- Liema awtorità se tgħinni biex nibgħat pretensjoni f’pajjiż ieħor tal-UE?
- X’inhu r-rwol tal-awtorità ta’ assistenza?
- Din l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk il-pretensjoni tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għaliha?
- Hemm spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li għandhom jitħallsu meta l-pretensjoni tintbagħat barra mill-pajjiż?
Sib informazzjoni għal kull reġjun
Liema awtorità se tgħinni biex nibgħat pretensjoni f’pajjiż ieħor tal-UE?
Il-Ministeru tal-Ġustizzja
13, rue Erasme
L-2934
LUXEMBOURG
Tel.: (352) 2478 45 27, (352) 2478 45 17
Faks: (352) 26 68 48 61, (352) 22 52 96
Email: info@mj.public.lu
Sit web: http://www.mj.public.lu/services_citoyens/indemnisation/index.html
X’inhu r-rwol tal-awtorità ta’ assistenza?
Il-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Lussemburgu se jgħin lill-vittma biex tikseb informazzjoni essenzjali dwar il-possibbiltajiet li tressaq pretensjoni għal kumpens fi Stat Membru ieħor u biex tibgħat il-pretensjoni ta’ kumpens lill-awtorità responsabbli f’dak l-Istat Membru l-ieħor sabiex dan ikun jista’ jiddeċiedi dwar il-pretensjoni.
Il-Ministeru tal-Ġustizzja bl-istess mod se jgħin lill-vittma meta tkun meħtieġa informazzjoni addizzjonali mill-awtorità li qed tiddeċiedi fl-Istat Membru l-ieħor.
Fejn applikabbli, il-Ministeru tal-Ġustizzja għandu jagħmel arranġamenti biex il-vittma tinstema’ mill-awtorità li qed tiddeċiedi, b’mod partikolari permezz ta’ konferenzi bit-telefon. Jista’ wkoll jingħata struzzjonijiet mill-awtorità li qed tiddeċiedi biex jikseb dikjarazzjonijiet orali mill-vittma, li jiġu rreġistrati f'rapport li għandu jintbagħat lill-awtorità li qed tiddeċiedi.
Din l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk il-pretensjoni tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għaliha?
Il-pretensjoni li tkun se tiġi ppreżentata tista’ tintbagħat bil-Ġermaniż, bil-Franċiż jew bl-Ingliż sabiex, fil-prinċipju, it-traduzzjoni ma tkunx meħtieġa.
Hemm spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li għandhom jitħallsu meta l-pretensjoni tintbagħat barra mill-pajjiż?
Le.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.