Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE

Slovenja

Il-kontenut ipprovdut minn
Slovenja

Liema awtorità se tgħinni biex nibgħat talba f’pajjiż ieħor tal-UE?

Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tas-Slovenja
Župančičeva 3
Ljubljana

Telefown: +386 1 369 53 38
Fax: +386 1 369 53 06

Posta elettronika: gp.mp@gov.si
Sit web: https://www.gov.si/drzavni-organi/ministrstva/ministrstvo-za-pravosodje/

X’inhu r-rwol tal-awtorità ta’ assistenza?

Il-Ministeru tal-Ġustizzja (bħala awtorità tal-assistenza) hu responsabbli għall-kooperazzjoni u għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Kumitat (li jiddeċiedi dwar il-kumpens), il-pulizija u l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi oħra, u jgħin biex jinstabu soluzzjonijiet xierqa f’każijiet transfruntiera (meta barrani jisfa vittma fir-Repubblika tas-Slovenja jew meta ċittadin Sloven jisfa vittma barra pajjiżu).

Il-Ministeru tal-Ġustizzja jipprovdi lir-rikorrenti b’informazzjoni bażika dwar il-possibbiltajiet u l-kundizzjonijiet għat-talba ta’ kumpens fi Stati Membri oħra u, għalhekk, jitlob ukoll informazzjoni mingħand l-awtoritajiet ta’ Stati Membri oħra. Il-Ministeru tal-Ġustizzja hu kompetenti wkoll biex jirċievi u jgħaddi talbiet f’każijiet transfruntiera.

Din l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk it-talba tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għaliha?

Iva, l-ispejjeż tat-traduzzjoni huma koperti mir-Repubblika tas-Slovenja.

Hemm spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li għandhom jitħallsu meta t-talba tintbagħat barra mill-pajjiż?

Le. Ma tintalab ebda tariffa għat-talbiet, għall-azzjonijiet u għad-deċiżjonijiet fi proċedimenti ta’ kumpens skont l-Att dwar il-Kumpens għall-Vittmi ta’ Reati (Zakon o odškodnini žrtvam kaznivih dejanj – ZOZKD).

L-aħħar aġġornament: 17/01/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.