Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE

Bulgarija

Il-kontenut ipprovdut minn
Bulgarija

Liema awtorità se tgħinni nibgħat talba lil pajjiż ieħor tal-UE?

IL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA TAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA

Il-Kunsill Nazzjonali għall-Assistenza u l-Kumpens lill-Vittmi ta’ Reat

Indirizz: 1 Slavyanska Street, Sofia 1040, Republic of Bulgaria

Sit web: https://www.compensation.bg

X’inhu r-rwol tal-awtorità li tassisti?

Il-Kunsill Nazzjonali għall-Assistenza u l-Kumpens lill-Vittmi ta’ Reat tfittex assistenza mill-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi oħra f’każijiet fejn ċittadini Bulgari jkunu saru vittmi ta’ reat f’pajjiż ieħor. Huwa jassisti wkoll ċittadini barranin li jkunu qed jgħixu legalment fir-Repubblika tal-Bulgarija sabiex jipprovdi miżuri ta’ appoġġ.

Il-Kunsill Nazzjonali jassisti ċittadini Bulgari li jkunu saru vittmi ta’ reat fi Stat Membru ieħor tal-UE sabiex jimlew l-applikazzjonijiet għall-kumpens u jibgħat il-formoli mimlija lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor ikkonċernat.

Din l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk it-talba tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għal dan?

Iva, hija tagħmel dan. Il-Kunsill Nazzjonali għall-Assistenza u l-Kumpens lill-Vittmi ta’ Reat tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn jekk ikun meħtieġ. Il-vittmi ta’ reat ma jħallsux għal din it-traduzzjoni.

Hemm xi imposti amministrattivi jew imposti oħra li jridu jitħallsu meta t-talba tintbagħat lil pajjiż ieħor?

Le, ma hemmx.

L-aħħar aġġornament: 25/07/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.