Informazzjoni ġenerali dwar Sib Kumpanija
Ħoloq għall-paġni web tar-reġistri nazzjonali
Dwar dan is-servizz
Tista' tikseb informazzjoni dwar kumpaniji rreġistrati fir-reġistri tan-negozju fl-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja bl-użu tas-servizz "Sib kumpanija".
Dan huwa parti mis-Sistema ta' Interkonnessjoni tar-Reġistri tan-Negozju (BRIS), stabbilita b'konformità mad-Direttiva 2012/17/UE u mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/884.
Sib aktar dwar ir-reġistri tan-negozju nazzjonali u l-informazzjoni li jżommu dwar il-kumpaniji.
Għal kull domanda dwar is-servizz jekk jogħġbok ikkuntattja just-bris-helpdesk@ec.europa.eu.
Kif jaħdem
Biex tfittex kumpanija:
- Fittex skont in-numru tal-kumpanija u/jew in-numru tar-reġistrazzjoni.
- Se tara lista ta’ riżultati li jqabblu t-tiftixa tiegħek mal-informazzjoni tal-kumpanija bażika.
- Imbagħad tkun tista' tara iktar dettalji dwar il-kumpanija.
- Is-sistema turik lista ta' informazzjoni disponibbli li l-kumpanija tkun ippreżentat lir-reġistru tan-negozju nazzjonali.
Pereżempju:- l-istatut ta' assoċjazzjoni
- il-kontijiet annwali
- il-kapital sottoskritt
- ir-rappreżentanza legali tal-kumpanija.
- Agħżel id-dokument(i) li trid u itfagħhom fil-baskett tiegħek.
- Kif tagħżel id-dokumenti li teħtieġ mur fiċ-check out.
NB: Għalissa tista' titlob biss informazzjoni li r-reġistri nazzjonali jipprovdu bla ħlas. Għal dokumenti bi ħlas, il-prezzijiet murija fuq il-portal tagħna huma pprovduti mir-reġistri nazzjonali u huma biss indikattivi u soġġetti li jinbidlu. Biex titlob kwalunkwe wieħed minn dawk id-dokumenti, jekk jogħġbok mur fis-sit web tar-reġistru nazzjonali, fejn ikun speċifikat il-prezz finali. |
Dokumenti
Konsenja tad-dokumenti
Id-dokumenti li jistgħu jiġu kkonsenjati b'mod immedjat se tkun tista' tniżżilhom mill-brawżer tiegħek.
Kull dokument ieħor tirċevih bil-posta elettronika peress li l-konsenja tagħhom issir mir-reġistri nazzjonali. Dan jista' jieħu sa 14-il jum.
Aċċess għad-dokumenti
Ladarba dokument tkun tista' tniżżlu fil-brawżer tiegħek, tkun tista' tissejvjah lokalment għall-użu personali tiegħek.
Dokumenti mibgħuta bil-posta elettronika jkunu jistgħu jitniżżlu għal 6 ijiem mill-mument li jaslu.
Ħoloq għall-paġni web tar-reġistri nazzjonali
Pajjiż |
Reġistru tan-negozju |
L-Awstrija |
Österreichisches Firmenbuch/Official Business Register |
Il-Belġju |
Kruispuntbank van Ondernemingen/Banque-Carrefour des Entreprises/ Zentrale Unternehmensdatenbank https://economie.fgov.be/en/themes/enterprises/crossroads-bank-enterprises https://kbopub.economie.fgov.be/kbopub/zoeknummerform.html?lang=en |
Il-Bulgarija |
Търговски регистър/Commercial Register |
Il-Kroazja |
Sudski registar/Court Register |
Ir-Repubblika Ċeka |
Verejny restrik (obchodni rejstrik)/Public Register (Commercial Register) |
Ċipru |
Έφορος Εταιρειών/Registrar of Companies http://www.mcit.gov.cy/mcit/drcor/drcor.nsf/index_en/index_en?OpenDocument |
Id-Danimarka |
Erhvervsstyrelsen/Danish Business Authority |
L-Estonja |
Äriregister/Commercial Register |
Il-Finlandja |
Patentti-ja Rekisterihallitus/Finnish Patent and Registration Office |
Franza |
Registre du Commerce et des Sociétés/Business Register |
Il-Ġermanja |
Handelsregister/Business Register https://www.handelsregister.de/rp_web/welcome.do?language=en Unternehmensregister/Commercial Register https://www.unternehmensregister.de/ureg/?submitaction=language&language=en |
Il-Greċja |
Γενικό Εμπορικό Μητρώο (Γ.Ε.ΜΗ.)/Greek (Hellenic) |
L-Ungerija |
Országos Cégnyilvántartó és Céginformációs Rendszer/ Company information system |
L-Iżlanda |
Fyrirtækjaskrá RSK/ Register of Enterprises |
L-Irlanda |
The Companies Registration Office – an Oifig um Chlarú Cuideachtaí |
L-Italja |
Registro delle imprese/Business Register |
Il-Latvja |
Latvijas Republikas Uzņēmumu Reģistrs/Register of Enterprises of The Republic of Latvia |
Il-Liechtenstein |
Amt für Justiz – Handelsregister/Commercial Register |
Il-Litwanja |
Juridinių asmenų registras/Register of Legal Entities |
Il-Lussemburgu |
Registre de commerce et des sociétés/Trade and Companies Register |
Malta |
Registru tal-Kumpaniji ta'Malta/Registrar of Companies Malta |
In-Netherlands |
Handelsregister/Business Register https://www.kvk.nl/english/ordering-products-from-the-commercial-register/ |
In-Norveġja |
Foretaksregisteret/Register of Business Enterprises |
Il-Polonja |
Krajowy Rejestr Sądowy/ National Court Register https://ekrs.ms.gov.pl/web/wyszukiwarka-krs/strona-glowna/index.html |
Il-Portugall |
Registo Comercial/Commercial Register |
Ir-Rumanija |
Oficiul National al Registrului de Comert/National Trade Register Office |
Is-Slovakkja |
Obchodný register |
Is-Slovenja |
Poslovni register Slovenije/Slovenian Business Register |
Spanja |
Colegio de registradores |
L-Iżvezja |
Bolagsverket/Swedish Companies |
Protezzjoni tad-dejta
Biex tkun taf kif nipproteġu d-dejta personali tiegħek, jekk jogħġbok aqra l-avviż legali tagħna, b'mod partikolari l-avviż ta' privatezza u r-regoli tal-protezzjoni tad-dejta.
Tista' ssib ta' utilità wkoll li taqra r-regoli tal-protezzjoni tad-dejta fil-pajjiżi li qed jieħdu sehem fil-BRIS (330 Kb)
.
Forom ta' kumpaniji
Dan is-servizz ikopri kumpaniji privati b'responsabbiltà limitata u l-fergħat tagħhom irreġistrati f'wieħed mill-pajjiżi tal-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja.
Huwa jkopri wkoll kumpaniji rreġistrati bħala Kumpanija Ewropea (Societas Europea jew SE).
Il-forom ġuridiċi jidhru fil-lingwa oriġinali flimkien ma' deskrizzjoni fil-qosor fil-lingwi uffiċjali kollha.
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.