Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż

il-Kroazja

Il-kontenut ipprovdut minn
il-Kroazja

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens f'każijiet transfruntiera?

Il-Ministeru għall-Ġustizzja (Ministarstvo pravosuđa)
Ulica grada Vukovara 49
Zagreb

Nikica Hamer Vidmar

Telefown: +385 1 371 47 56
Faks : + +385 1 371 47 98

Nikica.HamerVidmar@mpu.hr

Sit web: https://pravosudje.gov.hr/o-ministarstvu/djelokrug-6366/iz-pravosudnog-sustava-6372/podrska-zrtvama-i-svjedocima/6156

Nista' nibgħat it-talba tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f'dan il-pajjiż anke f'każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli bżonn immexxiha permezz tal-awtorità ta' għajnuna f'pajjiżi)?

Iva, billi tissottometti t-talba lill-Ministeru għall-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Kroazja direttament jew bil-posta reġistrata.

B'liema lingwa (lingwi) l-awtorità (awtoritajiet) għal kumpens jaċċettaw:

It-talba u d-dokumenti ta' sostenn iridu jkunu bil-Kroat. Jekk it-talba u d-dokumenti ta' sostenn ikunu b'lingwa barranija, iridu jiġu sottomessi flimkien ma' traduzzjoni ċċertifikata maħruġa minn traduttur tal-qorti liċenzjat.

Jekk l-awtorità għal kumpens tittraduċi t-talba/id-dokumenti ta' sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?

L-awtorità li tiddeċiedi ma tittraduċix it-talba jew id-dokumenti ta' sostenn u ma tkoprix l-ispejjeż tat-traduzzjoni.

Hemm ħlasijiet amministrattivi jew ħlasijiet oħrajn li jridu jitħallsu f'dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (irċevuta minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista' nħallas dawn?

L-ebda ħlas amministrattiv jew ħlas ieħor m'għandu jitħallas fil-proċedimenti ta' din it-talba.

Jekk hemm bżonn li nkun preżenti waqt il-proċedimenti u/jew meta t-talba tiegħi qed tiġi deċiża, nista' ningħata rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar? Kif nista' nitlobhom lura? Lil min irrid nikkuntattja?

Jekk il-Kumitat għall-Kumpens lill-Vittmi ta' Reati (Odbor za novčanu naknadu žrtvama) jiddeċiedi li jsejjaħ lilr-rikorrent għal seduta jew biex jipparteċipa fil-proċedimenti personalment, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-applikant għandhom jiġu rrimborżati.

Bħala regola, matul il-proċedimenti u waqt li tkun qed tittieħed deċiżjoni, il-preżenza tar-rikorrent mhix meħtieġa, u jekk ir-rikorrent, ix-xhieda, l-esperti maħtura mill-qorti jew persuni oħra jeħtiġilhom jinstemgħu, il-Kumitat għall-Kumpens lill-Vittmi ta' Reati bħala l-awtorità li tiddeċiedi jista' jitlob lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor tal-UE fejn ġiet sottomessa t-talba għal kumpens biex twettaq dawn l-azzjonijiet.

Barra minn hekk, is-seduta meħtieġa minn proċedura bħal din tista' ssir bl-użu ta' għajnuniet tekniċi, inklużi t-teknoloġija tal-kompjuters, in-networks elettroniċi ta' komunikazzjoni u għajnuniet oħra għat-trażmissjoni tal-immaġini u tal-ħoss. F'dak il-każ is-seduta għandha titmexxa mill-Kumitat għall-Kumpens lill-Vittmi ta' Reati, jiġifieri l-awtorità li tiddeċiedi.

Interpretu ser jiġi pprovdut fil-każ li jkolli nkun preżenti personalment?

Iva.

Ser jiġu aċċettati jew rikonoxxuti ċ-ċertifikati mediċi mogħtija minn tobba fil-pajjiż ta' residenza tiegħi – jew ser jiġu eżaminati mill-esperti mediċi tagħkom is-saħħa/il-korriment tiegħi?

Id-dokumenti mediċi barranin huma aċċettati; madankollu, il-Kumitat għall-Kumpens lill-Vittmi ta' Reati bħala l-awtorità li tiddeċiedi, tivverifika u tevalwa d-dokumenti mediċi u, jekk meħtieġ, tista' tordna li jinkiseb rapport ta' espert mediku.

Ser ningħata rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar jekk ikolli nagħmel eżami mediku f'dan il-pajjiż?

Le.

Kemm indum, bejn wieħed u ieħor, ma nirċievi deċiżjoni dwar talba għal kumpens mill-awtorità/korp?

L-awtorità kompetenti tasal għal deċiżjoni dwar talba fi żmien 60 jum jekk it-talba tkun kompleta u kif suppost (jekk id-dokumenti kollha meħtieġa jkunu nkisbu u jkunu ġew sottomessi l-informazzjoni u l-evidenza kollha meħtieġa biex tittieħed deċiżjoni). Madankollu, jekk it-talba ma tkunx kompleta, iż-żmien meħtieġ biex tittieħed deċiżjoni jista' jkun itwal.

B'liema lingwa ser nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?

Id-deċiżjoni dwar it-talba ser tkun bil-lingwa Kroata.

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni, kif nista' nikkuntestaha?

L-ebda appell ma jista' jitressaq kontra d-deċiżjoni; madankollu, il-parti tista' tressaq appell amministrattiv billi tissottometti lment amministrattiv lill-qorti amministrattiva kompetenti fi żmien 30 jum minn meta tiġi notifikata d-deċiżjoni.

Nista' nikseb għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) skont ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?

Le.

Hawn organizzazzjonijiet ta' appoġġ lill-vittmi f'dan il-pajjiż li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f'każ transfruntier?

Iva.

L-aħħar aġġornament: 25/03/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.