

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Il-“manteniment” huwa mifhum bħala dak kollu li huwa essenzjali għall-għajxien, l-akkomodazzjoni u l-ilbies ta’ persuna. Il-manteniment jinkludi wkoll l-edukazzjoni u l-istruzzjoni ta’ persuna jekk hija taħt l-età.
Skont il-liġi, dawn li ġejjin għandhom iħallsu l-manteniment fl-ordni indikat:
Minbarra l-każijiet li semmejna fejn l-obbligu tal-manteniment huwa determinat mil-liġi, l-obbligi ta’ manteniment jistgħu jirriżultaw ukoll minn dispożizzjoni testamentarja (dispożizzjoni dwar il-manteniment f’testment) jew f’kuntratt.
Minuri jista’ jgawdi mill-mantneiment sakemm isir adult, jiġifieri meta jagħlaq 18-il sena. Bejn l-etajiet ta’ 16 u 18-ilsena, it-tfal jistgħu jiġu emaniċipati biż-żwieġ.
Hemm differenzi bejn ir-regoli tal-liġi sustantiva li tapplika għall-manteniment tat-tfal u tal-adulti: Il-manteniment għall-adulti jkopri biss l-ispejjeż għall-għajxien, l-abitazzjoni u l-ilbies filwaqt li l-manteniment tat-tfal ikopri l-ispejjeż tat-taħriġ u l-edukazzjoni minbarra dawk l-ispejjeż.
Jekk, wara li minuri jkun sar adult jew ġie emanċipat, jiddeċiedi li jkompli bl-edukazzjoni jew taħriġ tiegħu, huwa jista’ jiftaħ kawża għall-manteniment kontra l-ġenituri tiegħu. F’dan il-każ, il-manteniment ikopri l-ispejjeż tal-edukazzjoni u t-taħriġ, minbarra l-għajxien, l-abitazzjoni u l-ilbies. Id-durata ta’ dawn il-pagamenti jiġi determinat permezz ta’ ftehim jew deċiżjoni. Din id-deċiżjoni tistabbilixxi d-durata xierqa għal perjodi raġonevoli ta’ taħriġ jew edukazzjoni.
Fis-sitwazzjoni eċċezzjonali deskritta hawn fuq, li fiha wild adult ikompli t-taħriġ tiegħu, il-manteniment tal-adult jinkludi l-ispejjeż tat-taħriġ u tal-edukazzjoni. B’mod partikolari, il-liġi tassumi li meta jintalab il-manteniment għal wild adult, sakemm huwa jagħlaq 25 sena, jibqa’ għaddej il-manteniment li ġie stabbilit meta kien minuri. F’dan il-każ, l-obbligu jaqa’ fuq il-ġenitur li ġie mitlub juri li l-ħlas tal-manteniment stabbilit meta l-wild kienu għadu minuri ma kienx meħtieġ aktar jew huwa eċċessiv minn mindu sar adult.
Ir-regoli tal-proċedura ċivili li japplikaw għall-għoti ta’ u l-eżekuzzjoni tal-manteniment għall-minuri u għall-adulti wkoll ivarjaw f’xi każijiet. Id-differenzi fir-regoli proċedurali applikabbli huma msemmija fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet “Għandi nirrikorri għand awtorità kompetenti jew qorti biex nikseb manteniment? X’inhuma l-elementi ewlenin ta’ din il-proċedura?” u “Jekk il-persuna kkonċernata (id-debitur) ma tħallasx volontarjament, x’azzjoni tista’ tittieħed sabiex tkun sfurzata tħallas?”
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tvarja skont is-sitwazzjonijiet deskritti aktar il-quddiem.
L-ordni ta’ ħlas ta’ manteniment u l-manteniment bejn il-konjuġi f’każ ta’ ftehim oriġinali
Il-persuna li trid tħallas il-manteniment u l-persuna li għandha dritt għalih jistgħu jaqblu dwar kif għandu jitħallas. F’każ ta’ manteniment tat-tfal jew manteniment bejn il-konjuġi, il-partijiet jistgħi jitolbu li l-ftehim jiġi approvat quddiem il-qorti jew quddiem Reġistratur Pubbliku (Conservador do Registo Civil), skont jekk japplikawx iċ-ċirkostanzi li ġejjin.
F’każ ta’ divorzju kkontestat, jista’ madankollu jintlaħaq ftehim dwar il-manteniment tat-tfal minorenni. F’każ bħal dan, l-approvazzjoni tal-ftehim dwar il-manteniment għat-tfal minorenni trid tintalab mingħand il-Qorti tal-Ġustizzja fil-proċedimenti biex jiġi rregolat l-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet tal-ġenituri. Is-sub intestaturi li ġejjin jagħtu ħarsa ġenerali tal-elementi prinċipali ta’ dawn il-proċedimenti.
F’każ ta’ divorzju bonarju, ir-Reġistratur Pubbliku huwa mitlub japprova l-ftehim dwar il-manteniment bejn il-konjuġi u/jew għat-tfal minuri. Ir-Reġistratur għandu ġuriżdizzjoni unika għal dawn il-proċedimenti, li jistgħu jitressqu quddiem kwalunkwe Reġistru Ċivili. F’dak li għandu x’jaqsam mal-ftehimiet dwar manteniment tat-tfal, il-Prosekutur Pubbliku tal-qorti fiż-żona tal-Reġistru Ċivili fejn iridu jinfetħu l-proċedimenti jrid jagħtu l-opinjoni tiegħi minn qabel. Jekk il-ftehim jiġi approvat, tingħata s-sentenza ta’ divorzju. Jekk il-ftehim ma jiġix approvat, il-proċess ta’ divorzju bonarju jiġi riferut lill-qorti fejn jinstemgħu il-kawżi ta’ divorzju bonarji. F’dan il-każ, il-qorti hija responsabbli għall-valutazzjoni u l-approvazzjoni tal-ftehimiet dwar il-manteniment tat-tfal jew bejn il-konjuġi.
Japplikaw l-istess regoli f’każ ta’ separazzjoni legali, dikjarazzjoni ta’ nullità jew annullament taż-żwieġ.
Anke jekk ma jkunx każ ta’ divorzju jew separazzjoni, jekk ikun hemm ftehim, il-ġenituri għandhom jirreferu l-ftehim dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri jew tibdiliet fih għall-approvazzjoni lir-Reġistru Ċivili bil-mod imfisser iktar il-fuq.
Id-determinazzjoni tal-manteniment meta ma jkunx hemm ftehim oriġinali
Il-manteniment mill-ġenituri lit-tfal minuri
F’każ ta’ divorzju kontestat, il-proċedimenti ta’ protezzjoni tal-qorti biex jirregolaw l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri huwa mitluba biex jistabbilixxu l-manteniment tat-tfal. Wara l-ġenituri jistgħu jitolbu l-approvazzjoni tal-ftehim dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Fin-nuqqas ta’ dan il-ftehim jew jekk ma jiġix approvat, il-Prosekutur Pubbliku jitlob li jiġi regolat l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri. Il-proċedura titmexxa mill-qorti. Il-ġenituri jiġu msejħa għal laqgħa fejn jistgħu jiġu mistiedna wkoll it-tfal u qraba oħra. F’każ li ma jistax jintlaħaq ftehim waqt il-laqgħa, l-imħallef jistabbilixxi reġim proviżorji għar-responsabbiltà tal-ġenituri u l-partijiet jintbagħtu għall-medjazzjoni jew għal seduta teknika speċjalizzata. Jekk jibqa’ jkun impossibbli li jintlaħaq ftehim, il-ġenituri jiġu nnotifikati sabiex jippreżentaw it-talbiet u l-provi tagħhom. Dan jiġi segwit mit-trattazzjoni, il-proċess u s-sentenza.
Japplikaw l-istess regoli f’każ ta’ separazzjoni legali, dikjarazzjoni ta’ nullità jew annullament taż-żwieġ.
Il-manteniment mill-ġenituri jew oħrajn bl-obbligu li jħallsu l-manteniment tat-tfal
Il-manteniment tat-tfal jista’ jiġi stabbilit ukoll permezz ta’ proċedimenti ta’ protezzjoni tat-tfal, fejn, pereżempju, il-proċedimenti jridu jsiru kontra persuni li għandhom l-obbligu jħallsu dan il-manteniment speċifikament għal dan il-għan. Dawn il-proċedimenti huma intiżi wkoll biex jemendaw il-manteniment li kien stabbilit preċedentement. Dan isir il-qorti. Isir b’rikors akkumpanjat mid-dokumenti li ġejjin: ċertifikati li juru l-grad ta’ parentela jew affinità li teżisti bejn il-minuri u l-konvenut; kopja tas-sentenza li biha kien ġie stabbilit preċedentement il-manteniment, fejn applikabbli; lista ta’ xhieda. Il-konvenut jiġi mħarrek. Imbagħad issir laqgħa sabiex jipprova jintlaħaq ftehim bejn il-partijiet. Jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim, dan jiġi segwit mid-difiża, id-divulgazjoni, il-proċess u s-sentenza.
Il-manteniment għal wild adult jew emanċipat
Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-manteniment għal wild adult jew emanċipat tista’ titressaq quddiem kwalunkwe Reġistru Ċivili, fuq sottomissjoni ta’ rikors li jindika l-eċċezzjonijiet ta’ fatt u ta’ dritt li fuqhom qiegħda tibbaża ruħha l-proċedura. Ir-rikors għandu jkun akkumpanjat minn provi dokumentarji u jindika l-provi l-oħra kollha. Il-konvenut jiġi mħarrek. Jekk ma jopponix, ir-rikors jitqies fondat u l-manteniment jiġi stabbilit permezz ta’ deċiżjoni tar-Reġistratur. Jekk jopponi, ir-Reġistratur jipprova jirrikonċilja lill-partijiet. Jekk ir-rikonċiljazzjoni tkun impossibbli, il-kawża tinfetaħ mir-Reġistratur li jirrinvijaha lill-qorti kompetenti għal proċedimenti xierqa.
Jekk il-manteniment kien ġie diġà stabbilit b’kawża preċedenti, ir-rikors għall-manteniment għal wild li minn dak iż-żmien sar adult jew ġie emanċipat jingħaqad mal-kawża preċedenti u jinstema f’din il-qorti u mhux fir-Reġistru Ċivili.
Bejn il-konjuġi u l-eks konjuġi
Fejn ma jkunx hemm ftehim oriġinali, il-proċedura għad-determinazzjoni tal-manteniment bejn il-konjuġi u l-eks konjuġi titressaq il-qorti. Il-proċedura ssir f’forma ta’ azzjoni dikjaratorja, b’proċedura identika għal dik deskritta hawn taħt għall-manteniment għall-adulti.
Il-manteniment għall-adulti
Minbarra l-każijiet imsemmija diġà, il-proċedura għad-determinazzjoni tal-manteniment għall-adulti titressaq quddiem il-qorti (pereżempju talba għall-manteniment mill-ġenitur għat-tfal). Il-proċedura tieħu l-forma ta’ sentenza dikjaratorja ta’ kundanna. Tibda bis-sottomissjoni ta’ rikors promotorju lill-qorti.
F’din it-talba, il-parti li tiftaħ il-kawża trid tindika l-qorti li quddiem qed tiftaħ il-kawża, tidentifika lill-partijiet, tindika isimhom, il-postijiet ta’ residenza jew l-uffiċċji u, fejn possibbli, it-tip ta’ impjieg tagħhom u l-post tax-xogħol, it-tip ta’ proċedimenti, tispjega l-fatti u l-bażi legali għar-raġunijiet li taw lok għall-kawża, tagħmel it-talba u tiddikjara l-ammont involut fil-kawża. Fl-aħħar tar-rikors, tiġi sottomessa l-lista tax-xhieda u l-provi l-oħra mitluba. Id-dokumenti li juru li sar ħlas minn qabel tat-tariffa tal-qorti u l-prokura għandhom jiġi mehmuża mat-talba, jekk rappreżentati minn avukat. Alternattivament, jista’ jiġi mehmuż dokument li juri li ngħatat l-għajnuna legali.
Jekk jinħatar avukat, ir-rikors promotur jiġi sottomess elettronikament, permezz tal-formola disponibbli fuq https://citius.tribunaisnet.mj.pt/ il-paġna web skont il-proċedura u l-istruzzjonijiet spjegati hemmhekk. Jekk il-parti ma tkunx rappreżentata minn avukat, hija tista’ tissottometti t-talba fl-uffiċji tar-reġistru tal-qorti b’wieħed mill-metodi li ġejjin: personalment; bil-posta reġistrata; jew b’faks.
Il-konvenut jiġi mħarrek. Jekk ma jintlaħaqx ftehim matul il-proċedimenti, isegwu l-istadji obbligatorji tad-difiża, ordni ta’ ftuħ konklużiv, id-divulgazzjoni, il-proċess u s-sentenza.
F’każ ta’ manteniment tat-tfal, it-talba tista’ ssir mir-rappreżentant legali tal-minuri, mill-Prosekutur Pubbliku, mill-persuna li għandha l-kustodja jew mid-direttur tal-istitut edukattiv jew ta’ kura għand min ġie fdat il-minuri. Kulħadd jista’ jinnotifika lill-Prosekutur Pubbliku bil-bżonn li jiġi determinat manteniment għat-tfal.
F’każ ta’ manteniment għal adulti inkapaċitati, il-proċedimenti jistgħu jitressqu mir-rappreżentanti legali tagħhom.
Minbarra dawn il-każijiet ta’ inkapaċita, il-proċedimenti ta’ manteniment għall-adulti jew tfal emaniċipati jridu jsiru minnhom, minn rappreżentat legali maħtur minnhom jew minn avukat li lilu taw prokura biex jiftaħ il-kawża.
Madankollu, il-liġi tipprovdi għall-partikolarità li ġejja fir-rigward ta’ tfal adulti: il-ġenitur li kellu r-responsabbiltà ewlenija li jħallas l-ispejjeż ta’ tfal adulti jew emanċipati li ma jistgħux jieħdu ħsieb tagħhom infushom jista’ jitlob li jikkontribwixxi wkoll il-ġenitur l-ieħor għall-għajxien u l-edukazzjoni ta’ dawn it-tfal adulti. Din il-kontribuzzjoni tista’ ssir sħiħa jew b’mod parzjali lit-tfal adulti jew emanċipati, meta l-imħallef hekk jiddeċiedi jew jekk jaqblu l-ġenituri.
Il-manteniment tat-tfal
Il-Qorti Distrettwali, tal-Familja u tal-Minorenni (Tribunal de Comarca, Juízo de Família e Menores) għandha ġuriżdizzjoni fuq kwistjonijiet li jinvolvu proċedimenti ta’ protezzjoni sabiex tiġi regolata r-responsabbiltà tal-ġenituri u l-manteniment tat-tfal. Fin-nuqqas ta’ Qorti tal-Familja u tal-Minorenni, il-kawża tinstema, prinċipalment, fil- Qorti Distrettwali, fil-Qorti tal-Istanza Lokali jew ta’ Ġuriżdizzjoni Ġenerali (Tribunal de Comarca, Juízo Local or Juízo de Competência Genérica).
Sabiex wieħed jifhem liema minn dawn il-qrati li semmejna jkollha ġurisdizzjoni territorjali, japplikaw ir-regoli li ġejjin. Fil-prinċipju, għandha ġuriżdizzjoni l-qorti kompetenti għall-post fejn huwa residenti l-minuri fiż-żmien li nbdew il-proċedimenti.
Jekk ir-residenza tat-tfal ma tkunx magħrufa, għandha ġuriżdizzjoni l-qorti tal-post ta’ residenza ta’ min għandu r-responsabbiltà tal-ġenituri.
Jekk min għandu r-responsabbiltà tal-ġenituri huwa residenti f’postijiet differenti, il-qorti kompetenti hija dik tal-post ta’ residenza tal-persuna li għandha l-kustodja tat-tfal jew, f’każ ta’ kustodja konġunta, dik tal-persuna ma min jgħix il-minuri.
Jekk dawn il-proċedimenti jikkonċernaw żewġ tfal jew aktar li huma tfal tal-istess ġenituri u residenti f’distretti differenti, il-qorti kompetenti għall-post ta’ residenza fejn jgħix l-ikbar numru minn dawn it-tfal għandha ġuriżdizzjoni. Jekk kollox ikun ugwali, il-qorti li lilha jiġi mitlub il-manteniment fl-ewwel istanza għandha ġurisdizzjoni.
Jekk, meta jkunu bdew il-proċedimenti, il-minuri ma jkunx jgħix il-Portugall, il-qorti kompetenti għall-post ta' residenza tar-rikorrent jew il-konvenut għandha ġurisdizzjoni; jekk huma wkoll jgħixu barra l-pajjiż u l-qorti Portugiża għandha ġuriżdizzjoni internazzjonali, il-kawża tinstema’ mill-Qorti Distrettwali ta’ Lisbona, mill-Qorti tal-Familja u tal-Minorenni (Tribunal da Comarca de Lisboa, Juízo de Família e Menores), għaliex din il-qorti għandha ġurisdizzjoni territorjali għall-muniċipalità ta’ Lisbona.
Il-manteniment għat-tfal adulti
Kull Reġistru Ċivili għandu ġuriżdizzjoni biex jiftaħ kawżi għall-manteniment għat-tfal adulti. Dan ma japplikax biss jekk il-kawża diġà nfetħet il-qorti u ġie stabbilit il-manteniment tat-tfal. F’dan il-każ, ir-rikors għall-manteniment għal minuri li, sadakittant, sar adult jew ġie emanċipat, jingħaqad mal-kawża pre eżistenti u jinstema’ minn din il-qorti.
Il-manteniment għall-konjuġi jew eks konjuġi
Il-proċedura għall-għoti ta’ manteniment bejn konjuġi u l-eks konjuġi titressaq quddiem il-Qorti Distrettwali, il-Qorti tal-Familja u l-Minorenni li hija kompetenti għall-post fejn jgħix il-konvenut. Fin-nuqqas ta’ Qorti tal-Familja u tal-Minorenni, il-kawża tinstema, prinċipalment, fil- Qorti Distrettwali, fil-Qorti tal-Istanza Lokali jew ta’ Ġuriżdizzjoni Ġenerali.
Il-manteniment għall-adulti
Minbarra l-każijiet imsemmija diġà, il-proċedura għad-determinazzjoni tal-manteniment għall-adulti titressaq quddiem il-Qorti Distrettwali: l-Istanza Ċentrali, il-Qorti Ċivili (jekk il-valur tal-kawża jaqbeż EUR 50 000); l-Istanza Lokali jew il-Qorti ta’ Ġuriżdizzjoni Ġenerali, fejn teżisti (jekk il-valur tal-kawża ma jaqbiżx EUR 50,000). Mil-lat territorjali, il-qorti kompetenti għall-post ta’ residenza tal-konvenut għandha l-ġuriżdizzjoni.
L-eżekuzzjoni tal-manteniment
Il-qrati indikati hawn taħt għandhom ġuriżdizzjoni fi proċedimenti speċjali għall-eżekuzzjoni tal-manteniment, f’każ ta’ ħlas tardiv.
Jekk il-proċedimenti li fih ġie stabbilit il-manteniment instemgħu mill- Qorti Distrettwali, mill-Qorti tal-Familja u tal-Minorenni, il-proċedimenti speċjali għall-eżekuzzjoni tal-manteniment jinstemgħu quddiem din il-qorti, bħala parti mill-każ rispettiv, li miegħu jiġi mehmuż ir-rikors għall-eżekuzzjoni.
Jekk il-proċedimenti li fihom ġie stabbilit il-manteniment instemgħu quddiem il-Qorti Distrettwali, l-Istanza Ċentrali, il-Qorti Ċivili (Tribunal de Comarca, Juízo Central Cível), il-Qorti ta’ Eżekuzzjoni (Secção de Execução) li tkun kompetenti jekk il-proċedimenti ma kienux fil-ġuriżdizzjoni ta’ dik il-qorti ta’ Istanza Ċentrali minħabba l-valur monetarju tagħha, għandha ġuriżdizzjoni għall-eżekuzzjoni speċjali tal-manteniment.
Fejn ma jkunx hemm Qorti ta’ Eżekuzzjoni, il- Qorti Ċivili tal-Istanza Ċentrali fejn instemgħet l-azzjoni dikjaratorja rispettiva għandha ġuriżdizzjoni għall-eżekuzzjoni speċjali ta’ manteniment u, f’dan il-każ, l-eżekuzzjoni sseħħ f’din il-proċedura.
Jekk il-proċedimenti li fihom ġie stabbilit il-manteniment seħħew quddiem il- Qorti Lokali, l-Istanza Ċivili Lokali jew il-Qorti ta’ Ġuriżdizzjoni Ġenerali, l-eżekuzzjoni sseħħ f’din il-proċedura sakemm l-Istanza Ċentrali ma jkollhiex Qorti ta’ Eżekuzzjoni. Jekk hemm Qorti ta’ Eżekuzzjoni (b’ġuriżdizzjoni territorjali li tkopri ż-żona fejn tinsab il-Qorti Ġenerali jew il-Qorti Ċivili Lokali fejn instemgħet l-azzjoni ta’ kundanna), hija jkollha ġuriżdizzjoni għall-eżekuzzjoni speċjali tal-manteniment.
Fir-rigward tal-eżekuzzjoni tas-sentenzi tal-qorti, anke jekk l-eżekuzzjoni ma sseħħx fil-qorti fejn ingħatat is-sentenza eżekuttiva, ir-rikors għall-eżekuzzjoni jiġi sottomess fil-proċedimenti dikjaratorji fejn ingħatat is-sentenza. F'dan il-każ, meta l-Qorti tal-Eżekuzzjoni għandha ġuriżdizzjoni, il-qorti li tat is-sentenza tibgħat b’mod urġenti kopja tas-sentenza, ir-rikors li ta lok għall-eżekuzzjoni u d-dokumenti ta’ akkumpanjament lill-Qorti ta’ Eżekuzzjoni.
L-istess regola tapplika f’każijiet fejn m’hemmx Qorti ta’ Eżekuzzjoni u l-Qorti Ċivili Lokali jew Qorti b’Ġuriżdizzjoni Ġenerali għandha ġuriżdizzjoni fir-rigward ta’ proċedimenti ta’ eżekuzzjoni.
Jekk il-proċedimenti li fihom ġie stabbilit il-manteniment ma nstemgħux quddiem qorti iżda quddiem ir-Reġistru Ċivili, il-ġuriżdizzjoni territorjali għall-eżekuzzjoni speċjali tal-manteniment hija regolata mill-prinċipji li ġejjin:
Fir-rigward tal-ġuriżdizzjoni sustantiva għall-eżekuzzjoni tal-manteniment ibbażata fuq id-deċiżjoni tar-Reġistratur, japplikaw ir-regoli li ġejjin:
Il- Qorti Distrettwali, il-Qorti tal-Familja u tal-Minorenni għandha ġuriżdizzjoni biex tħejji u tiddeċiedi dwar proċedimenti ta’ eżekuzzjoni tal-manteniment bejn il-konjuġi u l-eks konjuġi, għat-tfal u għat-tfal adulti u emanċipati. Billi f’dan il-każ, madankollu, l-azzjoni dikjaratorja rispettiva ma nstemgħetx fil-Qorti tal-Familja u tal-Minorenni, iżda mir-Reġistru Ċivili, il-qrati jistgħu jirrikonoxxu l-ġuriżdizzjoni tal-Qorti Distrettwali, il-Qorti ta’ Eżekuzzjoni
Jekk ma hemmx Qorti ta’ Eżekuzzjoni, għandha ġuriżdizzjoni l-Istanza Ċivili Lokali jew il-Qorti ta’ Ġuriżdizzjoni Ġenerali għall-eżekuzzjoni speċjali tal-manteniment.
Nota:
Ir-regoli msemmija hawn fuq dwar il-ġuriżdizzjoni huma soġġetti għal tibdil fl-interpretazzjoni tal-qrati nazzjonali.
Bħala regola ġenerali, m’hemmx bżonn ta’ avukat għall-proċedimenti ta’ manteniment tat-tfal, ħlief fl-istadju ta’ appell. Ir-rikorrenti adulti jew emanċipati (pereżempju t-tutur tat-tfal) jistgħu jidhru għalihom infushom quddiem il-qorti meta l-proċedimenti jinstemgħu quddiem il-Qorti tal-Prim Istanza. Madankollu, l-minuri għandu jkollu avukat meta l-interessi tiegħu u tal-ġenituri tiegħu, tar-rappreżentant legali jew tal-persuna li għandha l-kustodja de facto tiegħu ma jaqblux, u anke meta l-minuri li huwa matur biżżejjed jitlob avukat lill-qorti.
Għal proċedimenti ta’ manteniment, japplikaw il-prinċipji ġenerali indikati hawn taħt.
Għandu jitqabbad avukat: f’dawk il-każijiet fil-ġuriżdizzjoni tal-qrati li għandhom limitu, fejn huwa ammissibbli appell ordinarju; f’każijiet fejn l-appell huwa dejjem ammissibbli, irrispettivament mill-valur; għal appelli u kawżi miftuħa quddiem il-qrati superjuri.
Attwalment, fl-2019, l-appell ordinarju huwa ammissibbli biss meta l-valur tal-kawża jaqbeż il-limitu tal-qorti li quddiemha tressaq l-appell u d-deċiżjonijiet kontestati mhumiex favur l-appellant b’ammont li wkoll jaqbeż nofs il-limitu ta’ din il-qorti. F’każ ta’ dubju dwar il-valur tat-telfa, jitqies biss il-valur tal-kawża. Dan il-prinċipju legali għandu diversi eċċezzjonijiet hemmhekk u f’dispożizzjonijiet legali speċifiċi oħra. Fl-2019, meta kienet qed tiġi eżaminata mill-ġdid din l-iskeda informattiva, f’materji ċivili, il-limitu tal-qrati huwa kif ġej: Qorti tal-Appell (Tribunal da Relação) – EUR 30 000,00; Qorti tal-Prim’Istanza (Tribunal de Primeira Instância) – EUR 5 000,00.
Għalkemm huwa meħtieġ avukat, avukati apprendisti, solicitors u l-partijiet infushom jistgħu jippreżentaw rikors li ma jqajjimx punti ta’ liġi.
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tvarja skont jekk il-proċedura biex jiġi stabbilit il-manteniment ġiet mismugħa fil-qorti jew quddiem Reġistru Ċivili u skont jekk il-partijiet għandhomx għajnuna legali jew le. L-ispejjeż għandhom jitħallsu l-qorti. It-tariffi jitħallsu fl-Uffiċju tar-Reġistru Ċivili.
L-ispejjeż f’każijiet fil-ġuriżdizzjoni tal-qrati
Eżenzjonijiet
Il-minuri huma eżenti mill-ispejjeż meta jkunu rappreżentati minn Prosekutur Pubbliku jew minn avukat imqabbad mill-qorti f’kawżi mismugħa mill-qorti u huma eżenti mit-tariffi għal kawżi li jsiru quddiem l-Uffiċju tar-Reġistru Ċivili.
Il-minuri jew ir-rappreżentanti legali tagħhom huma eżenti mill-ispejjeż fl-appell ukoll minn deċiżjonijiet marbuta mar-rikors għal, emendi fi jew it-terminazzjoni tal-manteniment, mogħti fi proċedimenti quddiem il-qorti tal-minorenni. Il-proċedimenti quddiem il-qorti tal-minorenni li matulhom jiġi stabbilit il-manteniment normalment huma proċedimenti għall-manteniment tat-tfal u l-proċedimenti dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri. Dawn huma każijiet speċjali u mhux kontenzjużi.
Il-partijiet fil-proċedimenti quddiem il-qorti tal-minorenni huma eżenti mill-ħlas bil-quddiem tat-tariffi tal-qorti, inkluż dawk il-proċedimenti li fihom jiġi stabbilit il-manteniment. F'dawn il-każijiet, minflok isir il-ħlas bil-quddiem tat-tariffa tal-qorti, il-parti tiġi mitluba tħallas it-tariffa tal-qorti fi żmien 10 jiem minn meta tingħata s-sentenza fil-proċedimenti prinċipali. Dan jgħodd ukoll anke jekk is-sentenza ma tkunx għadha għaddiet in ġudikat.
Minbarra l-każijiet imsemmija hawn fuq, l-ispejjeż normalment irid jitħallsu. L-unika eċċezzjoni hija meta l-parti tibbenefika mill-għajnuna legali u/jew jekk japplika l-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru, li se jiġi msemmi iktar l-isfel, għall-proċedimenti kkonċernati.
L-ispejjeż
Minbarra l-eċċezzjonijiet li għadna kif semmejna, trid titħallas tariffa tal-qorti inizjali sabiex tinfetaħ il-kawża għall-manteniment. It-tariffa tal-qorti inizjali tikkorrispondi għal ħlas bil-quddiem fuq l-ispejjeż finali.
L-ispejjeż jinkludu t-tariffa tal-qorti, l-imposti u l-ispejjeż tal-partijiet.
It-tariffi tal-qorti
Sabiex wieħed jiddetermina l-ammont tat-tariffi tal-qorti dovuti, huwa essenzjali li wieħed ikun jaf il-valur tal-kawża, għaliex it-tariffa tal-qorti tiġi kkalkulata abbażi ta’ dan l-ammont, skont waħda mit-tabelli annessi mar-Regolament dwar l-Ispejjeż Proċedurali.
Għall-iskopijiet tal-applikazzjoni ta’ dawn it-tabelli:
Tabella I – A tar-Regolamenti dwar l-Ispejjeż Proċedurali tapplika fil-każijiet li ġejjin: każijiet ta’ manteniment definittiv għall-adulti jew tfal adulti jew emanċipati li jsegwu l-forma komuni; Proċeduri speċjali (divorzju jew qorti tal-minorenni) fejn jiġi stabbilit il-manteniment, fejn applikabbli, għall-konjuġi, tfal minuri jew tfal adulti jew emanċipati. It-tariffa tal-qorti dovuta hija espressa f’UC (unità tal-kont).
Fl-2019 (meta kienet qed titħejja din l-iskeda informattiva) il-valur ta’ 1 UC kien ta’ EUR 102,00. Dan il-valur normalment jiġi aġġornat kull sena u għalhekk huwa meħtieġ biex wieħed jikkonsulta l-leġiżlazzjoni nazzjonali aġġornata. Fl-2019, il-valur tat-tariffa tal-qorti dovuta, skont it-Tabella I-A tar-Regolamenti dwar l-Ispejjeż Proċedurali, huwa kif ġej, skont il-valur tal-kawża:
Il-fuq minn EUR 275 000,00, il-valur tat-tariffa tal-qorti jiżdied bi 3 UC għal kull EUR 25 000,00 jew parti minnha.
Fil-każ ta’ proċedimenti kawtelatorji biex jiġi stabbilit manteniment proviżorju, is-seduti ta’ smigħ ta’ qabel l-eżekuzzjoni sabiex jiġi rkuprat manteniment tat-tfal, u l-eżekuzzjoni tal-manteniment speċjali, tapplika t-Tabella II - A, kif annessa mar-Regolamenti dwar l-Ispejjeż Proċedurali. Il-valuri li ġejjin jistgħu jittieħdu bħala eżempju (2019):
(F’każ ta’ miżuri ta’ eżekuzzjoni li jitwettqu minn bailiff)
(F’każ ta’ proċedimenti ta’ eżekuzzjoni mwettqa minn solicitor tal-eżekuzzjoni)
Fil-każijiet li għadna kif semmejna fejn it-tariffa tal-qorti tvarja, il-parti inizjalment tħallas l-ammont minimu u tħallas l-ammont pendenti biss fl-aħħar, fejn japplika.
F’kawża dikjaratorja fejn jiġi stabbilit il-manteniment, is-sentenza finali tal-qorti trid tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. Jekk il-proċedimenti jkunu suċċess parzjalment, l-ispejjeż jitħallsu miż-żewġ partijiet f’proporzjon għat-telfa rispettiva tagħhom. Jekk waħda mill-partijiet titlef il-kawża kompletament, hija tiġi ordnata tħallas l-ispejjeż kollha. F’każ ta’ ftehim approvat mill-qorti bejn il-partijiet, bħala regola ġenerali l-ispejjeż jitħallsu mit-tnejn f’proporzjoni indaqs.
F’każ ta’ eżekuzzjoni speċjali tal-manteniment, l-ispejjeż jitħallsu mill-profitt tal-propjetà maqbuda.
Imposti
Japplikaw ir-regoli ġejjin għall-imposti:
Fir-rigward tal-ispejjeż u l-imposti ġejjin mill-investigazzjonijiet (ħlas lill-esperti, rapporti, eċċ), ir-regola hija li kull parti tħallas l-ispejjeż u l-imposti li tat lok għalihom.
Jekk jintwera li l-investigazzjoni hija manifestament inutli jew dilatorja, il-parti li talbet għaliha tħallas l-imposti rispettivi irrispettivament mill-iskadenza jew mid-deċiżjoni dwar l-ispejjeż.
Meta l-partijiet kollha għandhom interess fl-investigazzjonijiet jew fin-nefqa, meta t-tnejn li huma jiggwadanjaw vantaġġ indaqs, jew meta mhux possibbli li jiġi determinat min hi l-parti interessata, l-imposti jitħallsu mill-partijiet b’sehem indaqs.
L-ispejjeż tal-partijiet
Fir-rigward tal-ispejjeż tal-partijiet, ir-regola hija kif ġej: L-ispejjeż tal-parti li tirbaħ il-kawża jitħallsu mill-parti t-telliefa fuq skala skont il-proporzjon tat-telfa.
L-ispejjeż tal-partijiet jinkludu t-tariffi tal-qorti mħallsa bil-quddiem, l-ispejjeż verament imġarrba mill-parti, it-tariffi mħallsa lill-aġent ta’ eżekuzzjoni u n-nefqa tagħhom, it-tariffi mħallsa lir-rappreżentant legali u n-nefqa tagħhom.
Kont tal-ispejjeż
Ħlief għall-każijiet imsemmija hawn qabel, fejn il-partijiet huma eżenti mill-ħlas bil-quddiem tat-tariffi tal-qorti, fil-prinċipju, l-iskrivan tal-qorti jipprepara l-kont tal-ispejjeż biss wara li s-sentenza tkun għaddiet in ġudikat u ma jkun jista’ jsir l-ebda appell minnha, u skont is-sentenza rispettiva. Il-partijiet jiġu nnotifikati bil-kont.
Jekk ma jkunx hemm appelli jew talbiet dwar il-kont jew jekk ikunu ġew riżolti, dan jagħti lok għall-ħlas ta’ dak dovut mill-parti t-telliefa u/jew ir-rimborż tal-parti r-rebbieħa għall-ammont imħallas bil-quddiem.
L-ispejjeż tal-partijiet jitħallsu direttament mill-parti t-telliefa lill-parti r-rebbieħa. Jekk il-parti t-telliefa jkollha l-għajnuna legali, il-ħlas tas-somom konċernati lill-parti r-rebbieħa jsir mill-Istat (fl-2019, meta kienet qed tiġi eżaminat din l-iskeda informattiva, il-ħlas isir mill-Istitut tal-Ġestjoni Finanzjarja u l-Infrastruttura għall-Ġustizzja (Instituto de Gestão Financeira e Equipamentos da Justiça IP)).
L-għajnuna legali f’każijiet fil-ġuriżdizzjoni tal-qrati
Jekk ir-rikorrent ma għandux biex iħallas għall-proċedimenti, huwa jista’ jitlob l-għajnuna legali. Skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, l-għajnuna legali tingħata biss lil persuni fiżiċi jew lill-persuni ġuridiċi bi skop mhux għal qligħ.
L-għajnuna legali lill-individwi tingħata f’diversi forom: pariri legali; eżenzjoni mit-tariffi u l-imposti tal-qorti; pagament bin-nifs tat-tariffi u tal-imposti tal-qrati; ħatra u ħlas tat-tariffi tar-rappreżentanza legali; ħatra u ħlas bin-nifs tat-tariffi tar-rappreżentanza legali; assenjazzjoni ta’ aġent għall-eżekuzzjoni.
Is-sistema Portugiża tal-għajnuna legali, fit-termini kollha stabbiliti hemmhekk, tapplika għall-qrati kollha u għal kull tip ta’ proċedimenti.
Ir-rikorsi għall-għajnuna legali għandhom jiġu assenjati permezz ta’ formola. Dawn għandhom jiġu ppreżentati personalment jew mibgħuta bil-posta lil kwalunkwe ċentru għas-servizz tal-konsumatur tal-Istitut tas-Sigurtà Soċjali IP (Instituto da Segurança Social IP) Il-formoli u l-istruzzjonijiet dwar kif jimtlew jingħataw minn dik l-entità. Il-perjodu ġenerali għar-rispons huwa ta’ 30 ġurnata.
Meta jiftaħ kawża, ir-rikorrent għandu jehmeż mar-rikors promotur provi dokumentarji ta’ ħlas minn qabel tat-tariffa tal-qorti dovuta jew tal-għoti tal-għajnuna legali f’termini ta’ eżenzjoni mill-ħlas bil-quddiem tat-tariffa msemmija hawn qabel. Meta l-għajnuna legali tingħata fil-forma ta’ pagament bin-nifs tat-tariffi tal-qorti, il-prova tal-ħlas trid tiġi mehmuża flimkien mal-pagament tal-ammont pendenti.
It-tariffi għal każijiet fil-ġuriżdizzjoni tal-Uffiċju tar-Reġistru Ċivili
IIl-minuri huma eżenti mit-tariffi meta jkunu rappreżentati minn Prosekutur Pubbliku jew minn avukat imqabbad mill-qorti f’kawżi mismugħa quddiem l-Uffiċju tar-Reġistru Ċivili.
It-tariffi dovuti għal każijiet fil-ġuriżdizzjoni tal-Uffiċċji tar-Reġistri Ċivili qiegħdin imniżżla fir-Regolamenti dwar it-Tariffi għall-Uffiċji tar-Reġistru u tan-Nutara.
Pereżempju, it-tariffi għall-2019 (li jistgħu jiġu kkonsultati hawnhekk: http://www.irn.mj.pt/sections/irn/legislacao/docs-legislacao/regulamento-emolumentar/) li jridu jitħallsu għal kawżi fil-ġuriżdizzjoni tal-Uffiċji tar-Reġistri Ċivili huma kif ġej:
Dawn is-somom huma validi għall-2019, iż-żmien meta ġiet aġġornata din l-iskeda informattiva u huma soġġetti għal rieżami. Għalhekk wieħed għandu jikkonsulta l-leġiżlazzjoni nazzjonali fuq bażi ta’ każ b’każ.
L-għajnuna legali għal każijiet fil-ġuriżdizzjoni tal-Uffiċju tar-Reġistru Ċivili
L-għajnuna legali tapplika biss f’żewġ sitwazzjonijiet għal kawżi li jinstemgħu quddiem l-Uffiċċju tar-Reġistru Ċivili: ħatra u ħlas tat-tariffi tar-rappreżentanza legali; ħatra u ħlas bin-nifs tat-tariffi tar-rappreżentanza legali.
Barra minn hekk, fl-Uffiċċji tar-Reġistri Ċivili, ċertu atti huma bla ħlas għal rikorrenti individwali li jistgħu juri li ma għandhomx biżżejjed mezzi.
L-insuffiċjenza fil-mezzi finanzjarji tista’ tintwera bil-mezzi li ġejjin: dokument maħruġ mill-awtorità amministrattiva kompetenti; dikjarazzjoni maħruġa minn istituzzjoni pubblika għas-sigurtà soċjali fejn joqgħod l-individwu.
F’dawn il-każijiet, l-atti li ġejjin huma bla ħlas: atti mir-reġistru ċivili jew tan-nazzjonalità; proċessi u dikjarazzjonijiet marbuta ma dawn: dokumenti meħtieġa u proċeduri marbuta mal-forniment tagħhom; Ċertifikati meħtieġa għal kull għan.
L-istess regola tapplika għall-każijiet fil-ġuriżdizzjoni tal-Uffiċċji tar-Reġistru Ċivili fejn jiġi stabbilit il-manteniment.
Bħal regola, il-manteniment jiġi stabbilit bħala pagamenti fi flus fix-xahar, ħlief fejn ikun hemm ftehim jew dispożizzjoni legali li turi l-kontra jew hemm raġunijiet li jiġġustifikaw miżuri eċċezzjonali. Jekk, pereżempju, il-persuna li trid tħallas il-manteniment turi li ma tistax tħallsu bħala allowance iżda bid-dar u l-kumpanija tagħha, din il-ħlas jista’ jiġi ordnat hekk eċċezzjonalment.
Il-kalkoli tal-manteniment
Il-manteniment huwa proporzjonat għall-mezzi tad-debitur tal-manteniment u l-bżonnijiet tal-kreditur tal-manteniment. Fid-determinazzjoni tal-manteniment, tiġi eżaminata wkoll il-possibbiltà tal-kreditur li jmantni lilu nnifsu.
Il-bżonnijiet tal-kreditur tal-manteniment jiddependu mill-fatt jekk hux minuri, wild adult li qiegħed jissokta bit-taħriġ jew l-edukazzjoni tiegħu, jew sempliċement adult. Dawn diġà ssemmew fit-tweġiba għall-mistoqsija “X’ifissru l-kunċetti ta’ “manteniment” u “obbligu ta’ manteniment” f’termini prattiċi? Liema persuni għandhom iħallsu manteniment lil persuna oħra?”
F’dak li jikkonċerna l-mezzi tad-debitur tal-manteniment li jridu jiġu meqjusa, huwa mportanti li wieħed jinnota l-kriterji speċifiċi li jridu jtiqiesu, skont jekk il-manteniment huwiex għat-tfal jew għall-eks konjuġi.
Il-manteniment għat-tfal
L-obbligu tal-manteniment għat-tfal huma dover fundamentali tal-ġenituri tagħhom. Huwa bbażat direttament fuq l-Artikolu 36(5) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Portugiża.
Il-manteniment għat-tfal għandu jkun proporzjonat għall-mezzi tad-debitur tal-manteniment.
Skont il-prinċipju mill-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja Portugiża (Supremo Tribunal de Justiça), sabiex jiġi kkalkulat l-ammont ta’ manteniment għat-tfal, il-qorti trid tqis mhux biss l-ammont tad-dħul li attwalment jaqla’ d-debitur, iżda wkoll, b’mod komprensiv u globali, l-istatus soċjali tiegħu, il-kapaċità għax-xogħol, id-dmir li jistinka b’mod attiv għal professjoni li biha jkun jista’ jissodisfa dan id-dmir, u l-firxa tal-assi kollha li għandu.
Il-manteniment għall-eks konjuġi
Fid-determinazzjoni tal-ammont ta’ manteniment dovut lill-eks konjuġi, il-qorti trid tqis kemm dam iż-żwieġ, il-kontribuzzjoni li saret lejn il-finanzi tal-familja, l-età u l-istat ta’ saħħa tal-konjuġi, il-kwalifiki professjonali tagħhom u l-possibiltajiet ta’ impjieg, iż-żmien li ddedikaw biex irabbu t-tfal komuni tagħhom, il-qligħ u d-dħul tagħhom, iż-żwieġ mill-ġdid jew koabitazzjoni u, b’mod ġenerali, iċ-ċirkostanzi kollha li jaffettwaw il-bżonnijiet tal-konjuġi li qiegħed jirċievi l-manteniment u l-possibiltajiet tad-debitur tal-manteniment.
Skont il-maġġor parti tal-ġurisprudenza nazzjonali, il-konjuġi li huwa l-kreditur tal-manteniment ma għandux dritt jitlob li jinżamm il-livell ta’ għajxien li kien igawdi minnu matul iż-żwieġ.
Meta jsir dovut il-manteniment
Il-manteniment stabbilit b’deċiżjoni ġudizzjarja huwa dovut mid-data li fiha titressaq il-kawża. Il-manteniment maqbul bejn il-partijiet u approvat b’deċiżjoni tal-qorti jew tar-Reġistratur huwa dovut mid-data li fiha d-debitur jinstab inadempjenti. Id-debitur jitqies inadempjenti fid-data stabbilita għall-manteniment jew, fin-nuqqas, meta jintalab iħallas. Mingħajr preġudizzju għall-każijiet msemmija qabel, il-liġi Portugiża ma tipprovdix għad-determinazzjoni ta’ manteniment retroattiv.
Emendi għall-manteniment li ġie stabbilit
Jekk ikun bidla fiċ-ċirkostanzi wara li jkun ġie stabbilit il-manteniment, dan jista’ jiġi emendat jew terminat.
Jekk ma hemmx eżekuzzjoni speċjali għall-manteniment, ir-rikors biex jiġi emendat jew terminat jitressaq flimkien mal-azzjoni ta’ kundanna. Jekk hemm pendenti eżekuzzjoni speċjali għall-manteniment, ir-rikors biex jiġi emendat jew terminat jingħaqad mal-proċedura għall-eżekuzzjoni.
Id-debitur tal-manteniment jista’ jitlob li jitnaqqas jew jintemm il-manteniment jekk, pereżempju, hemm tnaqqis fil-mezzi finanzjarji tiegħu, titjib f’dawk tal-kreditur tal-manteniment, il-kreditur tal-manteniment jsir adult jew jista’ jikkontribwixxi għall-manteniment tiegħu stess.
Il-kreditur tal-manteniment jista’ jitlob li jiżdied il-manteniment jekk, pereżempju, tmur għall-agħar is-sitwazzjoni ekonomika tiegħu, jinbidlu ċ-ċirkostanzi tal-familja, jiżdiedu l-bżonnijiet, il-kost tal-ħajja jiżdied u din iż-żieda tista’ u għandha tiġi appoġġjata mid-debitur tal-manteniment (għaliex, pereżempju, is-salarju tiegħu wkoll żdied).
Aġġornat awtomatiku
Sabiex wieħed ilaħħaq mal-għoli tal-ħajja li jiżdied, id-deċiżjoni li tistabbilixxi l-manteniment tista’ tipprovdi li l-ammont determinat għandu jiġi aġġornat awtomatikament b’mod regolari (normalment kull sena).
Dan l-aġġornament jista’ jkun ibbażat fuq iż-żieda fir-rata tal-inflazzjoni ppubblikata kull sena mill-Istitut Nazzjonali tal-Istatistika (Instituto Nacional de Estatística) jew b’żieda ta’ ċerta rata tal-imgħax indikata mill-qorti. Tista’ tikkonsisti wkoll, madankollu, f’żieda annwali fissa ta’ ċertu ammont kif stipulat fid-deċiżjoni.
L-imħallef huwa responsabbli għad-determinazzjoni ta’ dan l-aġġornament awtomatiku u biex jagħżel il-mezzi xierqa biex tintlaħaq, skont id-diskrezzjoni tiegħu. L-aġġornament awtomatiku jista’ jiġi determinat ukoll permezz ta’ ftehim approvat bejn il-partijiet.
Il-manteniment proviżorju
Minbarra l-manteniment definittiv, jista’ jingħata wkoll manteniment proviżorju.
Jekk ma jkunx għadu ngħata manteniment definittiv, il-qorti tista’, fuq talba tal-kreditur tal-manteniment jew ex officio, jekk dan tal-aħħar huwa minuri, tordna manteniment proviżorju li jiġi determinat fid-diskrezzjoni tagħha. Il-manteniment proviżorju qatt ma jiġi rifjutat. Dan huwa dovut waqt li huma pendenti l-proċedimenti prinċipali li se jiddeterminaw il-manteniment definittiv. Il-manteniment definittiv huwa dovut malli jiġi stabbilit.
F’każ li huma pendenti proċedimenti kontenzjużi ta’ divorzju, l-imħallef jista’ jordna manteniment proviżorju għal wieħed mill-konjuġi jew għat-tfal waqt li għadhom pendenti l-proċedimenti. Waqt li huma pendenti proċedimenti għar-regolament tar-responsabbiltà tal-ġenituri, l-imħallef jista’ jordna manteniment proviżorju għat-tfal minuri. Fil-każijiet imsemmija hawn fuq, il-manteniment proviżorju jista’ jiġi stabbilit waqt seduta ta’ smigħ matul il-proċess innifsu.
Alternattivament, il-manteniment proviżorju jista’ jiġi stabbilit fi proċedimenti kawtelatorji li jingħaqdu mal-proċedimenti prinċipali li fihom se jiġi determinat il-manteniment definittiv.
Il-manteniment jitħallas skont it-termini u lill-persuna indikata fid-deċiżjoni tal-qorti jew fil-ftehim tal-partijiet approvat mill-qorti.
Bħala regola, jekk il-benefiċjarji huwa adult li mhux soġġett għal inkapaċità, jew minuri emanċipat, il-manteniment jitħallas lilu direttament.
Jekk huwa adult b’inkapaċità, il-manteniment jitħallas lill-persuna li għandha l-obbligu legali li teżerċità d-drittijiet finanzjarji tagħha f’isimha (kuratur, trustee jew amministratur ġudizzjarju tal-propjetà); anke istituzzjoni tista tirċievi l-manteniment.
Jekk il-benefiċjarju huwa minuri, il-manteniment jitħallas lill-persuna li għandha l-kustodja, li tista’ tkun waħda mill-ġenituri, membru ieħor tal-familja, parti terza (familja li tagħmel il-fostering) jew id-direttur ta’ istituzzjoni fejn tqiegħed il-minuri.
Il-liġi ma timponix metodi fissi ta’ pagament u l-partijiet jistgħu jaqblu dwar kif għandu jsir il-pagament. Jekk ma jkunx hemm qbil, il-qrati jiddeċiedu dwar l-iktar metodu prattiku u kost effettiv għall-persuna li qed tħallas jew li qed tirċievi l-manteniment.
Ġeneralment, il-pagament fix-xahar tal-manteniment jitħallas fi flus kontanti u jrid jasal għand il-kreditur fil-bidu tax-xahar kkonċernat.
Il-ħin u l-post tal-ħlas jiġi determinat fil-ftehim jew id-deċiżjoni li tiddetermina l-manteniment. Jekk dawn ma ngħatawx, japplikaw ir-regoli standard tal-Kodiċi Ċivili. Dawn ir-regoli jipprovdu li, fil-prinċipju, fin-nuqqas ta’ stipulazzjoni:
L-aktar metodi komuni huma trasferiment bil-bank, depożitu f’kont miftuħ il-bank, il-konsenja ta’ ordni postali jew ċekk, jew il-konsenja personali ta’ flus kontanti.
F’każ li d-debitur tal-manteniment ma jħallasx, il-kreditur tal-manteniment jista’ jitlob miżuri ta’ eżekuzzjoni ċivili u kriminali.
Miżuri ta’ eżekuzzjoni ċivili
Is-seduta ta’ qabel l-eżekuzzjoni
F’każ ta’ manteniment tat-tfal, determinat fil-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni tal-manteniment jew il-proċedimenti għar-regolazzjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri, skont il-liġi tista’ ssir seduta ta’ qabel l-eżekuzzjoni għall-kreditur tal-manteniment.
Il-benefiċjarju tal-manteniment tat-tfal jista’ jitlob seduta ta’ qabel l-eżekuzzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 48 tar-Reġim Ġenerali tal-Proċedura għall-Kustodja Ċivili (Regime Geral do Processo Tutelar Cível), jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin: in-nuqqas ta’ ħlas jew dewmien fil-ħlas tal-manteniment; id-debitur tal-manteniment jirċievi dħul regolari minn impjieg, pensjoni, sussidji, commissions, perċentwali, tariffi, bonuses, kontribuzzjonijiet jew dħul simili.
Ir-rikors jingħaqad mal-proċedimenti biex jiġi regolat l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri jew il-proċedimenti għall-manteniment tat-tfal, lu jinstemgħu quddiem il-qorti. Id-debitur tal-manteniment jiġi notifikat biex iħallas il-manteniment fi żmien 10 ijiem mid-data li fiha jsir pagabbli. Jekk id-debitur tal-manteniment jonqos milli jehmeż provi dokumentarji tal-pagament, il-pagamenti tal-manteniment jiġu mnaqqsa fuq bażi mensili mill-paga, salarju, pensjoni, sussidji jew dħul ieħor li jirċievi. Għal dan il-għan, il-korpi responsabbli għall-pagament jiġu notifikati biex jipproċessaw it-tnaqqis fix-xahar u jiddepożitawhom direttament fil-kont tal-bank tal-kreditur tal-manteniment. L-ammonti mnaqqsa jkopru wkoll il-pagamenti ta’ manteniment li jsiru dovuti.
Kif jiġu notifikati, il-persuni jew l-entitajiet kollha li huma responsabbli għall-ipproċessar jew il-ħlas tad-dħul imsemmi jidħlu fl-irwol ta’ depożitarji approvati tal-ammonti mnaqqsa bħala manteniment. B’riżultat t’hekk, jekk jonqsu milli jnaqqsu l-ammont hekk maqbul, issir eżekuzzjoni kontrihom bħala parti mill-proċedimenti li jkunu għaddejjin.
L-ammonti mnaqqsa ma jkoprux il-manteniment li jkun laħaq sar dovut qabel in-notifika lid-debitur biex iħallas. Madankollu, il-pagamenti tal-manteniment li jsiru dovuti huma koperti. Sabiex jiġi rkuprat il-manteniment li sar dovut qabel in-notifika stabbilita f’din is-seduta, il-kreditur tal-manutenzjoni irid jiftaħ proċedimenti ta’ eżekuzzjoni. B’hekk, meta jsir dovut il-manteniment tat-tfal, m’hemmx ostakolu għal min jislef milli jiftaħ fl-istess ħin kemm seduti ta’ qabel l-eżekuzzjoni (għall-ammonti ta’ pagamenti dovuti) u eżekuzzjoni speċjali tal-manteniment (għall-pagamenti ta’ ammonti dovuti).
Mhux meħtieġa seduta ta’ qabel l-eżekuzzjoni qabel wieħed jagħżel li jmur għall-eżekuzzjoni. Hija biss alternattiva għall-eżekuzzjoni. Il-kontestazzjoni mhix permessa, iżda min-naħa l-oħra, il-kreditur tal-manteniment għandu mezzi iktar limitati disponibbli għalih milli fl-eżekuzzjoni, għaliex il-kreditur tal-manteniment jista’ jitlob biss tnaqqis mis-salarju, paga, pensjoni, sussidji jew dħul perjodiku simili ieħor (ma jistax jitlob il-qbid ta’ propjetà, depożiti jew drittijiet ta’ kreditu).
Jekk il-manteniment huwa dak għat-tfal, il-kreditur tal-manteniment jista’, alternattivament, jiftaħ biss proċedimenti speċjali għall-manteniment, kif stabbilit fil-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili. B’hekk, b’miżura waħda, jista’ jirkupra l-ammont totali li huwa dovut jew li daqt irid jitħallas. Matul il-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni, il-kreditur jista’ jmur għal mezzi aktar usa’ ta’ eżekuzzjoni bħall-qbid u pleġġ fuq id-dħul. Il-proċess involut f’dawn il-proċedimenti huwa spjegat iktar l-isfel.
Is-seduta minħabba inadempjenza
Fil-każ ta’ manteniment tat-tfal stabbilit fi proċedimenti dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, skont il-liġi tista’ ssir ukoll seduta minħabba inadempjenza għall-kreditur tal-manteniment skont l-Artikolu 41 tar-Reġim Ġenerali tal-Proċedura għall-Kustodja Ċivili.
Alternattivament, il-kreditur jista’ jitlob għas-smigħ previst fl-Artikolu 48 tar-Regoli Ġenerali tal-Proċedura Ċivili. Dan is-smigħ għandu bħala fini li l-kreditur jitlob lill-qorti tordna l-passi neċessarji biex tiġi infurzata l-konformità u biex jiġi kkundannat lil min ikun naqas li jħallas multa. Bit-talba sabiex jingħaqdu l-proċedimenti, il-qorti tħarrek lill-ġenituri biex jidhru għal laqgħa jew tinnotifika lill-konvenut biex jitlob kif xieraq fi żmien ħames ijiem
Il-ġenituri jistgħu jaqblu dwar l-emendi fir-reġim stabbilit. Jekk ma jaqblux, l-imħallef jiddeċiedi b’mod proviżorju fuq it-talba u jirreferi lill-partijiet għall-medjazzjoni jew għal seduta ta’ smigħ teknika u speċjalizzata. Jekk jibqa’ jkun impossibbli li jintlaħaq ftehim, il-ġenituri jiġu nnotifikati sabiex jippreżentaw it-talbiet tagħhom. Dan jiġi segwit mit-trattazzjoni, il-proċess u s-sentenza.
L-eżekuzzjoni speċjali tal-manteniment
Fi kwalunkwe każ fejn hemm dewmien fil-ħlas tal-manteniment, il-kreditur tal-manteniment jista’ jiftaħ proċedimenti ta’ eżekuzzjoni speċjali għall-manteniment skont il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili. Din ir-regola tapplika kemm jekk il-manteniment huwa dovut lit-tfal jew adulti, u kemm jekk il-manteniment huwa definittiv jew proviżorju.
Matul l-eżekuzzjoni speċjali tal-manteniment, il-petizzjonant jista’ jitlob: li jingħata proporzjon tal-ammonti, salarji jew pensjonijiet li tirċievi l-parti l-oħra; jew pleġġ fuq id-dħul li jappartjeni lid-debitur tal-manteniment.
Din l-aġġudikazzjoni jew pleġġ jseħħu indipendentement mill-qbid u huma intiżi biex ikopru l-pagament tal-ammonti dovuti u dawk li daqt isiru dovuti.
Meta l-petizzjonant jitlob li jingħata ammont, salarju jew pensjoni, il-korp responsabbli għall-ħlas tagħhom jew għall-ipproċessar tal-pagi rispettivi jiġi nnotifikat li għandu jħallas dik il-parti maqbuda direttament lill-petizzjonant. L-ammont maqbud għandu jkun depożitat kull xahar fil-kont tal-bank tal-petizzjonant, li għandu jindika n-numru rispettiv fir-rikors promotur.
Jekk il-petizzjonant jitlob pleġġ fuq id-dħul, huwa għandu jindika l-propjetà li għaliha japplika u l-aġent ta’ eżekuzzjoni jordna illi l-propjetà meqjusa bħala biżżejjed biex tkopri l-bżonnijiet tal-manteniment dovut u li se jsir dovut ssir soġġetta għal pleġġ. Għal dan il-għan jista’ jinstema’ l-konvenut.
Jekk, hekk kif isir il-pleġġ, isir magħruf li d-dħul soġġett għal pleġġ ma kienx biżżejjed, il-petizzjonant jista’ jindika propjetà oħra. Jekk, min-naħa l-oħra, jsir magħruf li d-dħul huwa eċċessiv, il-petizzjonant huwa obbligat jagħti lura l-ammont żejjed lill-konvenut, kif u meta jasallu l-ammont żejjed. Il-konvenut jista’ jitlob ukoll li l-pleġġ ikun limitat għal parti mill-propjetà jew jiġi trasferit fuq propjetà oħra.
L-ammonti indikati jew il-valur tal-pleġġ fuq id-dħul għandhom ikunu suffiċjenti biex ikopru l-pagamenti dovuti, l-imgħax ta' inadempjenza meta l-kreditur jitlobhom, il-pagamenti dovuti u l-aġġornamenti awtomatiċi, jekk ġew stabbiliti.
Il-kreditur xorta jista’ jitlob il-qbid tal-propjetà tad-debitur. Dan il-qbid jista’ jiffoka fuq il-propjetà mobbli u immobbli, depożiti bankarji, drittijiet ta’ kreditu, stabbilimenti kummerċjali jew ishma.
Jekk il-propjetà maqbuda tinbiegħ biex jitħallas manteniment dovut, ir-rimborż tal-ammont żejjed lid-debitur tal-manteniment ma jiġix ordnat sakemm ma jiġix żgurat il-pagament tal-manteniment li jmiss fejn l-imħallef iqis li hekk ikun xieraq, sakemm ma jingħatax titolu ta' sigurtà jew garanzija xierqa oħra.
Id-debitur tal-manteniment għandu jiġi mħarrek biss wara li jkun il-qbid/sekwestru/pleġġ fuq id-dħul. Il-kontestazzjoni tad-debitur għall-eżekuzzjoni jew qbid ma tissospendix l-eżekuzzjoni.
F’każ ta’ talba biex jiġu emendati jew terminati pagamenti ta’ manteniment filwaqt li tkun għadha pendenti l-eżekuzzjoni speċjali għall-manteniment, it-talba għall-emenda jew terminazzjoni jingħaqdu mal-eżekuzzjoni.
L-ordni Ewropew ta’ Infurzar
F’każ ta inadempjenza ma’ ftehim ta’ manteniment i ġej minn strument awtentiku mwettaq quddiem awtoritajiet amministrattivi, jew strument awtentikat minn dawn l-awtoritajiet, fi Stat Membru li mhux marbut mill-Protokoll tal-Aja tal-2007, il-kreditur jista’ jinvoka r-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Ordni Ewropew ta’ Infurzar (l-Artikolu 4(3)(b) tal-imsemmi Regolament u l-Artikolu 68(2) tar-Regolament 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008).
Miżuri ta’ eżekuzzjoni kriminali
L-Artikolu 250 tal-Kodiċi Kriminali jipprovdi għal u jikkundanna r-reat ta’ ksur tal-obbligi ta’ manteniment b’sentenza ta’ priġunerija ta’ bejn xahar u sentejn jew multa sa massimu ta’ 240 ġurnata, skont il-każijiet li hemm indikati.
Il-proċedimenti kriminali jeħtieġu ilment biex jinbdew.
Jekk l-obbligu wara jiġi sodisfatt, il-qorti tista’ tirrinunzja għal jew tneħħi l-perjodu tas-sentenza li ma ġietx skontata bis-sħiħ jew parzjalment,
Fil-prinċipju, il-propjetà kollha tad-debitur li tista’ tinqabad li tista’ tkun soġġetta għal eżekuzzjoni tad-dejn skont il-liġi sostantiva tista’ tkun soġġetta għal eżekuzzjoni. Il-qbid huwa limitat għall-assi meħtieġa biex jitħallsu d-dejn soġġett tal-eżekuzzjoni u l-ispejjeż previsti għall-eżekuzzjoni.
Barra minn hekk, il-liġi tistabbilixxi wkoll il-valuri massimi għall-qbid u l-perjodi ta’ limitazzjoni fuq l-obbligi ta’ manteniment imsemmija hawn taħt.
Limiti fuq il-qbid
Hemm ċertu tipi ta’ propjetà li ma jistgħux ikunu soġġetti għal qbid taħt l-ebda ċirkostanza (propjetà li assolutament ma tistax tinqabad), oħrajn li jistgħu jinqabdu iżda f’ċerti ċirkostanzi biss (propjetà li relattivament tista’ tinqabad) u oħrajn li jistgħu jinqabdu biss parzjalment (propjetà li tista’ tinqabad biss parzjalment).
Propjetà li assolutament ma għandhiex tiġi sekwestrata
Minbarra l-oġġetti eżenti mil-qbid permezz ta’ dispożizzjoni speċjali, dawn li ġejjin assolutament ma jistgħux ikunu soġġetti għal qbid:
Propjetà li relattivament ma tistax tinqabad
Il-propjetà li ġejja relattivament ma tistax tinqabad:
Id-depożiti bankarji jew fi flus kontanti li ġejjin minn kreditu li ma jistax jinqabad, ma jistgħux jinqabdu, bl-istess termini li bih eżista l-kreditu oriġinarjament.
Meta tiġi rkuprata s-somma tal-manteniment, japplikaw ir-regoli msemmija hawn qabel dwar il-qbid assolut u relattiv.
Bħala regola, meta tkun ikkonċernata propjetà parzjalment maqbuda matul l-eżekuzzjoni għall-manteniment, l-ammont li jista’ jinqabad huwa ogħla minn dak indikat fl-eżekuzzjoni fondata fuq talbiet oħra, kif se jiġi spjegat iktar l-isfel.
L-assi li jistgħu jiġu maqbuda parzjalment
Żewġ terzi tas-salarji netti, il-pagi, l-ammonti perjodiċi li jiġu rċevuti bħala pensjoni tal-irtirar jew benefiċċji soċjali oħra, assigurazzjoni, indennizz minħabba inċident, annwalità jew pagamenti ta’ kull tip li jiżguraw l-għajxien għad-debitur ma jistgħux jinqabdu.
Din l-inabilità ta’ qbid għandha limitu massimu ekwivalenti għal tliet pagi minimi nazzjonali għal kull qbid u limitu minimu, meta d-debitur tal-manteniment ma għandux l-ebda dħul ieħor, ekwivalenti għal paga minima nazzjonali. Meta d-dejn pendenti huwa għall-manteniment, ammont ekwivalenti għal pensjoni sħiħa mhux kontributorja ma jistax jinqabad.
Meta jsir qbid ta’ flus jew kontijiet bankarji, l-ammont ekwivalenti għall-paga minima nazzjonali ma jistax jinqabad jew, f’każ ta’ obbligi ta’ manteniment, l-ammont ekwivalenti għal pensjoni mhux kontributorja sħiħa.
Dawk is-salarji, pagi jew pagamenti perjodiċi li ma jistgħux jinqabdu ma jistgħux jiġu kombinati wkoll ma dak li ma jistax jinqabad fi flus jew kontijiet bankarji.
Fl-2019, meta kienet qed tinkiteb din l-iskeda informattiva, il-valur ta’ pensjoni mhux kontributorja kien ta’ EUR 210.32 u l-valur tal-paga minima nazzjonali kien ta’ EUR 600.
Jekk ir-regoli li għadna kif semmejna fuq il-qbid ma jiġux osservati, id-debitur jista’ jikkontestah.
Preskrizzjoni
Il-Kodiċi Ċivili Portugiż jistabbilixxi perjodu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin għal pagamenti tal-manteniment dovuti. Għalhekk, ħames snin wara d-data ta' maturità tal-pagamenti ta’ manteniment, id-dritt għal dawk il-pagamenti jiġi preskritt minħabba nuqqas ta’ azzjoni. Il-perjodu ta’ limitazzjoni jiġi interrott b’ċitazzjoni għal proċedimenti legali rigward il-ħlas tal-manteniment. Min-naħa tiegħu, id-debitur tal-manteniment jista’ jirrinunzja għal-limitazzjoni wara li jiskadi l-perjodu ta’ preskrizzjoni.
F’każ ta’ manteniment tat-tfal, il-perjodu ta' preskrizzjoni ma jibdiex jew jiskadi waqt li t-tfal ma għandhomx rappreżentant. Anke jekk it-tfal għandhom rappreżentant, il-perjodu ta' preskrizzjoni ma jintemmx iktar kmieni minn sena minn meta jilħqu l-età maġġuri.
Il-liġi tal-proċedura ċivili Portugiża ma tipprevedix perjodu ta' preskrizzjoni li wara li jiskadi l-kreditur ma jistax jiftaħ proċedimenti għall-eżekuzzjoni tal-manteniment. Il-pagamenti tal-manteniment previsti jistgħu għalhekk ikunu soġġetti għall-eżekuzzjoni. F’dan il-każ, il-qorti tista’ ma tkunx konxja, ex officio, tal-preskrizzjoni. Sabiex tkun effettiva, il-preskrizzjoni trid titqajjem mid-debitur, li jista’ jikkontesta l-eżekuzzjoni għal din ir-raġuni.
Oppożizzjoni għall-qbid
L-iskadenza ġenerali għall-oppożizzjoni tal-qbid hija ta’ 10 ijiem minn meta d-debitur jiġi nnotifikat bil-qbid. L-iskadenza ġenerali għall-oppożizzjoni tal-eżekuzzjoni hija ta’ 20 jum minn meta d-debitur jiġi mħarrek.
F’każ ta’ eżekuzzjoni speċjali għall-manteniment, id-debitur jiġi mħarrek għall-eżekuzzjoni biss wara li jkun seħħ il-qbid, sekwestru jew pleġġ fuq id-dħul. Flimkien maċ-ċitazzjoni, jiġi notifikat bil-qbid li jkun ġa seħħ.
F’każ ta’ seduti ta’ smigħ ta’ qabel l-eżekuzzjoni fil-qorti tal-minorenni, id-debitur jiġi notifikat qabel jiġi ordnat jagħti pleġġ fuq id-dħul iżda ma jistax jopponi. Huwa jista’ jipprovdi biss provi dokumentarji tal-pagament.
F’każ ta’ manteniment tat-tfal, il-Prosekutur Pubbliku għandu dritt jiftaħ il-proċedimenti xierqa sabiex jistabbilixxi l-manteniment tat-tfal. Kulħadd jista’ jinnotifika lill-Prosekutur Pubbliku bil-bżonn li jiġi determinat jew emendat il-manteniment tat-tfal. Il-Prosekutur Pubbliku joffri servizz ta’ konsulenza għall-pubbliku f’kull qorti.
Iva, fil-każ ta’ manteniment tat-tfal. Huwa magħruf bħala l-Fond ta’ Garanzija għall-Manteniment dovut lill-Minuri (Fundo de Garantia de Alimentos Devidos a Menores), minn issa l-quddiem magħruf bħala l-Fond. Il-Fond huwa ġestit mill-Istitut IP ta’ Ġestjoni Finanzjarja għas-Servizzi Soċjali (Instituto de Gestão Financeira da Segurança Social IP).
Il-Fond irid jiżgura l-pagament, sa ċertu punt, tal-manteniment dovut lill-minuri. Il-pagament isir fuq ordni tal-qorti kompetenti.
Rekwiżiti
Ir-rekwiżiti sabiex jaħdem il-Fond ta’ garanzija huma kif ġej:
Fl-2020 (meta kienet qed titħejja din l-iskeda informattiva) il-valur tal-IAS kien ta’ EUR 438,81. L-ammont tal-IAS fil-prinċipju jiġi aġġornat kull sena; il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti għandha dejjem tiġi kkonsultata għall-ammont applikabbli.
Il-limiti fuq il-ħlas
Jekk jiġu vverifikati r-rekwiżiti hekk indikati, l-Istati jiggarantixxi pagamenti ta’ manteniment fix-xahar sal-limitu massimu muri hawn taħt.
Għal kull debitur, il-pagamenti ta’ manteniment fix-xahar mogħtija ma jistgħux jaqbżu 1 IAS, irrispettivament min-numru ta’ tfal minuri.
Fi ħdan dan il-limitu, il-valur tal-pagamenti li se jiġi garantit mill-Fond irid jiġi stabbilit mill-qorti. Fid-determinazzjoni ta’ dan il-valur, il-qorti tqis il-kapaċità ekonomika tal-unità domestika, l-ammont ta’ manteniment allokat u l-bżonnijiet speċifiċi tal-minuri.
Il-Fond ma jiggarantix pagamenti li għadhom ma tħallsux. Il-pagamenti garantiti mill-Fond huma dovuti mill-ewwel jum tax-xahar wara dak li matulu ġie stabbilit il-valur garantit b’deċiżjoni tal-qorti.
Il-pagament huwa garantit sakemm id-debitur jibda jħares l-obbligi tiegħu b’mod effettiv,
Il-pagamenti mill-Fond jieqfu meta l-minuri jagħlaq 18-il sena.
It-tfal li jkunu ddaħħlu f’istituti ta’ għajnuna soċjali pubbliċi jew privati mhux għall-qligħ, iffinanzjati mill-Istat, persuni ġuridiċi skont il-liġi pubblika, privata jew l-utilità pubblika, ċentri ta’ kurazija edukattivi u ċentri ta’ detenzjoni mhux intitolati għall-pagamenti ta’ manteniment garantiti mill-Fond.
Ipproċessar
Ir-rikorsi biex jiġu determinati l-ammonti pagabbli mill-Fond iridu jitressqu quddiem il-qorti matul il-proċedimenti ta’ nuqqas ta’ adempjenza. Il-Prosekutur Pubbliku jew il-kreditur tal-manteniment huwa responsabbli għas-sottomissjoni tar-rikors.
L-imħallef jordna inkjesta bbażata fuq il-bżonnijiet tat-tfal u mbagħad jieħu deċiżjoni biex isiru l-pagamenti mill-Fond skont il-limiti indikati hawn fuq.
F’każijiet fejn il-manteniment jenħtieġ b’urġenza, l-imħallef jista’ jistabbilixxi manteniment proviżorju li jiġi garantit mill-Fond sakemm tittieħed deċiżjoni finali.
Il-kreditur tal-manteniment irid juri kull sena li għadu jissodisfa r-rekwiżiti sabiex jiggarantixxi dawk il-pagamenti mill-Fond, inkella jitwaqqfu.
Ir-rappreżentant legali tat-tfal jew il-persuna li għandha l-kustodja għandha l-obbligu tinforma lill-qorti jew lill-Fond bi kwalunwke bidliet fi, jew it-tmiem tas-sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ adempjenza jew is-sitwazzjoni li fiha jinsabu t-tfal.
Il-Fond jiġi surrogat fid-drittijiet tat-tfal, sal-limitu li tħallas, sabiex jitlob ir-rimborż mid-debitur tal-manteniment.
Jekk il-kreditur tal-manteniment qiegħed il-Portugall u jixtieq jirkupra l-manteniment fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, irid jippreżenta rikors quddiem id-Direttorat Ġenerali tal-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja (Direcção Geral da Administração da Justiça), li hija entità pubblika. Il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tipprovdix għall-intervent ta’ organizzazzjoni privata għal dawn l-għanijiet.
Id-Direttorat Ġenerali għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja huwa l-Awtorità Ċentrali Portugiża għall-għanijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment ( minn issa l-quddiem magħruf bħala r-Regolament).
Dan ir-Regolament jiffaċilita l-irkupru transfruntier tal-manteniment. Ir-Regolament japplika għal sentenzi mogħtija fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (magħrufa wkoll bħala Stat Membru) u s-sentenzi mogħtija fl-Istati mhux Membri tal-Unjoni Ewropea (magħrufa wkoll bħala Stati terzi). Japplika wkoll mhux biss għad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu l-manteniment wara d-dħul fis-seħħ tiegħu, fit-18 ta’ Ġunju 2011, iżda wkoll għall-manteniment li sar qabel dik id-data. Ikopri l-irkupru tal-manteniment dovut u dak li se jsir dovut, l-aġġornat awtomatiku stabbilit mid-deċiżjoni u l-imgħax fuq pagamenti pendenti. Skont ir-Regolament, il-manteniment stabbilit b’ordni tal-qorti jew minn deċiżjoni ta’ awtorità kompetenti oħra jista’ jiġi rkuprat.
Ir-rikors għall-irkupru tal-manteniment fi Stat Membru ieħor jiġi sottomess lid-Direttorat Ġenerali għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja billi jimtlew u jiġu mehmuża l-formoli apposta annessi mar-Regolament. Il-kreditur irid jehmeż ċerti dokumenti u informazzjoni mal-formoli, li jistgħu ikunu, kif xieraq: ċertifikat tas-sentenza jew deċiżjoni li tat lok għal manteniment definittiv flimkien ma nota li d-deċiżjoni/sentenza għaddiet in ġudikat u m’hemmx appell minnha, li għandha tkun il-formola li qiegħda fl-Anness I tar-Regolament; dokumenti li juri li ibbenefika minn jew qiegħed f’pożizzjoni li jibbenefika mill-għajnuna legali jew proċedimenti mingħajr ħlas; dettalji bankarji fejn jiġu depożitati l-ammonti rkuprati; ċertifikati tat-twelid tat-tfal minuri; ċertifikati ta’ attendenza tal-iskola għat-tfal adulti; il-prokura mogħtija lill-awtorità ċentrali; lista tal-ammonti dovuti.
Il-formola jew formoli li jridu jimtlew u d-dokumenti u l-informazzjoni li jridu jiġu mehmuża mill-kreditur tal-manteniment jinsabu fl-istruzzjonijiet li jistgħu jinkisbu mid-Direttorat Ġenerali għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja. Id-dettalji ta’ kuntatt ta’ dan il-korp huma elenkati fir-risposta għad-domanda “Jekk iva, kif tista’ tiġi kkuntattjata l-awtorità jew l-organizzazzjoni privata?”
It-tipi ta’ proċedimenti li jistgħu jintalbu mid-Direttorat Ġenerali għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja huma spjegati fit-tweġiba għall-mistoqsija: “Jekk dan ikun il-każ, kif tista’ tiġi kkuntattjata dik l-awtorità jew dik l-organizzazzjoni privata u x’tip ta’ assistenza nista’ nirċievi?”
Id-dettalji ta’ kuntatt tal-Awtorità Ċentrali Portugiża huma:
Directorate-General of the Administration of Justice,
Av. D. João II, 1.08.01 D/E
1990-097 LISBON - PORTUGAL
Tel (351) 21 790 65 00
Faks: (351)211545100/60
Email: correio.dsjcji@dgaj.mj.pt
Sit elettroniku: http://www.dgaj.mj.pt/
Lingwi: Portugiż, Spanjol, Franċiż u Ingliż
Fl-irwol tagħha bħala l-Awtorità Ċentrali skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008, id-Direttorat Ġenerali għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja tipprovdi l-appoġġ neċessarju kif deskritt fit-tweġiba għar-risposta “Jekk ninsab f’dan l-Istat Membru u d-debitur għandu r-residenza tiegħu f’pajjiż ieħor: Nista’ nikseb l-għajnuna ta’ awtorità jew organizzazzjoni privata f’dan l-Istat Membru?”
Jekk il-kreditur tal-manteniment qiegħed fi Stat Membru ieħor u jixtieq jitlob li jsir wieħed mill-proċedimenti stipulati fir-Regolament, huwa għandu jippreżenta r-rikors mal-awtorità ċentrali maħtura mill-Istat Membru fejn huwa bbażat. Din l-awtorità ċentrali, min-naħa tagħha, tibgħat it-talba lill-awtorità ċentrali Portugiża li tieħu ħsieb tibgħatha lill-qorti nazzjonali kompetenti, kif xieraq.
Jekk ir-rikorrent qiegħed fi Stat Membru ieħor, huwa għandu jkun jista’ jikkuntattja lid-Direttorat Ġenerali għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja permezz tal-awtorità ċentrali tal-Istat Membru fejn qiegħed ir-rikorrent.
Tista’ tingħata l-għajnuna li ġejja:
Sabiex jiġi rkuprat il-manteniment stabbilit minn deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru ieħor, ir-Regolament jipprovdi tliet tipi differenti ta’ regoli:
(i) regoli li japplikaw għal deċiżjonijiet mogħtija fi Stat Membru li huwa marbut bil-Protokoll tal-Aja tal-2007 (kif inhu fil-każ tal-Portugall);
(ii) regoli li japplikaw għal deċiżjonijiet mogħtija fi Stat Membru li mhux marbut bil-Protokoll tal-Aja tal-2007;
(iii) regoli li japplikaw għal deċiżjonijiet mogħtija fl-Istati Membri kollha.
Id-deċiżjonijiet stabbiliti fit-taqsima msemmija f’(i):
Id-deċiżjonijiet stabbiliti fit-taqsima msemmija f’(ii):
Id-deċiżjonijiet stabbiliti fit-taqsima msemmija fi (iii):
Ir-Regolament jistabbilixxi l-proċeduri li huma disponibbli għall-kredituri tal-manteniment fl-Artikolu 56. F’ċertu każijiet, dawn il-proċeduri ma jkoprux biss id-deċiżjonijiet tal-Istati Membri iżda d-deċiżjonijiet ta’ Stati terzi wkoll.
b’mod speċifiku, il-kreditur tal-manteniment jista’:
Dawn il-proċeduri huwa regolati mil-liġi u r-regoli ta’ ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru rikjest, sakemm ma jkunx hemm arranġamenti oħra stabbiliti fir-Regolament. F’dawn il-każijiet, il-kreditur tal-manteniment jiġi megħjun u rappreżentat mill-awtorità ċentrali jew awtorità pubblika, korp jew persuna oħra maħtura mill-Istat Membru rikjest.
Iva, l-Portugall huwa marbut bil-Protokoll tal-Aja tal-2007. B’hekk, ir-regoli li ġejjin tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 japplikaw għas-sentenzi dwar il-manteniment mogħtija fil-Portugall: l-Artikoli 8, 13 u 17 sa 22.
It-tweġiba għal din il-mistoqsija hija nulla minħabba t-tweġiba fl-affermattiv għall-mistoqsija preċedenti.
Il-liġi nazzjonali Portugiża għandha regoli li jagħtu għajnuna legali komparabbli għal dik mogħtija fil-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008.
F’dak li jikkonċerna l-persuni fiżiċi, dawn li ġejjin għandhom dritt għall-għajnuna legali, sakemm jistgħu juri li m’għandhomx biżżejjed mezzi finanzjarji:
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprovdi għall-applikazzjoni tal-kriterji li ġejjin għall-valutazzjoni tal-insuffiċjenza fil-mezzi finanzjarji ta’ persuni fiżiċi:
Il-parir legali jippermetti lill-parti tikkonsulta avukat sabiex tikseb informazzjoni teknika dwar tilwima speċifika qabel ma tiftaħ jew tiddefendi ruħa minn kawża l-qorti.
L-għajnuna legali, min-naħa l-oħra, tista’ tingħata bit-termini li ġejjin:
L-għajnuna legali tkopri l-ispejjeż speċifiċi ġejjin min-natura transfruntiera tat-tilwim.
Għalhekk, f’każ ta’ rikors għall-għajnuna legali mingħand ċittadin ta’ Stat Membru ieħor għal kawża li fuqha għandhom ġuriżdizzjoni l-qrati Portugiżi, l-għajnuna legali tinkludi l-ispejjeż tat-traduzzjoni, l-interpretar u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-persuni li jridu jidhru l-qorti meta l-preżenza tagħhom hija mitluba u/jew il-Qorti tqis li m’hemmx mod ieħor kif jinstemgħu.
F’każ ta rikors għall-għajnuna legali mitluba minn ċittadini Portugiż sabiex jiftaħ kawża li għaliha għandhom ġuriżdizzjoni l-qrati ta’ Stat Membru ieħor, l-għajnuna legali tkopri l-appoġġ ta’ qabel il-litigazzjoni, sakemm jinfetħu l-proċedimenti fi Stat Membru ieħor, u l-ispejjeż tat-traduzzjoni tar-rekwiżiti u d-dokumenti l-oħra.
Jekk il-benefiċjarju tal-għajnuna legali jitlef il-kawża, is-sistema għar-rimborż tal-pagamenti u l-ispejjeż imħallsa bil-quddiem mill-parti r-rebbieħa hija l-istess għall-kategoriji kollha tal-benefiċjarji individwali indikati hawn fuq, mingħajr diskriminazzjoni bejniethom.
Madankollu, jeżistu regoli fil-liġi nazzjonali li jipprovdu għajnuna legali inqas estensiva minn dik provduta fil-Kapitolu V tar-Regolament u għalhekk din trid tiġi kumpensata b’dan il-mod.
Fil-Portugal, il-minuri huma eżenti mit-tariffi meta jiġu rappreżentati mill-Prosekutur Pubbliku jew minn avukat imqabbad mill-qorti.
Il-minuri jew ir-rappreżentanti legali tagħhom huma eżenti mill-ispejjeż fl-appell ukoll minn deċiżjonijiet marbuta mar-rikors għal, emendi fi jew it-terminazzjoni tal-manteniment, mogħti fi proċedimenti quddiem il-qorti tal-minorenni.
Il-partijiet fi proċedimenti quddiem il-qorti tal-minorenni u l-kawżi l-istatus ta’ persuna huma eżenti mill-ħlas bil-quddiem tat-tariffi tal-qorti. Skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, minuri jsir adult kif jagħlaq 18-il sena.
Madankollu, il-ħlas bil-quddiem tat-tariffi tal-qorti ma jistax jintalab fi proċedimenti quddiem qrati Portugiżi u li għalihom japplika r-Regolament. Dan huwa l-każ fejn il-proċedimenti jikkonċernaw adulti jew minuri, irrispettivament mit-tip ta’ proċedimenti u jekk talba għall-manteniment tingħaqadx ukoll ma’ talba dwar l-istatus tal-persuni (l-Artikolu 44 tar-Regolament).
F'dawn il-proċedimenti, jekk ir-rikorrent ma jikkwalifikax għall-għajnuna legali jew għall-proċedimenti mingħajr ħlas, it-tariffa tal-qorti tista’ tintalab fl-aħħar. Barra minn hekk, il-proċedimenti stabbiliti fl-Artikolu 56 tar-Regolament, fejn hemm l-obbligu tal-ġenituri li jmantnu lil uliedhom ta’ taħt il-21 sena (l-Artikolu 46 tar-Regolament) għandhom ikunu mingħajr ħlas.
Ir-regoli msemmija hawn qabel tar-Regolament huma direttament applikabbli u jestendu, internament, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-għajnuna legali mogħtija mil-leġislazzjoni nazzjonali.
Skont l-imsemmi Artikolu 51 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008, id-Direttorat Ġenerali għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, bħala l-awtorità ċentrali Portugiża, joffri assistenza f'dawk il-proċedimenti stabbiliti fir-Regolament u jieħu l-miżuri xierqa kollha għal dak il-għan.
B’mod partikolari, ir-responsabbiltajiet tiegħu huma:
Sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet, l-Istat Portugiż, u b’mod partikolari id-Direttorat Ġenerali għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, bħala l-awtorità ċentrali adottaw dawn il-miżuri:
Nota
Il-Punt ta’ Kuntatt, il-qrati jew entitajiet oħra u l-awtoritajiet mhumiex marbuta bl-informazzjoni f’din l-iskeda informattiva, Huwa meħtieġ li wieħed xorta jaqra t-testi legali fis-seħħ. Dawn huma soġġetti għal aġġornamenti regolari u l-interpretazzjoni dejjem tevolvi tal-ġurisprudenza.
Din il-paġna web hija parti minn L-Ewropa Tiegħek.
Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.