Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Latvjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE

Latvja

Il-kontenut ipprovdut minn
Latvja

Liema awtorità se tgħinni nibgħat talba lil pajjiż ieħor tal-UE?

L-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali (Juridiskās palīdzības administrācija)
Pils laukums 4
Riga

Telefown: +371 67514208
Linja ta’ assistenza mingħajr ħlas: +371 80001801
Faks : +371 67514209

Posta elettronika: jpa@jpa.gov.lv
Sit web: https://www.jpa.gov.lv/par-mums-eng

X'inhu r-rwol tal-awtorità tal-assistenza?

Il-vittma tista’ tippreżenta talba għall-kumpens mill-Istat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tal-Unjoni Ewropea bl-assistenza tal-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali.

L-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali tipprovdi lill-vittma b’informazzjoni dwar il-provvedimenti għall-ħlas, il-proċedura u r-rekwiżiti addizzjonali għall-kumpens mill-Istat stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea. Din tiżgura wkoll li l-persuni involuti fil-proċedimenti kriminali jkunu jistgħu jinstemgħu, meta jintalbu mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea li tirrieżamina t-talba għal kumpens mill-Istat.

Din l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk it-talba li tkun qed tintbagħat tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għaliha?

Int għandek tippreżenta t-talba għall-kumpens mill-Istat bil-lingwa li l-Istat Membru kkonċernat tal-Unjoni Ewropea indika li jaċċetta.

L-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali se tiżgura t-traduzzjoni tad-dokumenti neċessarji li hi tibgħat lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u l-ispejjeż tat-traduzzjoni jkunu koperti mill-baġit nazzjonali.

Hemm spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li jridu jitħallsu meta t-talba tintbagħat barra mill-pajjiż?

Jekk it-talba għall-kumpens mill-Istat tintbagħat lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea permezz tal-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali, il-vittma ma jkollhiex bżonn tħallas għall-ispejjeż assoċjati mat-trażmissjoni tat-talba.

L-aħħar aġġornament: 18/12/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.