- 1. Reklamar u pprezzar tal-bejgħ ta' beni maqbuda
- 2. Partijiet terzi li jistgħu jmexxu l-operazzjoni tal-bejgħ
- 3. Tipi ta' rkant li r-regoli jaf ma japplikawx kompletament għalihom
- 4. Informazzjoni dwar ir-reġistru nazzjonali tal-beni
- 5. Informazzjoni dwar bażijiet ta' dejta għall-kredituri biex jidentifikaw il-beni u l-pretensjonijiet tad-debitur
- 6. Informazzjoni oħra dwar bejgħ bil-qorti onlajn
1. Reklamar u pprezzar tal-bejgħ ta' beni maqbuda
L-avviżi dwar l-irkanti jiġu ppubblikati fuq il-bord uffiċjali tal-avviżi tal-uffiċjal ġudizzjarju jew mill-awtorità muniċipali bil-mod li normalment jintuża hemmhekk. Dawn jiġu ppubblikati wkoll fuq il-Portal tal-Irkanti (Portál dražeb) (http://www.portaldrazeb.cz) u fir-Reġistru Ċentrali għall-Eżekuzzjonijiet (Centrální evidence exekucí) (http://www.ceecr.cz).
Fil-każ ta’ rkanti ta’ proprjetà immobbli, l-uffiċjal ġudizzjarju jaħtar espert biex jaċċerta l-valur normali tal-proprjetà, inkluż kwalunkwe tagħmir fiss u fittings u drittijiet individwali u difetti assoċjati mal-proprjetà. Abbażi tar-rapport tal-espert, l-uffiċjal ġudizzjarju jiddetermina l-valur tal-proprjetà. Dan il-valur iservi bħala l-bażi għall-prezz ta’ riżerva, li huwa żewġ terzi tal-prezz li jirriżulta għall-ewwel irkant.
Għal proprjetà mobbli l-valur jiġi ddeterminat f’konformità mal-Att dwar il-Prezzijiet Nru 526/1990 jew fuq il-bażi ta’ stima mill-aġent tal-eżekuzzjoni / uffiċjal ġudizzjarju. Jekk l-għarfien u l-esperjenza ta’ dik il-persuna ma jkunux biżżejjed, jinħatar espert biex iħejji valutazzjoni. Il-prezz ta’ riżerva huwa terz tal-prezz li jirriżulta.
2. Partijiet terzi li jistgħu jmexxu l-operazzjoni tal-bejgħ
Hemm żewġ forom ta’ eżekuzzjoni fir-Repubblika Ċeka.
- Eżekuzzjoni
3. Tipi ta' rkant li r-regoli jaf ma japplikawx kompletament għalihom
L-irkanti ġudizzjarji kollha huma rregolati mid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Att Nru 99/1963 (il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), l-Att Nru 120/2001 (il-Kodiċi ta’ Eżekuzzjoni) u d-Digriet ta’ Implimentazzjoni Nru 418/2001 dwar il-proċeduri għat-twettiq tal-eżekuzzjoni u attivitajiet oħra.
4. Informazzjoni dwar ir-reġistru nazzjonali tal-beni
L-assi jiġu rreġistrati fir-reġistri pubbliċi li ġejjin:
- Proprjetà immobbli: Reġistru tal-Artijiet (katastr nemovitostí)
- Proprjetà mobbli: Ir-Reġistru tal-Vetturi (registr vozidel), ir-Reġistru tal-Bastimenti plavební rejstřík) u r-Reġistru tal-Inġenji tal-Ajru (letecký rejstřík)
- Titoli: Depożitarju Ċentrali tat-Titoli (Centrální depozitář cenných papírů)
5. Informazzjoni dwar bażijiet ta' dejta għall-kredituri biex jidentifikaw il-beni u l-pretensjonijiet tad-debitur
Tinżamm lista ta’ debituri fir-Reġistru Ċentrali tad-Debituri tar-Repubblika Ċeka (Centrální registr dlužníků České republiky) (http://www.centralniregistrdluzniku.cz) li tista’ tiġi kkonsultata mill-kredituri u d-debituri. Il-konsultazzjoni teħtieġ reġistrazzjoni, li hija mingħajr ħlas.
6. Informazzjoni oħra dwar bejgħ bil-qorti onlajn
Il-post fejn għandu jsir l-irkant, li jista’ jkun ukoll online, irid dejjem jiġi speċifikat fl-avviż tal-irkant. Madankollu, l-Istat ma jopera l-ebda dominju uffiċjali għall-organizzazzjoni tal-irkanti. Il-portali mhux uffiċjali jinkludu https://www.exdrazby.cz, http://www.okdrazby.cz u http://www.drazby-exekutori.cz. Biex jieħdu sehem f’irkant, il-parteċipanti jridu jawtentikaw lilhom infushom u jħallsu depożitu.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.