Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż

Bulgarija

Il-kontenut ipprovdut minn
Bulgarija

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talba għall-kumpens f’każijiet transfruntiera?

IL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA TAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA

Il-Kunsill Nazzjonali għall-Assistenza u l-Kumpens lill-Vittmi ta’ Reat

Indirizz: 1 Slavyanska Street, Sofia 1040, Republic of Bulgaria

Web: https://www.compensation.bg

Fil-każ ta’ reati kriminali mwettqa fit-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija, l-awtorità li tiddeċiedi fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-kumpens f’każijiet transfruntiera hija l-Kunsill Nazzjonali għall-Assistenza u l-Kumpens lill-Vittmi ta’ Reat.

Fil-każ ta’ reati kriminali mwettqa barra mir-Repubblika tal-Bulgarija, il-Kunsill Nazzjonali għall-Assistenza u l-Kumpens lill-Vittmi ta’ Reat jaġixxi bħala awtorità li tassisti u jibgħat l-applikazzjoni għall-kumpens lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż fejn ikun twettaq ir-reat kriminali.

Nista’ nibgħat it-talba tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli għalfejn ngħaddi mill-awtorità li tassisti fil-pajjiż ta’ appartenenza tiegħi)?

Iva, tista'.

B’liema lingwa/lingwi l-awtorità / awtoritajiet ta’ kumpens jaċċettaw:

  • it-talba? Bil-Bulgaru u bl-Ingliż.
  • id-dokumenti ta’ sostenn? Bil-Bulgaru u bl-Ingliż.

Jekk l-awtorità ta’ kumpens tittraduċi t-talba / id-dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?

Il-Kunsill Nazzjonali għall-Assistenza u l-Kumpens lill-Vittmi ta’ Reat iħallas għat-traduzzjoni.

Hemm xi imposti amministrattivi jew imposti oħra li jridu jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (riċevuta minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallashom?

Le, ma hemmx.

Jekk ikolli bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u / jew meta tkun qiegħda tittieħed deċiżjoni dwar it-talba tiegħi, nista’ niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi? Kif nista’ nitlob dawn l-ispejjeż? Lil min irrid nikkuntattja?

Il-vittma ma tkunx preżenti waqt il-proċedura għall-għoti tal-kumpens mill-pajjiż.

Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli bżonn inkun preżenti personalment?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija preċedenti.

Iċ-ċertifikati mediċi, mogħtija mit-tobba fil-pajjiż tar-residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti – jew is-saħħa / il-korriment tiegħi jridu jiġu eżaminati mill-esperti mediċi tagħkom?

Iva, jiġu aċċettati. Id-dokumenti mediċi, inklużi dawk li jattestaw l-ispejjeż mediċi maħruġa mill-pajjiż ikkonċernat, jistgħu jiġu aċċettati u / jew rikonoxxuti, iżda l-Kunsill Nazzjonali jiddeċiedi dwar din il-kwistjoni fuq bażi ta’ każ b’każ.

Niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?

L-ispejjeż tal-ivvjaġġar relatati ma’ eżami mediku jistgħu jiġu rimborżati, iżda l-Kunsill Nazzjonali jiddeċiedi dwar din il-kwistjoni fuq bażi ta’ każ b’każ.

Bejn wieħed u ieħor kemm jieħu żmien biex l-awtorità / il-korp jiddeċiedu dwar il-kumpens?

L-applikazzjoni għall-kumpens tiġi eżaminata fi żmien xahar mid-data li tasal. Jekk ikun meħtieġ, dan it-terminu jista’ jiġi estiż b’sa tliet xhur.

B’liema lingwa nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?

Bil-Bulgaru u bl-Ingliż.

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?

Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill Nazzjonali għall-Assistenza u l-Kumpens lill-Vittmi ta’ Reat ma jistgħux jiġu kkontestati.

Nista’ nikseb għajnuna legali (għajnuna minn avukat) skont ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?

Il-proċedura għall-għoti tal-kumpens mill-pajjiż ma tirrikjedix l-involviment ta’ avukat.

Hemm organizzazzjonijiet ta’ appoġġ lill-vittmi f’dan il-pajjiż li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntiera?

Iva. L-Assoċjazzjoni Bulgara tal-Organizzazzjonijiet ta’ Appoġġ lill-Vittmi

Tel. +359 29819300

L-aħħar aġġornament: 08/05/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.