappreżentazzjoni minn avukat mhix meħtieġa f'kawżi ta' manteniment. Il-partijiet jistgħu jaġixxu f'isimhom jew permezz ta' rappreżentanti professjonisti.
Ara l-punti 7 u 20 għal informazzjoni dettaljata dwar il-possibbiltà tal-ħatra ta' avukat ex officio biex jidher f'isem il-parti intitolata għall-manteniment.
Il-parti li qiegħda titlob il-manteniment u l-konvenut f'kawża dwar tnaqqis fl-ammont ta' manteniment huma eżenti mill-ispejjeż tal-qorti (l-Artikolu 96(1)(2) tal-Att tat-28 ta' Lulju 2005 dwar l-ispejjeż tal-qorti f'kawżi ċivili (Ġurnal tal-Liġijiet 2005, Nru 167, Partita 1398, kif emendat)). Dawn il-persuni huma eżenti għalkollox, li jfisser illi ma jġarrbux spejjeż tal-qorti, spejjeż fl-appell jew spejjeż ta' eżekuzzjoni.
Persuna obbligata tħallas il-manteniment tista’ wkoll titlob eżenzjoni mill-ispejjeż tal-qorti meta titlob bidla fl-ammont tal-konċessjoni. Dan jeħtieġ il-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni dwar l-assi u d-dħul. Id-deċiżjoni tittieħed mill-qorti wara li tkun eżaminat it-talba.
Barra minn hekk, il-parti li tgawdi mill-eżenzjoni mill-ispejjeż tal-qorti tista' tapplika għall-għajnuna legali fil-forma ta' avukat maħtur ex officio. Jekk it-talba għal avukat tiġi milqugħa, it-tariffi tal-avukat jiġu koperti mill-avversarju ta' dik il-parti. Jekk hija titlef il-kawża, it-tariffi tal-avukat jitħallsu mit-Teżor tal-Istat.
Id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Istati Membri f'dan ir-rigward huma regolati mill-Att tas-17 ta' Diċembru 2004 dwar id-dritt għall-għajnuna fi proċedimenti ċivili li qegħdin isiru fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u dwar id-dritt ta’ għajnuna bil-ħsieb għal riżoluzzjoni amikevoli ta’ tilwima qabel ma tinfetaħ kawża ċivili (Ġurnal tal-Liġijiet 2005, Nru 2005, Partita 10, kif emendat).
L-ammont tal-manteniment jiddependi mill-kapaċitajiet ta' qligħ u finanzjarji tal-persuna li trid tħallsu u mill-bżonnijiet raġonevoli tal-persuna intitolata għalih. Il-bżonnijiet raġonevoli tal-persuna intitolata għall-manteniment jinkludu kulma huwa bżonnjuż għall-għajxien tagħha, jiġifieri bżonnijiet kemm materjali u kemm mhux materjali (kulturali u spiritwali). Il-bżonnijiet tal-minuri jinkludu wkoll l-ispejjeż tat-trobbija. Fl-evalwazzjoni tal-kapaċitajiet finanzjarji u ta' qligħ tal-persuni li jridu jħallsu l-manteniment, mhuwiex l-introjtu li verament jaqilgħu li jiġi kkunsidrat iżda l-introjtu li jistgħu jaqilgħu jekk jagħmlu użu sħiħ mill-kapaċitajiet tagħhom. Dan ifisser illi anke persuna mingħajr xogħol li ma taqlax introjtu regolari tista' tiġi ordnata tħallas il-manteniment u l-pagamenti jiġu eżegwiti.
Meta jkun hemm bidla fiċ-ċirkostanzi, tista' tintalab bidla fid-deċiżjoni tal-qorti jew fil-ftehim dwar il-manteniment. Kull parti fl-arranġament ta' manteniment tista' titlob dan it-tibdil. Skont iċ-ċirkostanzi fattwali, parti tista' titlob it-tħassir tal-obbligu ta' manteniment, jew it-tnaqqis jew żieda fl-ammont ta' manteniment. L-ammont ta' manteniment jista' jinbidel jekk il-bżonnijiet raġonevoli tal-persuna intitolata għall-manteniment jew il-kapaċità ta' qligħ tal-persuna li trid tħallas il-manteniment żdiedu jew naqsu.
Fil-Polonja m'hemmx ammont ta' manteniment fiss u l-manteniment ma jiġix ikkalkulat bħala perċentwali tal-introjtu tal-persuna li trid tħallsu. Fl-2014, il-paga minima kienet ta’ PLN 1,680 (madwar EUR 400) gross. Fl-2013, il-paga minima kienet ta’ PLN 3,650 (madwar EUR 900) gross fix-xahar. Il-paga minima kienet ta’ PLN 1 750 gross fl-2015, PLN 1 850 gross fl-2016, u PLN 2250 gross fl-2019, u tammonta għal PLN 2 600 gross fl-2020. Fil-prattika, fil-maġġoranza tal-każijiet l-ammont ta' manteniment ordnat mill-qrati jvarja minn PLN 300 sa PLN 1 000 fix-xahar għal kull wild. L-ammont ta' manteniment mhux suġġett għal indiċjar awtomatiku skont l-età tal-wild jew il-livell ta' inflazzjoni.
Il-persuna msemmija bħala d-debitur f'ordni ta' eżekuzzjoni trid tħallas il-manteniment. Bħala regola ġenerali, il-manteniment mogħti fil-Polonja jitħallas fi zloty Pollakki lir-rappreżentant legali tal-minuri (fi flus jew bi trasferiment bankarju) kull xahar, normalment sal-10 jum ta' kull xahar. F’każ ta’ dewmien fil-ħlas, is-sentenzi jipprovdu għal imgħax statutorju (mid-29 ta’ Mejju 2020, l-imgħax ammonta għal 3.6% fis-sena) fuq l-ammont pendenti (ara l-informazzjoni dwar l-imgħax statutorju pprovdut mill-Polonja).
Għalhekk, bħala regola ġenerali, obbligu ta' manteniment jitwettaq esklussivament mill-persuna mitluba li tħallsu. Jekk dik il-persuna ma tħallsux volontarjament, il-persuna intitolata għall-manteniment tista' titlob lill-awtorità kompetenti ta' eżekuzzjoni biex jinbdew proċedimenti ta' eżekuzzjoni (normalment uffiċjal ġudizzjarju). L-eżekuzzjoni tista' ssir ukoll ex officio fuq talba tal-qorti tal-prim'istanza li tat id-deċiżjoni bl-ammont ta' manteniment. Il-persuna intitolata għall-manteniment tista' tinnotifika mandat ta' sekwestru fuq il-post tax-xogħol tad-debitur jew lill-istituzzjoni li tħallas il-pensjoni tad-debitur u titlob illi l-manteniment dovut jitnaqqas mill-ammonti pagabbli lid-debitur. Din it-talba hija vinkolanti fuq il-parti paganti.
Rikors biex jinfetħu l-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni kontra debitur tal-manteniment jista’ jiġi ppreżentat lil kwalunkwe uffiċjal ġudizzjarju tal-qorti. Madankollu, meta d-dejn jiġi eżegwit kontra l-proprjetà tad-debitur, il-kompetenza taqa’ f’idejn l-uffiċjal ġudizzjarju fir-reġjun fejn ikun jgħix id-debitur.
Jekk il-persuna li trid tħallas il-manteniment tonqos milli tagħmel dan volontarjament, tista' tiġi sfurzata tħallas (ara l-punt 9).
Barra minn hekk, fid-dawl tal-Artikolu 209 tal-Kodiċi Kriminali (Il-Ġurnal tal-Liġijiet 1997, Nru 88, partita 553), kwalunkwe persuna li tevadi l-osservanza ta’ obbligu ta’ manteniment stabbilit b’deċiżjoni tal-qorti, soluzzjoni milħuqa quddiem qorti jew awtorità oħra jew taħt ftehim ieħor, hija soġġetta għal multa, sentenza komunitarja jew sa sena priġunerija, jekk l-ammont totali tal-arretrati jkun ekwivalenti għal mill-inqas tliet pagamenti regolari ta’ manteniment jew jekk id-dewmien fil-ħlas ta’ manteniment mhux regolari jaqbeż it-tliet xhur. Jekk it-trażgressur jikkawża li persuna intitolata ma tkunx tista’ tissodisfa l-ħtiġijiet vitali bażiċi tagħha, it-trażgressur ikun soġġett għal multa, sentenza komunitarja jew sa sentejn priġunerija.
Ir-reat jitressaq il-qorti fuq talba tal-vittma, istituzzjoni soċjali jew korp li jmexxi kontra debitur ta’ manteniment. Jekk il-vittma tkun ingħatat benefiċċji jew gratifiki tal-familja xierqa li jitħallsu f’każ ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ħlas tal-manteniment, il-prosekuzzjoni ssir ex officio.
L-Artikolu 5(3b)(2) tal-Att tas-7 ta' Settembru 2007 dwar l-għajnuna għal persuni intitolati għall-manteniment (Ġurnal tal-Liġijiet 2007, Nru 192, Partita 1378) jipprovdi illi l-awtorità kompetenti tista' tappella għas-sospensjoni tal-liċenzja tas-sewqan tad-debitur.
Jekk l-eżekuzzjoni ma tirnexxix, l-uffiċjal ġudizzjarju jista' jitlob illi d-debitur jitniżżel fir-reġistru għad-debituri insolventi.
Skont l-Artikolu 1083(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, il-pagamenti pendenti ta' manteniment jistgħu jiġu koperti kollha permezz tas-sekwestru ta' kont bankarju.
Skont l-Artikolu 833(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, ir-rimunerazzjoni għax-xogħol hija suġġetta għal sekwestru sa fejn jispeċifika l-Kodiċi dwar ix-Xogħol. Bħala regola ġenerali, jista' jiġi ssekwestrat 60% tas-salarju. Tlieta minn kull ħamsa tal-ammonti mogħtija mit-Teżor tal-Istat għal għanijiet speċjali, speċjalment għotjiet u għajnuna, jistgħu jiġu ssekwestrati wkoll (l-Artikolu 831(1)(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).
Barra minn hekk, skont l-Artikolu 829 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, dawn li ġejjin mhumiex suġġetti għas-sekwestru:
1) oġġetti tad-dar, tas-sodod, bjankerija intima u ħwejjeġ ta' kuljum li huma essenzjali għad-debitur u l-membri dipendenti tal-familja tiegħu, kif ukoll il-ħwejjeġ li għandu bżonn biex jagħti servizz jew għal xogħol professjonali;
2) l-ikel u stokks tal-fjuwil li għandu bżonn id-debitur u l-membri dipendenti tal-familja tiegħu għal xahar;
3) baqra jew żewġ mogħżiet jew tliet nagħġiet meħtieġa għall-għajxien tad-debitur u l-membri dipendenti tal-familja tiegħu, flimkien mal-istokks tal-għalf u l-mifrex sal-ħsad li jmiss;
4) għodda u oġġetti oħra li huma verament meħtieġa għad-debitur biex ikun jista’ jwettaq impjieg bi ħlas u materjali primi meħtieġa għall-produzzjoni għal ġimgħa, eskluż il-vetturi;
5) fil-każ ta’ debituri b’impjieg perjodiku permanenti, ammont ta’ flus li jikkorrispondi għal porzjon tal-paga li mhux soġġett għall-eżekuzzjoni għall-perjodu tad-data ta’ ħlas dovut li jmiss, u fil-każ ta’ debituri mingħajr paga regolari – ammont ta’ flus strettament neċessarju għall-għajxien tad-debitur u tal-membri dipendenti tal-familja tiegħu għal ġimagħtejn;
6) oġġetti meħtieġa għal finijiet edukattivi, dokumenti personali, dekorazzjonijiet u oġġetti użati għal prattiki reliġjużi, kif ukoll oġġetti ta’ kuljum li jistgħu jinbiegħu biss bi prezz ħafna inqas tal-valur oriġinali tagħhom, iżda b’livell għoli ta’ valur ta’ utilità għad-debitur;
8) prodotti mediċinali fi ħdan it-tifsira tal-Att Farmaċewtiku tas-6 ta’ Settembru 2001 (il-Ġurnal tal-Liġijiet 2019, partita 499, kif emendat) li meħtieġa strettament għall-funzjonament tal-istituzzjoni tal-kura tas-saħħa fi ħdan it-tifsira tad-dispożizzjonijiet legali dwar il-kura tas-saħħa għal perjodu ta’ tliet xhur u prodotti mediċinali meħtieġa strettament għall-funzjonament tiegħu fi ħdan it-tifsira tal-Att dwar il-Prodotti Mediċinali tal-20 ta’ Mejju 2010 (Ġurnal tal-Liġijiet, Nru 107, partita 679 u l-Ġurnal tal-Liġijiet tal-2011, Nru 102, partita 586 u Nru 113, partita 637);
9) artikoli strettament meħtieġa minħabba d-diżabilità tad-debitur jew ta’ membri tal-familja tiegħu.
Skont l-Artikolu 833(6) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, lanqas il-benefiċċji tal-manteniment, il-kumpens pagabbli f’każ ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ħlas tal-manteniment, il-benefiċċji tal-familja, il-gratifiki tal-familja tal-kura jew tat-twelid ta’ tarbija, il-benefiċċji għal orfni, il-benefiċċji għal min jieħu ħsiebhom, il-benefiċċji soċjali, il-benefiċċji għall-integrazzjoni, il-benefiċċji għat-trobbija jew il-benefiċċju ta’ darba msemmi fl-Artikolu 10 tal-Att tal-4 ta’ Novembru 2016 dwar appoġġ għal nisa tqal u l-familji tagħhom “Għal ħajjithom” (Il-Ġurnal tal-Liġijiet 2019, partita 473) ma huma soġġetti għall-eżekuzzjoni.
Il-Ministru għall-Ġustizzja b’konsultazzjoni mal-Ministru tal-Agrikoltura u l-Ministru tal-Finanzi jispeċifika, permezz ta’ ordinanza, liema oġġetti tal-bidwi ma jistgħux ikunu soġġetti għal eżekuzzjoni. (L-Artikolu 830).
Barra minn hekk, l-Artikolu 831 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jipprovdi li, b'mod partikolari, il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali fi ħdan it-tifsira tal-Att tat-12 ta' Marzu 2004 dwar l-għajnuna soċjali (Ġurnal tal-Liġijiet 2013, Partita 182, kif emendat) u r-riċevibbli dovuti lid-debitur mill-baġit tal-Istat jew mill-Fond Nazzjonali għas-Saħħa (Narodowy Fundusz Zdrowia) għall-provvista ta' benefiċċji tas-saħħa fi ħdan it-tifsira tal-Att tas-27 ta' Awwissu 2004 dwar il-benefiċċji tas-saħħa mill-fondi pubbliċi (Ġurnal tal-Liġijiet tal-2008, Nru 164, Partita 1027, kif emendat) qabel ma jingħataw dawn il-benefiċċji, sa massimu ta' 75% ta' kull pagament, mhumiex suġġetti għas-sekwestru, sakemm dawn mhux riċevibbli tal-impjegati jew fornituri tas-servizzi tad-debitur imsemmija fl-Artikolu 5(41)(a) u (b) tal-Att dwar il-Benefiċċji tal-Kura Tas-Saħħa Iffinanzjati mill-Fondi Pubbliċi tas-27 ta’ Awwissu 2004.
L-Artikolu 137(1) tal-Kodiċi dwar il-Familja u t-Tutela jipprovdi illi t-talbiet għall-manteniment huma suġġetti għal preskrizzjoni ta' tliet snin.
L-Artikolu 121(1) tal-Kodiċi Ċivili jipprovdi illi l-preskrizzjoni ma tibdiex tgħodd u, jekk tkun bdiet tgħodd, tiġi sospiża fir-rigward tal-pretensjonijiet tat-tfal kontra l-ġenituri tagħhom matul id-durata tas-setgħa tal-ġenituri.
Jekk id-debitur jistaqsi dwar il-validità tal-obbligu ta' manteniment għal wild adult, l-uffiċjal ġudizzjarju jista' jitlob lill-kreditur jipprovdi ċertifikat li jikkonferma illi huwa għadu għaddej bl-istudji tiegħu, ma għandux introjtu jew qiegħed jirċievi kura medika u, għalhekk, għad għandu bżonn l-għajnuna finanzjarja tad-debitur.
Kif imsemmi fil-punt 4, talba għal manteniment tista' titressaq f'isem il-persuna intitolata, fost l-oħrajn, mill-maniġers taċ-ċentri ta' assistenza soċjali, minn ċerti organizzazzjonijiet soċjali, mir-rappreżentanti tal-awtoritajiet tal-gvern lokali responsabbli għall-assistenza soċjali u, f'ċerti każijiet ukoll, mill-prosekuturi pubbliċi. Dawn l-entitajiet jistgħu jgħinu lill-konvenut ukoll billi jipparteċipaw fi proċedimenti ta' manteniment li jkunu diġà nbdew. Ir-rwol tagħhom huwa li jgħinu lill-persuna intitolata għall-manteniment fi proċedimenti l-qorti.
Il-qrati reġjonali jgħinu lill-persuni intitolati jitolbu l-kreditu ta' manteniment barra mill-pajjiż.
Persuni li joqogħdu barra mill-pajjiż li jixtiequ jitolbu l-kreditu ta’ manteniment minn debitur li jirrisjedi l-Polonja jistgħu jirċievu assistenza mill-awtoritajiet ċentrali kompetenti: https://www.gov.pl/web/stopuprowadzeniomdzieci/lista-organow-centralnych
Informazzjoni dwar kif tikseb għajnuna legali bla ħlas tinsab ukoll fis-sit https://darmowapomocprawna.ms.gov.pl/pl/
L-Att tas-7 ta' Settembru 2007 dwar l-għajnuna lil persuni intitolati għall-manteniment (Ġurnal tal-Liġijiet 2009, Nru 1, Partita 7, kif emendat) jistabbilixxi r-regoli għall-għajnuna mill-Istat għal persuni intitolati għall-manteniment f'każijiet fejn l-eżekuzzjoni ma rnexxietx.
Benefiċċji mill-fond ta’ manteniment jistgħu jinkisbu biss jekk id-dħul tal-familja per capita ma jaqbiżx it-PLN 800 fix-xahar, u, mill-1 ta’ Lulju 2020, id-PLN 900 fix-xahar.
Mill-1 ta’ Lulju 2020, bdiet tapplika wkoll ir-regola ta’ “zloty għal kull zloty” – jekk id-dħul tal-familja per capita jaqbeż l-ammont imsemmi hawn fuq ta’ PLN 900, l-appoġġ jitnaqqas u jkun dovut għall-ammont li jirrappreżenta d-differenza bejn l-ammont tal-benefiċċju mill-fond ta’ manteniment dovut lill-persuna intitolata u l-ammont li bih l-introjtu tal-familja per capita jinqabeż (l-Artikolu 9(2a)). Madankollu, jekk il-benefiċċju kkalkulat b’dan il-mod ikun inqas minn PLN 100, tinħareġ deċiżjoni ta’ rifjut u l-benefiċċju ma jitħallasx (l-Artikolu 9(2b)).
Issir talba fl-uffiċċju muniċipali jew tal-belt li jkollu l-ġuriżdizzjoni fuq il-post tar-residenza tal-persuna intitolata għall-manteniment. L-iżborż tal-benefiċċji mill-fond jista’ jiġi ddelegat ukoll lil unità organizzattiva tal-muniċipalità, eż. lil ċentru tal-assistenza soċjali.
Jekk madankollu, il-persuna intitolata għal ħlas bil-quddiem tal-manteniment tkun tgħix f'istituzzjoni li tipprovdi kollox (pereżempju ċentru għall-assistenza soċjali, faċilità ta' kura edukattiva, ċentru ta' detenzjoni taż-żgħażagħ jew ċentru ta' kustodja provviżorja) jew ma' familja tal-fostering, tkun iżżewġet jew kellha t-tfal u jkollha dritt għal benefiċċju tal-familja, il-ħlas bil-quddiem ma jingħatax lil dik il-persuna.
L-Att japplika biss jekk il-persuna intitolata għall-manteniment tkun residenti l-Polonja matul il-perjodu ta’ meta jkun dovut il-ħlas bil-quddiem.
Għal aktar informazzjoni ara https://www.gov.pl/web/rodzina/wiadczenia-z-funduszu-alimentacyjnego
Jekk id-debitur ikollu r-residenza tiegħu barra l-pajjiż u l-persuna li għandha dritt għall-manteniment tgħix il-Polonja, il-qorti reġjonali li għandha ġuriżdizzjoni fuq il-post ta’ residenza tal-persuna intitolata tgħinha tippreżenta talba għall-manutenzjoni. L-għajnuna tinvolvi l-għoti ta’ kull informazzjoni u għajnuna meħtieġa lill-persuna intitolata sabiex tkun tista’ timla d-dokumenti meħtieġa u l-verifika li t-talba tkun formalment korretta.
Iva
Il-Parti A ta' talba sottomessa skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment timtela mill-qorti reġjonali.
Lista tal-qrati reġjonali li jissodisfaw il-funzjoni ta’ awtorità ċentrali
Qorti |
Indirizz |
Telefown: (+48) |
Faks: (+48) |
Posta elettronika |
Qorti Reġjonali f'Białystok |
ul. Marii Skłodowskiej-Curie 1 15-950 Białystok |
85 7421517 |
85 7421517 |
|
Qorti Reġjonali f'Bielsko-Biała |
ul. Cieszyńska 10 43-300 Bielsko-Biała |
33 4990424 33 4990488 |
33 4990488 |
|
Qorti Reġjonali f'Bydgoszcz |
ul. Wały Jagiellońskie 2 85-128 Bydgoszcz |
52 3253155 |
52 3253255 |
|
Qorti Reġjonali f'Częstochowa |
ul. Dąbrowskiego 23/35 42-200 Częstochowa |
34 3684425 |
34 3684420 |
|
Qorti Reġjonali f'Elbląg |
pl. Konstytucji 1 82-300 Elbląg |
55 6112409 55 6112408 |
55 6112215 |
|
Qorti Reġjonali fi Gdańsk |
ul. Nowe Ogrody 30/34 80-803 Gdańsk |
58 3213119 [manteniment] 58 3213141 [il-Kap tal-Uffiċċju Amministrattiv] |
58 3213234 |
|
Qorti Reġjonali fi Gliwice |
ul. Kościuszki 15 44-100 Gliwice |
32 3380052 |
32 3380102 |
|
Qorti Reġjonali f'Gorzów Wielkopolski |
ul. Mieszka I 33 66-400 Gorzów Wielkopolski |
95 7256718 95 7256702 |
95 7202807 95 7256790 |
|
Qorti Reġjonali f'Jelenia Góra |
al. Wojska Polskiego 56 58-500 Jelenia Góra |
75 6415113 |
75 6415113 |
|
Qorti Reġjonali f'Kalisz |
al. Wolności 13 62-800 Kalisz |
62 7657764 |
62 7574936 |
|
Qorti Reġjonali f'Katowice |
ul. Francuska 38 40-028 Katowice |
32 6070183 32 7836806 |
32 6070184 |
|
Qorti Reġjonali f'Kielce |
ul. Seminaryjska 12 a 25-372 Kielce |
41 3402320 |
41 3402320 |
|
Qorti Reġjonali f'Konin |
ul. Energetyka 5 62-510 Konin |
63 2451443 63 2423022 +172 |
63 2426569 |
|
Qorti Reġjonali f'Koszalin |
ul. Waryńskiego 7 75-541 Koszalin |
94 3428750 |
94 3428897 |
|
Qorti Reġjonali fi Krakovja |
ul. Przy Rondzie 7 31-547 Kraków |
12 6195241 12 6195262 12 6195204 |
12 6195665 |
|
Qorti Reġjonali fi Krosno |
ul. Sienkiewicza 12 38-400 Krosno |
13 4373671 13 4373673 |
13 4320570 |
|
Qorti Reġjonali f'Legnica |
ul. Złotoryjska 40 59-220 Legnica |
76 7545036 |
76 7545107 76 7545012 |
|
Qorti Reġjonali f'Lublin |
ul. Krakowskie Przedmieście 43 20-076 Lublin |
81 4601004 |
81 4601013 |
|
Qorti Reġjonali f'Łomża |
ul. Dworna 16 18-400 Łomża |
86 2166281 862154254 |
86 2166753 |
|
Qorti Reġjonali f'Łódź |
XI Wydział Wizytacyjny (il-11-il Dipartiment tal-Ispezzjoni) Plac Dąbrowskiego 5 90-921 Łódź (kamra 118) |
42 6778799 |
42 2126082 |
|
Qorti Reġjonali f'Nowy Sącz |
ul. Pijarska 3 33-300 Nowy Sącz |
18 4482145 |
18 4482185 |
|
Il-Qorti Reġjonali f’Olsztyn |
ul. Dąbrowszczaków 44A 10-543 Olsztyn |
89 5216049 |
89 6123838 |
|
Qorti Reġjonali f'Opole |
pl. Daszyńskiego 1 45-064 Opole |
77 5418134 |
77 5418109 |
|
Qorti Reġjonali f'Ostrołęka |
ul. Gomulickiego 5 07-410 Ostrołęka |
29 7650130 |
29 7650181 |
|
Qorti Reġjonali f'Piotrków Trybunalski |
ul. Słowackiego 5 97-300 Piotrków Trybunalski |
44 6494121 44 6494159 |
44 6478919 |
administracja@piotrkow-tryb.so.gov.pl [l-iktar importanti] |
Qorti Reġjonali fi Płock |
pl. Narutowicza 4 09-404 Płock |
24 2697320 24 2697364 |
24 2625253 |
|
Qorti Reġjonali f'Poznań |
ul. Stanisława Hejmowskiego 2 61-736 Poznań |
61 6283730 61 6283731 61 6283734 |
61 6283739 |
|
Il-Qorti Reġjonali f’Przemyśl |
ul. Konarskiego 6 37-700 Przemyśl |
16 6761336 |
16 6761353 |
|
Qorti Reġjonali f’Radom |
ul. Marszałka J. Piłsudskiego 10 26-600 Radom |
48 6776780 48 6776788 |
48 3680287 |
|
Il-Qorti Reġjonali f’Rybnik |
ul. Józefa Piłsudskiego 33 44-200 Rybnik |
32 7840578 |
32 7840402 |
|
Qorti Reġjonali f’Rzeszów |
Plac Śreniawitów 3 35-959 Rzeszów |
17 8756394 |
17 8627265 |
|
Qorti Reġjonali f’Siedlce |
ul. Sądowa 2 08-110 Siedlce |
25 6407846 |
25 6407812 |
|
Qorti Reġjonali f’Sieradz |
al. Zwycięstwa 1 98-200 Sieradz |
43 8266650 43 8266607 |
43 8271014 |
|
Qorti Reġjonali f’Słupsk |
ul. Zamenhofa 7 76-200 Słupsk |
59 8469543 59 8469513 |
59 8469424 59 8469429 |
|
Qorti Reġjonali f’Suwałki |
ul. Waryńskiego 45 16-400 Suwałki |
87 5631213 87 5631300 |
87 5631303 |
|
Qorti Reġjonali f’Szczecin |
ul. Małopolska 17 70-227 Szczecin |
91 4830170 |
91 4830170 |
amazur@szczecin.so.gov.pl [sprawy alimentacyjne – kawżi ta’ manteniment] |
Qorti Reġjonali f’Świdnica |
pl. Grunwaldzki 14 58-100 Świdnica |
74 8518 287 |
74 8518270 |
|
Qorti Reġjonali f’Tarnobrzeg |
ul. Sienkiewicza 27 39-400 Tarnobrzeg |
15 688 2500 |
15 6882678 15 8229756 |
|
Qorti Reġjonali f’Tarnów |
ul. J. Dąbrowskiego 27 33-100 Tarnów |
14 6887409 |
14 6887417 |
|
Qorti Reġjonali f’Toruń, |
ul. Piekary 51 87-100 Toruń |
56 6105609 |
56 6555706 |
|
Qorti Reġjonali f’Varsavja |
al. „Solidarności” 127 00-898 Warszawa |
22 440 11 54 [manteniment] 22 6544443 |
22 6544411 |
m.karcz@warszawa.gov.pl [sa Settembru 2020] |
Qorti Reġjonali Għal Varsavaja-Praga ġewwa Varsavja |
ul. Poligonowa 3 04-051 Warszawa |
22 4177393 |
||
Qorti Reġjonali f’Włocławek |
ul. Wojska Polskiego 22 87-800 Włocławek |
54 4120365 |
54 4118575 |
|
Qorti Reġjonali fi Wrocław |
ul. Sądowa 1 50-950 Wrocław |
71 3704391 |
71 7482964 |
|
Qorti Reġjonali f’Zamość |
ul. Wyszyńskiego 11 22-400 Zamość |
84 6316927 84 6316928 |
84 6316993 |
|
Qorti Reġjonali f’Zielona Góra |
pl. Słowiański 1 65-069 Zielona Góra |
68 3220221 |
68 4567769 |
e.branicka@zielona-gora.so.gov.pl |
L-Artikolu 55 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment ma jeħtieġx illi t-talbiet isiru permezz ta’ awtorità ċentrali tal-Istat fejn jgħixu l-applikanti. It-talbiet jistgħu jintbagħtu direttament lill-qorti Pollakka kompetenti li hu konformi mar-rekwiżiti formali stabbiliti fil-Kapitoli IV u VI tar-Regolament u fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.
Id-dettalji tal-awtoritajiet trażmittenti jinsabu fl-indirizz:
https://www.gov.pl/web/stopuprowadzeniomdzieci/lista-organow-centralnych
L-awtoritajiet trażmittenti tal-pajjiżi barranin speċifikati fid-dikjarazzjonijiet mehmuża mar-Regolament jipprovdu lill-persuna intitolata għall-manteniment bl-informazzjoni neċessarja kollha, jgħinuha tlesti d-dokumenti meħtieġa, jivverifikaw il-korrettezza formali tat-talba ta' dik il-persuna u jibagħtuha barra l-pajjiż.
Jekk il-qorti tordna l-manteniment u l-kawża taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 4/2009, kreditur li jgħix barra jista' juża l-proċedura prevista minn dan ir-Regolament u jmur għand l-awtorità trażmittenti kompetenti fil-pajjiż fejn jgħix jew jissottometti rikors għad-dikjarazzjoni ta' eżekuzzjoni ta' deċiżjoni barranija quddiem il-qorti kompetenti (ara l-punt 5). Ir-rikorsi għall-eżekuzzjoni jiġu ppreżentati lill-uffiċċju ta' kwalunkwe uffiċjal ġudizzjarju tal-qorti.
Jekk il-Polonja u l-pajjiż li l-kreditur jirrisjedi fih ikunu partijiet f'konvenzjoni jew ftehim bilaterali dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet f'kawżi ta' manteniment, din l-għajnuna tingħata sa fejn jispeċifika l-ftehim. Bħala regola, il-ftehimiet bilaterali jipprevedu li t-talbiet għandhom jiġu ppreżentati lill-qorti Pollakka direttament jew permezz ta’ qorti tal-pajjiż fejn tkun ingħatat is-sentenza. Fil-każ tal-aħħar, it-talbiet jintbagħtu permezz tal-awtoritajiet ċentrali, tipikament permezz tal-Ministeru għall-Ġustizzja jew l-awtoritajiet innotifikati għall-ħtiġijiet tal-Konvenzjoni ta’ New York:
http://treaties.un.org/doc/Publication/MTDSG/Volume%20II/Chapter%20XX/XX-1.en.pdf
Id-dettalji tal-qrati jinsabu fl-indirizz
https://www.gov.pl/web/sprawiedliwosc/znajdz-wybrany-sad-powszechny
filwaqt li d-dettalji tal-uffiċjali ġudizzjarji fl-indirizz: http://komornik.pl/
Iva, ilha marbuta bil-Protokoll mit-18 ta’ Ġunju 2011.
Mhux applikabbli.
Ir-regoli applikabbli fil-Polonja jinkludu l-Att tas-17 ta' Diċembru 2004 dwar id-dritt għall-assistenza fi proċedimenti ċivili mmexxija fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Ġurnal tal-Liġijiet 2005, Nru 10, Partita 67, kif emendat) u d-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE tas-27 ta' Jannar 2003 biex ittejjeb l-aċċess għal ġustizzja f’tilwimiet bejn il-konfini billi tistabbilixxi regoli komuni minimi konnessi ma’ għajnuna legali għal tilwimiet bħal dawn (ĠU L 26/41, 31.1.2003, p. 90), li huma ta' suppliment għad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili u l-Att dwar l-ispejjeż tal-qorti f'kawżi ċivili. Il-parti li tixtieq tikseb formola speċifika għall-għajnuna (pereżempju l-ħatra ta’ avukat, it-traduzzjoni tad-dokumenti, ir-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar) jenħtieġ li tinforma b’mod ċar lill-qorti bil-formola ta’ applikazzjoni tal-UE https://e-justice.europa.eu/content_legal_aid_forms-157-en.do?clang=mt
Fit-28 ta’ April 2011, il-leġiżlatur Pollakk adotta l-Att li jemenda l-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili u ċerti atti oħrajn (l-Att tat-28 ta’ April 2011 li jemenda l-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, l-Att dwar id-dritt ta’ għajnuna fi proċedimenti ċivili mmexxija fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u dwar id-dritt ta’ għajnuna sabiex ikun hemm riżoluzzjoni amikevoli ta’ tilwima qabel jinfetħu proċedimenti ċivili u l-Att dwar l-għajnuna għall-persuni li għandhom dritt għall-manteniment - il-Ġurnal tal-Liġijiet 2011, Nru 129, partita 735) li permezz tiegħu l-awtorità ċentrali Pollakka tista’ tordna lill-awtorità li għandha ġuriżdizzjoni fuq id-debitur biex tmexxi inkjesta dwar il-manteniment.
Jekk il-post ta’ residenza tal-konvenut jew tal-parteċipant ma jkunx magħruf, il-Ministeru tal-Ġustizzja jibgħat mistoqsijiet lir-reġistri u r-rekords ċentrali u lokali (inkluża l-possibbiltà li tintuża l-bażi tad-data PESEL) sabiex tiġi ddeterminata l-qorti jew l-uffiċjal ġudizzjarju kompetenti, jew biex tingħata risposta għal talba għal miżuri speċifiċi. Bħalissa mhi ppjanata l-ebda bidla għall-bażijiet statutorji, għall-finanzjament u t-tim tal-Awtorità Ċentrali sabiex jiġi żgurat li l-kompiti deskritti fl-Artikolu 51 jitlestew.
Din il-paġna web hija parti minn L-Ewropa Tiegħek.
Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.