Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE

Belġju

Il-kontenut ipprovdut minn
Belġju

Liema awtorità se tgħinni nibgħat talba lil pajjiż ieħor tal-UE?

(a) Il-Kummissjoni għall-assistenza finanzjarja lill-vittmi ta’ atti ta’ vjolenza intenzjonali (Commission pour l’aide financière aux victimes d’actes intentionnels de violence) tista’ tgħin lill-vittmi li huma ċittadini Belġjani jew residenti tal-Belġju biex jiksbu kumpens f’pajjiż ieħor tal-UE.

Indirizz:

Commission pour l’aide financière aux victimes d’actes intentionnels de violence
SPF Justice
Boulevard de Waterloo 115
1000 BRUXELLES

(b) Għall-każijiet ta’ vittmi ta’ terroriżmu, jeħtieġ li tiġi kkuntattjata t-Taqsima tat-Terroriżmu tal-Kummissjoni.

Indirizz postali:

Commission pour l’aide financière aux victimes d’actes intentionnels de violence – Division Terrorisme
SPF Justice
Boulevard de Waterloo 115
1000 BRUXELLES
Indirizz tal-Email: terrorvictims@just.fgov.be

X’inhu l-irwol tal-awtorità ta’ assistenza?

Skont l-Artikolu 40 tal-Liġi tal-1 ta’ Awwissu 1985, bħala l-awtorità ta’ assistenza f’każ transfruntier, il-Kummissjoni hija responsabbli li:

1. tipprovdi lir-rikorrent bl-informazzjoni essenzjali dwar il-possibbiltajiet ta’ talba ta’ kumpens fl-Istat Membru fejn ikun twettaq l-att, kif ukoll il-forom ta’ talba meħtieġa, ibbażati fuq manwal prodott mill-Kummissjoni Ewropea;

2. fuq talba, tipprovdi lir-rikorrent, bi gwida u b'informazzjoni ġenerali dwar kif il-formola jenħtieġ li timtela u liema dokumentazzjoni ta’ sostenn jaf tkun meħtieġa;

3. tibgħat it-talba u kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ sostenn mill-aktar fis lill-awtorità li tiddeċiedi tal-Istat Membru tal-UE fejn ikun twettaq l-att, bl-użu tal-formola standard prodotta mill-Kummissjoni Ewropea;

4. jekk ikun meħtieġ, tipprovdi lir-rikorrent bil-gwida ġenerali biex jissodisfa kull talba għal informazzjoni supplimentari mill-awtorità li tiddeċiedi u, fuq it-talba tar-rikorrent, tibgħat tali informazzjoni mill-aktar fis direttament lill-awtorità li tiddeċiedi, u fejn xieraq, tehmeż lista’ ta’ kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ sostenn mibgħuta;

5. tagħmel l-arranġamenti meħtieġa meta l-awtorità li tiddeċiedi, tiddeċiedi li tisma’ lir-rikorrent jew lil kwalunkwe persuna bħal xhud jew espert.

Din l-awtorità se tittraduċi d-dokumenti ta’ prova, jekk it-talba li toħroġ tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għal dan?

Din il-kwistjoni għadha ma qamitx u għadha qed tiġi kkunsidrata.

Hemm xi imposti amministrattivi jew imposti oħrajn li għandhom jitħallsu meta t-talba tintbagħat barra mill-pajjiż?

Le.

L-aħħar aġġornament: 14/01/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.