- Liema awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens f’każijiet transfruntiera?
- Nista’ nibgħat it-talba tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli bżonn ngħaddi mingħand l-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżi)?
- B’liema lingwa/i l-awtorità jew l-awtoritajiet li jkunu qed jipprovdu l-kumpens jaċċettaw it-talba/dokumenti ta’ sostenn?
- Jekk l-awtorità li tkun qed tipprovdi l-kumpens tittraduċi t-talba/dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?
- Hemm xi ħlasijiet amministrattivi jew ħlasijiet oħra li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (li tkun waslet minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallashom?
- F’każ li jkolli bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew waqt li tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi, nista’ niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivjaġġar tiegħi? Kif nista’ nagħmel talba għalihom? Lil min għandi nikkuntattja?
- Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun preżenti personalment?
- Iċ-ċertifikati mediċi, li jingħataw mit-tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti - jew is-saħħa/korriment tiegħi jkun irid jiġi eżaminat mill-esperti mediċi tagħkom stess?
- Se niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivjaġġar tiegħi, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?
- Kemm tieħu żmien (bejn wieħed u ieħor) biex l-awtorità/korp jiddeċiedi dwar talba għal kumpens?
- B’liema lingwa se nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?
- Jekk ma nkunx sodisfatt/a bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?
- Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) taħt ir-regoli tal-pajjiżi l-ieħor?
- Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntier?
Sib informazzjoni għal kull reġjun
Liema awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens f’każijiet transfruntiera?
Il-Ministeru tal-Ġustizzja taċ-Ċekja, id-Dipartiment tal-Kumpens
Vyšehradská 16
CZ-128 00
Praga 2
Tel: (420) 221997966
Faks : (420) 221997967
Email: odsk@msp.justice.cz
Nista’ nibgħat it-talba tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli bżonn ngħaddi mingħand l-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżi)?
Iva.
B’liema lingwa/i l-awtorità jew l-awtoritajiet li jkunu qed jipprovdu l-kumpens jaċċettaw it-talba/dokumenti ta’ sostenn?
Biċ-Ċek, bis-Slovakk jew bl-Ingliż.
Jekk l-awtorità li tkun qed tipprovdi l-kumpens tittraduċi t-talba/dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?
L-awtorità li tiddeċiedi dwar it-talba ma taċċettax dokumenti b’lingwi oħra minbarra biċ-Ċek, bis-Slovakk, jew bl-Ingliż (tinjorahom, u tistieden lill-persuna li tkun qed tippreżenta t-talba biex tissottometti t-talba jew id-dokumenti tradotti f’waħda mil-lingwi aċċettati); jekk tkun teħtieġ traduzzjoni tad-dokumenti bl-Ingliż, tagħmel dan għas-spejjeż tagħha stess.
Hemm xi ħlasijiet amministrattivi jew ħlasijiet oħra li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (li tkun waslet minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallashom?
Le.
F’każ li jkolli bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew waqt li tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi, nista’ niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivjaġġar tiegħi? Kif nista’ nagħmel talba għalihom? Lil min għandi nikkuntattja?
Ma jingħatax rimborż għall-ispejjeż tal-ivjaġġar.
Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun preżenti personalment?
L-awtorità li tiddeċiedi ma tipprovdix interpretu.
Iċ-ċertifikati mediċi, li jingħataw mit-tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti - jew is-saħħa/korriment tiegħi jkun irid jiġi eżaminat mill-esperti mediċi tagħkom stess?
Huwa ferm probabbli li ċ-ċertifikat mediku mill-post tar-residenza tiegħek jiġi rikonoxxut.
Se niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivjaġġar tiegħi, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?
Le.
Kemm tieħu żmien (bejn wieħed u ieħor) biex l-awtorità/korp jiddeċiedi dwar talba għal kumpens?
It-talba għandha tiġi deċiża fi żmien 3 xhur.
B’liema lingwa se nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?
Biċ-Ċek jew bl-Ingliż.
Jekk ma nkunx sodisfatt/a bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?
Billi tippreżenta rikors amministrattiv fil-qorti.
Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) taħt ir-regoli tal-pajjiżi l-ieħor?
Iva, għas-spejjeż tiegħek.
Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntier?
L-akbar organizzazzjoni mhux governattiva li toffri appoġġ lill-vittmi tal-kriminalità hija Bílý kruh obětí (Ċirku Abjad tal-Vittmi).
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.