

Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-Artikolu 745c tal-Kodiċi Ċivili (Code civil) jistabbilixxi regoli speċjali fejn is-sjieda ta’ ċerta proprjetà hija kondiviża bejn id-dixxendenti tal-mejjet li jirċievu s-sjieda mingħajr użufrutt u l-konjuġi superstiti li jirċievi l-użufrutt.
Fil-prinċipju, il-konjuġi superstiti jew wieħed mis-sidien mingħajr użufrutt jista’ jitlob għall-konverżjoni sħiħa jew parzjali tal-użufrutt, jiġifieri parti waħda tista’ tixtri s-sjieda mingħajr użufrutt jew l-użufrutt mill-parti l-oħra.
Madankollu, ċerta proprjetà hija eskluża minn din ir-regola:
L-Artikolu 745g tal-Kodiċi Ċivili jipprovdi protezzjoni simili, għall-benefiċċju tal-koabitant legali, għal proprjetà immobbli li ntużat bħala r-residenza komuni tal-familja u l-għamara tagħha.
Barra dan, l-Artikolu 915a tal-Kodiċi Ċivili jipprovdi għall-wirt sfurzat ta’ parti mill-proprjetà (jiġifieri parti riservata) għall-benefiċċju tal-konjuġi superstiti u jistipula, fil-każijiet kollha, li dan il-wirt sfurzat għandu jinkludi mill-inqas il-proprjetà immobbli li kienet qed tintuża bħala r-residenza ewlenija tal-familja u l-għamara tagħha.
Meta s-suċċessjoni kollha jew parti minnha tikkonsisti minn azjenda agrikola, l-eredi f’linja ta’ dixxendenza diretta jistgħu jieħdu f’idejhom, fuq il-bażi ta’ stima, il-proprjetà mobbli u immobbli li tifforma l-azjenda agrikola (l-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu tal-Liġi tad-29 ta’ Awwissu 1988 dwar ir-regoli tas-suċċessjoni għall-azjendi agrikoli bil-għan li tiġi promossa l-kontinwità tagħhom (loi du 29 août 1988 relative au régime successoral des exploitations agricoles en vue d'en promouvoir la continuité)).
Jekk is-suċċessjoni kollha jew parti minnha ma tikkonsistix minn azjenda agrikola, iżda minflok minn proprjetajiet immobbli li kienu jifformaw parti mill-azjenda agrikola tal-mejjet, u jekk wieħed mill-eredi f’linja ta’ dixxendenza diretta attwalment qed jopera dawk il-proprjetajiet fl-azjenda agrikola tiegħu, dan tal-aħħar jista’ jieħu f’idejh dawn il-proprjetajiet ukoll, fuq il-bażi ta’ stima, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Ċivili li jistabbilixxi d-drittijiet tal-konjuġi superstiti u l-koabitant legali superstiti (l-Artikolu 1, it-tielet paragrafu, tal-Liġi tad-29 ta’ Awwissu 1988).
Fl-aħħar nett, l-Artikolu 4 tal-Liġi tas-16 ta’ Mejju 1900 dwar ir-regoli tas-suċċessjoni għal wirt żgħir (loi du 16 mai 1900 sur le régime successoral des petits héritages) jipprovdi li, fejn is-suċċessjoni kollha jew parti minnha tikkonsisti minn proprjetajiet immobbli li għalihom id-“dħul kadastrali” sħiħ (dħul minn kiri nozzjonali) ma jaqbiżx l-EUR 1 565 (l-Artikolu 1 tal-Liġi), mingħajr preġudizzju għad-drittijiet konferiti fuq il-konjuġi superstiti bl-Artikolu 1446 tal-Kodiċi Ċivili, kull wieħed mill-eredi f’linja diretta u, fejn applikabbli, il-konjuġi superstiti li mhuwiex divorzjat jew separat legalment mill-mejjet jistgħu jieħdu f’idejhom, fuq il-bażi ta’ stima, jew il-bini okkupat sal-mewt mill-mejjet, il-konjuġi tiegħu/tagħha jew wieħed mid-dixxendenti tiegħu/tagħha u l-għamara tiegħu, jew id-dar, l-għamara u l-art li l-okkupant tad-dar uża personalment f’ismu, it-tagħmir agrikolu u l-annimali użati għall-kultivazzjoni, jew l-oġġetti, il-materja prima, it-tagħmir professjonali u aċċessorji oħra użati fuq bażi kummerċjali, ta’ skala żgħira jew industrijali.
Dawn id-dispożizzjonijiet huma obbligatorji, iżda l-liġi ma tgħidx espressament jekk dawn jenħtieġx li jiġu applikati irrispettivament mil-liġi applikabbli.
Diversi proċeduri jeżistu biex jiggarantixxu dawn id-drittijiet:
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.