- Liema awtorità se tgħinni nibgħat talba lil pajjiż ieħor tal-UE?
- X’inhu r-rwol tal-awtorità tal-assistenza?
- Din l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk it-talba li tkun qed tintbagħat tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għaliha?
- Hemm spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li jridu jitħallsu meta t-talba tintbagħat barra mill-pajjiż?
Liema awtorità se tgħinni nibgħat talba lil pajjiż ieħor tal-UE?
State Treasury (Valtiokonttori)
P.O. Box 50
00054 State Treasury, Finland
E-mail: rikosvahingot@valtiokonttori.fi
https://www.valtiokonttori.fi/en/service/compensation-to-crime-victims/
X’inhu r-rwol tal-awtorità tal-assistenza?
Jekk inti kont vittma ta’ reat vjolenti u intenzjonat fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, inti tista’ tikseb informazzjoni mit-Teżor tal-Istat dwar id-dritt tiegħek biex titlob kumpens mill-awtorità għal ħsara kriminali fil-pajjiż fejn twettaq ir-reat. Inti tista’ tikseb ukoll il-formoli ta’ applikazzjoni meħtieġa mit-Teżor tal-Istat, kif ukoll gwida u informazzjoni ġenerali dwar kif trid timla l-formola ta’ applikazzjoni u x’dokumenti jista’ jkollok bżonn tehmeż mal-applikazzjoni.
Inti tista’ tippreżenta l-applikazzjoni lit-Teżor tal-Istat, li jibgħatha flimkien mal-annessi tagħha għall-kumpens lill-awtorità kompetenti tal-post fejn twettaq ir-reat.
Jekk l-awtorità tal-kumpens ta’ Stat Membru ieħor titolbok tipprovdi aktar informazzjoni, it-Teżor tal-Istat se jagħtik gwida ġenerali, jekk meħtieġ, dwar kif twieġeb għat-talba u titrażmetti l-informazzjoni addizzjonali lill-awtorità tal-kumpens li tkun talbitha.
It-Teżor tal-Istat se jipprovdi wkoll għajnuna uffiċjali lill-awtorità tal-kumpens tal-Istat Membru l-ieħor billi jirranġa opportunità biex din tikkonsulta l-applikant, ix-xhieda, esperti jew individwi oħrajn li jinsabu fil-Finlandja. Inkella, it-Teżor tal-Istat jista’ jikkonsulta wkoll dawn il-persuni huwa stess u jibgħat ir-rapport li jipproduċi dwar dik il-konsultazzjoni lill-awtorità tal-kumpens.
Din l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk it-talba li tkun qed tintbagħat tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għaliha?
It-Teżor tal-Istat jieħu ħsieb it-traduzzjoni tal-applikazzjoni u tad-dokumenti mehmużin magħha f’lingwa approvata mill-pajjiż fejn twettaq ir-reat. Inti mhux se tintalab tħallas xi tariffa għat-traduzzjoni tad-dokumenti.
Hemm spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li jridu jitħallsu meta t-talba tintbagħat barra mill-pajjiż?
Inti mhux se tintalab tħallas xi tariffa għat-trażmissjoni tat-talba.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.