Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE

Olanda

Il-kontenut ipprovdut minn
Olanda

Liema awtorità ser tgħinni biex nibgħat pretensjoni f’pajjiż ieħor tal-UE?

Il-Fond għal Kumpens għal Reati Vjolenti (Schadefonds Geweldsmisdrijven)

Indirizz:
Kneuterdijk 1
2514 EM The Hague

Telefon: 070-4142000
Posta elettronika: info@schadefonds.nl

Indirizz postali:
Kneuterdijk 71
2501 EM The Hague

X’inhu r-rwol tal-awtorità ta’ assistenza?

Il-Fond ta’ Kumpens għal Reati Vjolenti jibgħat formola ta’ applikazzjoni għall-fond barrani rilevanti fuq talba. Ladarba l-Fond ikun irċieva l-formola ta’ applikazzjoni mimlija u kwalunkwe dokument li jakkumpanjaha mingħandek, huwa jittraduċihom, jekk ikun hemm bżonn, u mbagħad jgħaddihom lill-fond barrani.

Din l-awtorità ser tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk il-pretensjoni tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għaliha?

Il-Fond jara li d-dokumenti jiġu tradotti, jekk ikun hemm bżonn, u jħallas l-ispejjeż hu stess.

Hemm spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li għandhom jitħallsu meta l-pretensjoni tintbagħat barra mill-pajjiż?

Le.

L-aħħar aġġornament: 26/10/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.