- Liema awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens f’każijiet transfruntiera?
- Nista’ nibgħat it-talba tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli bżonn ngħaddi mingħand l-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżi)?
- B’liema lingwa/i l-awtoritajiet tal-kumpens jaċċettaw it-talba u d-dokumenti ta’ sostenn?
- Jekk l-awtorità li tkun qed tipprovdi l-kumpens tittraduċi t-talba / d-dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?
- Hemm xi ħlasijiet amministrattivi jew ħlasijiet oħra li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (li tkun waslet minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallas għalihom?
- Jekk ikolli bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u / jew waqt li t-talba tiegħi tkun qed tiġi deċiża, nista’ niġi rimborżat(a) għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi? Kif nista’ nagħmel talba għalihom? Lil min għandi nikkuntattja?
- Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun preżenti personalment?
- Iċ-ċertifikati mediċi, li jingħataw mit-tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti - jew is-saħħa / il-korriment tiegħi jkunu jridu jiġu eżaminati mill-esperti mediċi tagħkom stess?
- Niġi rimborżat(a) għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?
- Kemm jgħaddi żmien (bejn wieħed u ieħor) biex l-awtorità / korp jiddeċiedu dwar talba għal kumpens?
- B’liema lingwa nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?
- Jekk ma nkunx sodisfatt(a) bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?
- Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) taħt ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?
- Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntier?
Sib informazzjoni għal kull reġjun
Liema awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens f’każijiet transfruntiera?
L-Uffiċċju Federali għall-Affarijiet Soċjali u għan-Nies b’Diżabilitajiet, il-Ministeru għall-Affarijiet Soċjali (Bundesamt für Soziales und Behindertenwesen - Sozialministeriumservice).
Babenbergerstraße 5, A-1010 Vienna
Tel.: 0043 158831
FAKS: 0043(0)10599882516
posta elettronika: post.wien@sozialministeriumservice.at
Nista’ nibgħat it-talba tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli bżonn ngħaddi mingħand l-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżi)?
Iva.
B’liema lingwa/i l-awtoritajiet tal-kumpens jaċċettaw it-talba u d-dokumenti ta’ sostenn?
Jekk ippreżentati minn awtorità li tassisti jew mill-vittma, ġeneralment bil-Ġermaniż u bl-Ingliż.
(Jekk il-vittma ma tistax tippreżenta dokumenti lill-awtorità bil-Ġermaniż jew bl-Ingliż, talbiet f’lingwi oħra jiġu aċċettati wkoll u mbagħad jiġu tradotti).
Jekk l-awtorità li tkun qed tipprovdi l-kumpens tittraduċi t-talba / d-dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?
L-awtorità.
Hemm xi ħlasijiet amministrattivi jew ħlasijiet oħra li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (li tkun waslet minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallas għalihom?
Mhi involuta ebda spiża.
Jekk ikolli bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u / jew waqt li t-talba tiegħi tkun qed tiġi deċiża, nista’ niġi rimborżat(a) għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi? Kif nista’ nagħmel talba għalihom? Lil min għandi nikkuntattja?
Ġeneralment ma jkollokx bżonn tkun preżenti.
Jekk tiġi mħarrek/imħarrka, l-awtorità tkopri l-ispejjeż, li mbagħad ikollok titlob. L-Uffiċċju Federali għall-Affarijiet Soċjali u għan-Nies b’Diżabilitajiet hu responsabbli għal dan.Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun preżenti personalment?
Jekk meħtieġ, iva.
Iċ-ċertifikati mediċi, li jingħataw mit-tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti - jew is-saħħa / il-korriment tiegħi jkunu jridu jiġu eżaminati mill-esperti mediċi tagħkom stess?
F’ħafna każijiet, ikun involut espert Awstrijak li jinħatar mill-awtorità. Dan jieħu ċertifikati mill-pajjiż ta’ residenza tiegħek f’kunsiderazzjoni meta jagħmel il-valutazzjoni.
Niġi rimborżat(a) għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?
Iva.
Kemm jgħaddi żmien (bejn wieħed u ieħor) biex l-awtorità / korp jiddeċiedu dwar talba għal kumpens?
Jiddependi mill-assistenza mitluba. F’ħafna mill-każijiet, id-deċiżjoni tittieħed fi żmien sitt xhur.
B’liema lingwa nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?
Bil-Ġermaniż.
Jekk ma nkunx sodisfatt(a) bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?
Jista’ jiġi ppreżentat appell quddiem il-Qorti Amministrattiva Federali kontra d-deċiżjoni tal-Ministeru tal-Affarijiet Soċjali (l-appelli jistgħu jiġu ppreżentati quddiem il-Qorti Kostituzzjonali wkoll (Verfassungsgerichtshof) u l-Qorti Amministrattiva Suprema (Verwaltungsgerichtshof)).
Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) taħt ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?
Iva. Madankollu, l-ispejjeż legali ma jitroddux lura mill-Ministeru tal-Affarijiet Soċjali jew mill-Qorti Amministrattiva Federali.
Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntier?
Ikollok bżonn tistaqsi lill-organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi (pereż. Weisser Ring) biex tara jekk it-tali appoġġ hux disponibbli.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.