- Liema awtorità ser tgħinni biex nibgħat talba f’pajjiż ieħor tal-UE?
- X’inhu r-rwol tal-awtorità ta’ assistenza?
- Din l-awtorità ser tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk it-talba tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għaliha?
- Hemm imposti amministrattivi jew imposti oħrajn li għandhom jitħallsu meta t-talba tintbagħat barra mill-pajjiż?
Sib informazzjoni għal kull reġjun
Liema awtorità ser tgħinni biex nibgħat talba f’pajjiż ieħor tal-UE?
L-Awtorità Żvediża għal Kumpens u Appoġġ għall-Vittmi ta’ Reati
Storgatan 49
Umeå, l-Iżvezja
Tel: +(46)90708200
Fax: +(46)90178353
Posta elettronika: registrator@brottsoffermyndigheten.se
Sit web: http://www.brottsoffermyndigheten.se/
Indirizz postali:
P.O. Box 470
SE-901 09
Umeå, l-Iżvezja
X’inhu r-rwol tal-awtorità ta’ assistenza?
Bħala l-awtorità ta’ assistenza, l-Awtorità Żvediża għal Kumpens u Appoġġ għall-Vittmi ta’ Reati tista’ tgħin biex tiżgura li talba li ssir lill-awtorità ta’ deċiżjoni f’pajjiż ieħor tal-UE ssir b’mod korrett u li t-talba tintbagħat lill-awtorità li tiddeċiedi. L-Awtorità Żvediża għal Kumpens u Appoġġ għall-Vittmi ta’ Reati twassal ukoll informazzjoni u messaġġi bejn ir-rikorrent u l-awtorità li tiddeċiedi, pereżempju meta tkun meħtieġa informazzjoni jew evidenza supplimentari mir-rikorrent sabiex tittieħed deċiżjoni.
Din l-awtorità ser tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk it-talba tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għaliha?
Iva; it-traduzzjonijiet isiru meta jkun meħtieġ. L-Awtorità Żvediża għal Kumpens u Appoġġ għall-Vittmi ta’ Reati ser tħallas l-ispejjeż tat-traduzzjoni.
Hemm imposti amministrattivi jew imposti oħrajn li għandhom jitħallsu meta t-talba tintbagħat barra mill-pajjiż?
Le.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.