Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE

Rumanija

Il-kontenut ipprovdut minn
Rumanija

Liema awtorità ser tgħini biex nibgħat talba f’pajjiż ieħor tal-UE?

L-awtorità ta’ assistenza Rumena maħtura skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE hija;

Il-Ministeru tal-Ġustizzja (Ministerul Justiției)
Direttorat għad-Dritt Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja (Direcția Drept International și Cooperare Judiciară)
Servizz ta’ Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali f’Materji Ċivili u Kummerċjali (Serviciul Cooperare judiciară internațională în materie civilă și comercială)

Triq Apolodor nru 17, Settur 5, Bucharest, kodiċi 050741
Tel. +40 372041077
Fax +40 372041079
E-mail: dreptinternational@just.roddit@just.ro

X’inhu r-rwol tal-awtorità ta’ assistenza?

Ċittadini Rumeni, persuni mingħajr Stat jew ċittadini barranin residenti legalment fir-Rumanija, li huma vittmi ta’ att kriminali volontarju mwettaq bi vjolenza fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor tal-UE, jistgħu jitolbu, bl-appoġġ tal-awtorità ta’ assistenza fir-Rumanija, kumpens finanzjarju mill-Istat li fit-territorju tiegħu ikun sar ir-reat skont ir-rekwiżiti tal-liġi ta’ dak l-Istat.

Ċittadini Rumeni, persuni mingħajr Stat jew ċittadini barranin residenti legalment fir-Rumanija, li huma vittmi ta’ att kriminali volontarju mwettaq bi vjolenza fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor tal-UE, jistgħu jippreżentaw talba lill-Ministeru tal-Ġustizzja biex jiksbu kumpens finanzjarju mill-Istat li fit-territorju tiegħu jkun twettaq ir-reat, flimkien mad-dokumenti ta' sostenn meħtieġa.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja jipprovdi li-rikorrent bl-informazzjoni meħtieġa dwar il-possibbiltajiet li jitlob kumpens finanzjarju mill-Istat li fit-territorju tiegħu sar ir-reat, il-formoli tal-applikazzjoni meħtieġa, u informazzjoni u indikazzjonijiet dwar kif għandha timtela l-formola tal-applikazzjoni u d-dokumenti ta' sostenn meħtieġa.

Din l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk it-talba tkun teħtieġ din? Jekk iva, min iħallas għal dan? Jekk iva, min iħallas għaliha?

L-ispejjeż relatati mat-traduzzjoni tad-dokumenti jistgħu jitħallsu mill-Ministeru tal-Ġustizzja biss jekk il-vittma jew il-familja tal-vittma ma jkunux jistgħu jagħmlu dan.

Hemm spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li għandhom jitħallsu meta t-talba tintbagħat barra mill-pajjiż?

Le.

L-aħħar aġġornament: 15/10/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.