- Liema awtorità tgħinni biex nibgħat talba pajjiż ieħor tal-UE?
- X’inhu r-rwol tal-awtorità ta' assistenza?
- Din l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk it-talba tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għaliha?
- Hemm tariffi amministrattivi jew tariffi oħrajn li għandhom jitħallsu meta t-talba tintbagħat barra mill-pajjiż?
Liema awtorità tgħinni biex nibgħat talba pajjiż ieħor tal-UE?
L-Awtorità Ellenika tal-Assistenza (Ellinikí Archí Syndromís)
96 Mesogeion Avenue
11527, Athens
Tel. +30 213 130 7056
Posta elettronika: assistingauthority@justice.gov.gr
https://www.ministryofjustice.gr/English/?page_id=762
X’inhu r-rwol tal-awtorità ta' assistenza?
Tista’ tibgħatlek formola tat-talba biex timlieha u tagħtik informazzjoni dwar kwistjonijiet proċedurali u dwar id-dritt tal-Istat l-ieħor. Tista’ wkoll timmedja fir-rigward ta’ kwalunkwe kjarifika dwar it-talba tiegħek.
Hija tilqa' t-talba tiegħek u tgħaddiha lill-awtorità tal-assistenza korrispondenti fil-pajjiż l-ieħor, mingħajr ma hija stess tagħmel evalwazzjoni tat-talba, u tinfurmak bil-progress tal-każ.
Hija tassisti lill-awtorità ta' kumpens tal-Istat Membru kkonċernat fis-smigħ tar-rikorrent jew ta’ partijiet oħrajn bħal xhieda jew esperti.
Fuq talba mill-awtorità ta' kumpens tal-Istat Membru kkonċernat: (a) din tgħin lill-awtorità ta' kumpens meta s-smigħ jitmexxa direttament mill-awtorità ta' kumpens, bit-telefown jew permezz ta’ vidjokonferenza, skont id-dritt Grieg, f’liema każ l-Awtorità tal-Assistenza tipprovdi u tiżgura l-infrastruttura loġistika meħtieġa; jew (b) tmexxi s-smigħ hija stess, skont id-dritt Grieg, u tibgħat rapport dwar is-smigħ lill-awtorità ta' kumpens tal-Istat Membru kkonċernat. F'dan l-aħħar każ, ir-rapport dwar is-smigħ, li jitfassal bil-Grieg, jiġi tradott fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru l-ieħor jew fi kwalunkwe lingwa oħra tal-UE li dak l-Istat Membru jkun iddikjara li jista’ jaċċetta.
L-ispejjeż imġarrba mill-Awtorità Ellenika tal-Assistenza għal dan l-għan jitħallsu mill-Istat Grieg.
Din l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk it-talba tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għaliha?
Il-formola tat-talba u kwalunkwe dokument ta’ sostenn meħtieġ jiġu tradotti taħt ir-responsabbiltà u aspejjeż tal-Awtorità Ellenika tal-Assistenza fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn tkun tinsab l-entità ta' kumpens li tintbagħtilha d-dokumentazzjoni, jew fi kwalunkwe lingwa oħra tal-UE li dak l-Istat Membru jkun indika li jista’ jaċċetta.
Hemm tariffi amministrattivi jew tariffi oħrajn li għandhom jitħallsu meta t-talba tintbagħat barra mill-pajjiż?
Le, sakemm il-pajjiż li jirċievi t-talba ma jimponi ebda tariffa.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.