- 1 Liema huma d-drittijiet in rem li jistgħu jqumu minn suċċessjoni skont il-liġi ta’ dan l-Istat Membru?
- 2 Dawn id-drittijiet in rem jiġu reġistrati f’reġistru tad-drittijiet fuq propjetà mobbli jew immobbli u jekk iva, din ir-reġistrazzjoni hija obbligatorja? F’liema reġistru(i) jiġu reġistrati u x’inhuma r-rekwiżiti u l-proċedura ta’ reġistrazzjoni?
- 3 Liema effetti huma marbuta mar-reġistrazzjoni tad-drittijiet in rem?
- 4 Hemm regoli u proċeduri speċifiċi fis-seħħ għall-adattament ta’ dritt in rem li għalih hija intitolata persuna skont il-liġi applikabbli għas-suċċessjonijiet f'każ li l-liġi tal-Istat Membru fejn jiġi invokat id-dritt ma jirrikonoxxix dan id-dritt in rem?
Sib informazzjoni għal kull reġjun
1 Liema huma d-drittijiet in rem li jistgħu jqumu minn suċċessjoni skont il-liġi ta’ dan l-Istat Membru?
Id-drittijiet in rem li ġejjin jistgħu jirriżultaw minn suċċessjoni:
- dritt għall-proprjetà (ir-reġistrazzjoni tiegħu ma xxekkilx drittijiet in rem oħra),
- dritt għall-bini (ir-reġistrazzjoni tiegħu – għal proprjetà immobbli – ma xxekkilx drittijiet in rem oħra),
- servitù (ir-reġistrazzjoni tagħha – għal proprjetà immobbli – ma xxekkilx drittijiet in rem oħra),
- ipoteka (1) fejn biċċa art tiġi ddebitata b’ipoteka, dan jista’ jsir biss bil-qbil tal-kreditur ipotekarju, (2) it-trasferiment tas-sjieda ta’ inġenju tal-ajru ipotekat jeħtieġ il-qbil tal-kreditur ipotekarju,
- rahan,
- trasferiment ta’ titlu bħala sigurtà tal-obbligu (ir-reġistrazzjoni tiegħu – għal każijiet imdaħħla fir-reġistru pubbliku (eż. għal proprjetà immobbli, sehem f’kumpanija b’responsabbiltà limitata, trademark) – ma xxekkilx drittijiet in rem oħra),
- jedd ta’ prelazzjoni (ir-reġistrazzjoni ta’ jedd ta’ prelazzjoni stabbilit kuntrattwalment – għal proprjetà immobbli – ma xxekkilx drittijiet in rem oħra).
2 Dawn id-drittijiet in rem jiġu reġistrati f’reġistru tad-drittijiet fuq propjetà mobbli jew immobbli u jekk iva, din ir-reġistrazzjoni hija obbligatorja? F’liema reġistru(i) jiġu reġistrati u x’inhuma r-rekwiżiti u l-proċedura ta’ reġistrazzjoni?
Titlu possessorju:
- għal proprjetà immobbli, jiġi rreġistrat fir-reġistru tal-artijiet, ir-reġistrazzjoni hija obbligatorja. Għar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni u l-proċedura ta’ reġistrazzjoni, ara: http://www.cuzk.cz/English/Cadastre-of-Real-Estate/Registration-into-the-Cadastre-of-Real-Estate/Registration-into-the-Cadastre-of-Real-Estate.aspx.
- jiġi rreġistrat għal xi proprjetà mobbli, pereż. għal:
- ishma f’kumpanija b’responsabbiltà limitata (irreġistrati fir-reġistru kummerċjali): ir-reġistrazzjoni hija obbligatorja, għar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni u l-proċedura ta’ reġistrazzjoni, ara: https://or.justice.cz/ias/ui/podani,
- titoli rreġistrati (irreġistrati fid-Depożitorju Ċentrali tat-Titoli): ir-reġistrazzjoni hija obbligatorja, għar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni u l-proċedura ta’ reġistrazzjoni, ara: https://www.cdcp.cz/index.php/en/general-public/how-to-arrange/legacy,
- disinji applikati, disinji industrijali, trademarks, privattivi, denominazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta’ oriġini (irreġistrati mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Industrijali): ir-reġistrazzjoni hija obbligatorja, għar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni u l-proċedura ta’ reġistrazzjoni, ara: http://www.upv.cz/cs/sluzby-uradu/formulare/vyplnitelne-pdf.html,
- vetturi (irreġistrati fir-reġistru tal-vetturi): ir-reġistrazzjoni hija obbligatorja, għar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni u l-proċedura ta’ reġistrazzjoni, ara: https://www.mdcr.cz/Media/Media-a-tiskove-zpravy/Aktualizovane-otazky-a-odpovedi-k-problematice-zna,
- bastimenti (irreġistrati fir-reġistru tal-bastimenti): ir-reġistrazzjoni hija obbligatorja, għar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni u l-proċedura ta’ reġistrazzjoni, ara: https://www.mdcr.cz/Dokumenty/Namorni-urad-CR/Namorni-rejstrik-CR,
- inġenji tal-ajru (irreġistrati fir-reġistru tal-inġenji tal-ajru): ir-reġistrazzjoni hija obbligatorja, għar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni u l-proċedura ta’ reġistrazzjoni, ara: http://www.caa.cz/letadla/letecky-rejstrik.
Dritt għall-bini: għal proprjetà immobbli, dejjem irreġistrat fir-reġistru tal-artijiet, ir-reġistrazzjoni hija obbligatorja, għar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni u l-proċedura ta’ reġistrazzjoni, ara d-dritt għall-proprjetà immobbli.
Servitù: għal proprjetà immobbli, dejjem irreġistrata fir-reġistru tal-artijiet, ir-reġistrazzjoni hija obbligatorja, għar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni u l-proċedura ta’ reġistrazzjoni, ara d-dritt għall-proprjetà immobbli.
Rahan:
- fir-rigward tal-proprjetà immobbli, jiġi rreġistrat fir-reġistru tal-artijiet, ir-reġistrazzjoni hija obbligatorja, għar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni u l-proċedura ta’ reġistrazzjoni, ara d-dritt għall-proprjetà immobbli,
- fir-rigward ta’ sehem f’kumpanija b’responsabbiltà limitata, jiġi rreġistrat fir-reġistru kummerċjali, ir-reġistrazzjoni hija obbligatorja, għar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni u l-proċedura ta’ reġistrazzjoni, ara d-dritt għal sehem f’kumpanija b’responsabbiltà limitata,
- fir-rigward ta’ titoli rreġistrati, jiġi rreġistrat fid-Depożitorju Ċentrali tat-Titoli, ir-reġistrazzjoni hija obbligatorja, għar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni u l-proċedura ta’ reġistrazzjoni, ara d-dritt għal titoli rreġistrati,
- fir-rigward ta’ trademarks, disinji industrijali u privattivi, jiġi rreġistrat mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Industrijali, ir-reġistrazzjoni hija obbligatorja, għar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni u l-proċedura ta’ reġistrazzjoni, ara d-dritt għal disinji applikati, disinji industrijali, eċċ.,
- fir-rigward ta’ proprjetà immobbli mhux irreġistrata fir-reġistru tal-artijiet, proprjetà kollettiva, xogħlijiet u proprjetà mobbli oħra (fejn il-ftehim dwar it-titoli jinkiteb fl-għamla ta’ kuntratt notarili), jiġi rreġistrat fir-reġistru tat-titoli, ir-Reġistrazzjoni hija obbligatorja, għar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni u l-proċedura ta’ reġistrazzjoni, ara: https://www.nkcr.cz/sluzby/overovani-a-vypisy-z-rejstriku/vyhledavani-v-rejstricich-a-kontaktni-misto-czech-point.
Rahan: ma jiġi rreġistrat f’ebda reġistru.
Trasferiment ta’ titlu bħala sigurtà tal-obbligu:
- fir-rigward tal-proprjetà immobbli, jiġi rreġistrat fir-reġistru kadastrali tal-proprjetà immobbli, ir-reġistrazzjoni hija obbligatorja, għar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni u l-proċedura ta’ reġistrazzjoni, ara d-dritt għall-proprjetà immobbli,
- fir-rigward ta’ sehem f’kumpanija b’responsabbiltà limitata, jiġi rreġistrat fir-reġistru kummerċjali, ir-reġistrazzjoni hija obbligatorja, għar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni u l-proċedura ta’ reġistrazzjoni, ara d-dritt għal sehem f’kumpanija b’responsabbiltà limitata,
- fir-rigward ta’ trademarks, disinji industrijali u privattivi, jiġi rreġistrat mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Industrijali, ir-reġistrazzjoni hija obbligatorja, għar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni u l-proċedura ta’ reġistrazzjoni, ara d-dritt għal disinji applikati, disinji industrijali, eċċ.,
Jedd ta’ prelazzjoni:
- jedd ta’ prelazzjoni stabbilit kuntrattwalment fir-rigward tal-proprjetà immobbli jiġi rreġistrat fir-reġistru tal-artijiet, ir-reġistrazzjoni hija obbligatorja, għar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni u l-proċedura ta’ reġistrazzjoni, ara d-dritt għall-proprjetà immobbli,
- jedd ta’ prelazzjoni stabbilit kuntrattwalment fir-rigward ta’ sehem f’kumpanija b’responsabbiltà limitata jiġi rreġistrat fir-reġistru kummerċjali, ir-reġistrazzjoni hija obbligatorja, għar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni u l-proċedura ta’ reġistrazzjoni, ara d-dritt għal sehem f’kumpanija b’responsabbiltà limitata,
jedd ta’ prelazzjoni stabbilit kuntrattwalment fir-rigward ta’ trademarks, disinji industrijali u privattivi jiġi rreġistrat mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Industrijali, ir-reġistrazzjoni hija obbligatorja, għar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni u l-proċedura ta’ reġistrazzjoni, ara d-dritt għal disinji applikati, disinji industrijali, eċċ.,
3 Liema effetti huma marbuta mar-reġistrazzjoni tad-drittijiet in rem?
Fir-rigward tar-reġistrazzjoni ta’ drittijiet in rem b’riżultat tal-mewt tas-sid oriġinali (jiġifieri t-trasferiment tad-drittijiet in rem), ir-reġistrazzjoni tagħhom dejjem ikollha effetti dikjaratorji. Is-suċċessjoni tinkiseb, prinċipalment, permezz tal-mewt tat-testatur, fejn din l-akkwiżizzjoni trid tiġi kkonfermata minn qorti. Ir-riżoluzzjoni tal-qorti dwar suċċessjoni tiddikjara r-relazzjonijiet legali effettivi fid-data tal-mewt tat-testatur. Dan il-prinċipju mhuwiex stabbilit b’mod espliċitu bil-liġi b’relazzjoni mar-reġistri pubbliċi individwali.
4 Hemm regoli u proċeduri speċifiċi fis-seħħ għall-adattament ta’ dritt in rem li għalih hija intitolata persuna skont il-liġi applikabbli għas-suċċessjonijiet f'każ li l-liġi tal-Istat Membru fejn jiġi invokat id-dritt ma jirrikonoxxix dan id-dritt in rem?
Ma hemmx regoli speċifiċi għall-adattament ta’ drittijiet in rem barranin li mhumiex magħrufa fis-sistema legali Ċeka.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.