- Liema awtorità tiddeċiedi dwar pretensjoni għal kumpens f’każijiet transfruntiera?
- Nista’ nibgħat il-pretensjoni tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dak il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli bżonn ngħaddi mingħand l-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżi)?
- B’liema lingwa/i l-awtorità jew l-awtoritajiet li jkunu qed jipprovdu l-kumpens jaċċettaw:
- Jekk l-awtorità li tkun qed tipprovdi l-kumpens tittraduċi l-pretensjoni/id-dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?
- Hemm xi spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħra li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż biex tiġi pproċessata l-pretensjoni tiegħi (li tkun waslet minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallashom?
- Jekk ikolli bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew waqt li l-pretensjoni tiegħi tkun qed tiġi deċiża, nista’ niġi rimborżat(a) għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi? Kif nista’ nippreżenta pretensjoni għalihom? Lil min għandi nikkuntattja?
- Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun personalment preżenti?
- Iċ-ċertifikati mediċi, li jingħataw mit-tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti – jew is-saħħa/il-korriment tiegħi jrid jiġi eżaminat mill-esperti mediċi tagħkom stess?
- Se niġi rimborżat(a) għall-ispejjeż tal-ivjaġġar tiegħi, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?
- Kemm irid jgħaddi żmien, bejn wieħed u ieħor, biex l-awtorità/il-korp kompetenti jieħu deċiżjoni dwar pretensjoni għal kumpens?
- B’liema lingwa se nirċievi d-deċiżjoni dwar il-pretensjoni tiegħi?
- Jekk ma nkunx sodisfatt(a) bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?
- Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) taħt ir-regoli tal-pajjiżi l-ieħor?
- Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntiera?
Sib informazzjoni għal kull reġjun
Liema awtorità tiddeċiedi dwar pretensjoni għal kumpens f’każijiet transfruntiera?
Ebda informazzjoni disponibbli.
Nista’ nibgħat il-pretensjoni tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dak il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli bżonn ngħaddi mingħand l-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżi)?
Int tista’ tippreżenta l-pretensjoni tiegħek direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dak il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera.
B’liema lingwa/i l-awtorità jew l-awtoritajiet li jkunu qed jipprovdu l-kumpens jaċċettaw:
– il-pretensjoni?
Bil-Grieg u bl-Ingliż.
– id-dokumenti ta’ sostenn?
Bil-Grieg u bl-Ingliż.
Jekk l-awtorità li tkun qed tipprovdi l-kumpens tittraduċi l-pretensjoni/id-dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?
Mhux applikabbli.
Hemm xi spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħra li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż biex tiġi pproċessata l-pretensjoni tiegħi (li tkun waslet minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallashom?
Le.
Jekk ikolli bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew waqt li l-pretensjoni tiegħi tkun qed tiġi deċiża, nista’ niġi rimborżat(a) għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi? Kif nista’ nippreżenta pretensjoni għalihom? Lil min għandi nikkuntattja?
M’għandekx bżonn tkun preżenti.
Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun personalment preżenti?
Mhux applikabbli.
Iċ-ċertifikati mediċi, li jingħataw mit-tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti – jew is-saħħa/il-korriment tiegħi jrid jiġi eżaminat mill-esperti mediċi tagħkom stess?
Iċ-ċertifikati mediċi li jinħarġu mit-tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħek jiġu aċċettati.
Se niġi rimborżat(a) għall-ispejjeż tal-ivjaġġar tiegħi, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?
Mhux applikabbli.
Kemm irid jgħaddi żmien, bejn wieħed u ieħor, biex l-awtorità/il-korp kompetenti jieħu deċiżjoni dwar pretensjoni għal kumpens?
Iridu jgħaddu 6 xhur mid-data li fiha l-informazzjoni kollha tkun disponibbli biex tittieħed deċiżjoni.
B’liema lingwa se nirċievi d-deċiżjoni dwar il-pretensjoni tiegħi?
Bil-Grieg u bl-Ingliż.
Jekk ma nkunx sodisfatt(a) bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?
Tista’ tikkontesta d-deċiżjoni billi tressaq pretensjoni quddiem il-Qorti Amministrattiva fi żmien 75 jum tad-deċiżjoni.
Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) taħt ir-regoli tal-pajjiżi l-ieħor?
Tista’ tapplika għal għajnuna legali fir-rigward tal-proċeduri legali li jikkonċernaw il-każ tiegħek.
Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntiera?
Tista’ tikseb informazzjoni dwar il-pretensjoni għal kumpens billi tikkuntattja direttament lis-Servizzi tal-Assigurazzjoni Soċjali.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.