- Liema awtorità tiddeċiedi fuq talba għal kumpens f’każijiet transfruntiera?
- It-talba tiegħi nista’ nibgħatha lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anke f’każijiet transfruntieri (mingħajr ma jkolli ninvolvi lill-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżi stess)?
- L-awtoritajiet għall-kumpens b’liema lingwa(i) jaċċettaw: it-talba? Id-dokumenti ta’ sostenn?
- Jekk l-awtorità ta’ kumpens tittraduċi it-talba/id-dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għaliha?
- Hemm xi spejjeż amministrattivi jew oħrajn li jridu jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi? (irċevuta minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif inħallashom?
- Jekk ikolli bżonn inkun preżenti matul il-proċedura u/jew meta t-talba tiegħi qed tiġi deċiża, nirċievi rimborż għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi? Kif nista’ nitlobhom lura? Lil min għandi nikkuntattja?
- Jekk ikun hemm bżonn li nkun preżenti personalment, jiġi pprovdut interpretu?
- Iċ-ċertifikati mediċi, mogħtija mit-tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi, jiġi aċċettati jew rikonoxxuti - jew inkella jkolli niġi eżaminat rigward saħħa/korriment mill-esperti mediċi tagħkom stess?
- Jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż, nirċievi rimborż għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar?
- Kemm indum biex nirċievi deċiżjoni dwar kumpens mill-awtorità/korp?
- B’liema lingwa nirċievi deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?
- Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni, kif nista nikkontestaha?
- Għandi dritt għall-għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) skont ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?
- Hemm xi organizzazzjonijiet ta’ sapport għall-vittmi f’dan il-pajjiż li jistgħu jgħinuni biex nitlob kumpens f’każ transfruntier?
Sib informazzjoni għal kull reġjun
Liema awtorità tiddeċiedi fuq talba għal kumpens f’każijiet transfruntiera?
Il-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż
- Indirizz: Toldboden 2, 2. sal DK-8800 Viborg
- Posta elettronika: Erstatningsnaevnet@erstatningsnaevnet.dk
- Telefown: +45 33 92 33 34
- Sit elettroniku: http://www.erstatningsnaevnet.dk/da/GlobalMenu/english.aspx
It-talba tiegħi nista’ nibgħatha lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anke f’każijiet transfruntieri (mingħajr ma jkolli ninvolvi lill-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżi stess)?
Mhemmx rekwiżit li jgħid li l-applikazzjoni trid tintbagħat permezz tal-awtorità ta’ assistenza. L-applikazzjoni tista’ tintbagħat direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż (il-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż) li mbagħad tibgħatha lill-pulizija tad-distrett fejn ikun qiegħed jiġi investigat il-każ kriminali. L-applikazzjoni tista’ tintbagħat ukoll direttament lill-pulizija.
L-awtoritajiet għall-kumpens b’liema lingwa(i) jaċċettaw: it-talba? Id-dokumenti ta’ sostenn?
Id-dokumenti mibgħuta jiġu aċċettati kemm bid-Daniż kif ukoll bl-Ingliż. Madankollu, il-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż jippreferi li kemm jista’ jkun id-dokumenti jiġu tradotti bid-Daniż.
Id-Danimarka għandha konvenzjoni dwar il-lingwa mal-pajjiżi Nordiċi tal-Finlandja, l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Iżvezja, li bis-saħħa tagħha ċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi għandhom id-dritt jużaw il-lingwa propja tagħhom f’pajjiż Nordiku ieħor. Il-lingwi koperti mill-konvenzjoni huma d-Daniż, il-Finlandiż, l-Iżlandiż, in-Norveġiż u l-Iżvediż.
Jekk l-awtorità ta’ kumpens tittraduċi it-talba/id-dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għaliha?
Il-pulizija Daniża tħallas għat-traduzzjoni tad-dokumenti f’każijiet tal-kumpens.
Hemm xi spejjeż amministrattivi jew oħrajn li jridu jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi? (irċevuta minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif inħallashom?
Le.
Jekk ikolli bżonn inkun preżenti matul il-proċedura u/jew meta t-talba tiegħi qed tiġi deċiża, nirċievi rimborż għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi? Kif nista’ nitlobhom lura? Lil min għandi nikkuntattja?
Il-kunsiderazzjoni tal-każ issir bil-miktub. Għalhekk bħala l-applikant mhemmx għalfejn tkun preżenti matul il-kunsiderazzjoni tal-każ quddiem il-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż, u l-anqas meta l-Bord jieħu deċiżjoni.
Jekk ikun hemm bżonn li nkun preżenti personalment, jiġi pprovdut interpretu?
Minħabba li l-kunsiderazzjoni tal-każ issir bil-miktub, il-kwistjonijiet ta’ attendenza personali u l-assistenza bl-interpretazzjoni mhumiex rilevanti.
Iċ-ċertifikati mediċi, mogħtija mit-tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi, jiġi aċċettati jew rikonoxxuti - jew inkella jkolli niġi eżaminat rigward saħħa/korriment mill-esperti mediċi tagħkom stess?
Mhemmx rekwiżit għal valutazzjonijiet u eżaminazzjonijiet mediċi li jridu jsiru minn tobba f'dan il-pajjiż. Bħala regola ġenerali, il-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż jaċċetta ċ-ċertifikati mediċi kollha.
Jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż, nirċievi rimborż għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar?
Normalment mhemmx bżonn ta’ eżamijiet mediċi f’dan il-pajjiż jekk tgħix f’pajjiż ieħor tal-UE, għaliex l-eżami jista’ jsir fil-pajjiż ta’ residenza tiegħek.
L-infiq għall-ivvjaġġar lejn u mit-trattament jista’ jiġi koperti bħala spiża marbuta mal-irkupru.
Kemm indum biex nirċievi deċiżjoni dwar kumpens mill-awtorità/korp?
Il-ħin ta’ kunsiderazzjoni tal-każ min-naħa tal-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż jista’ jvarja b’mod konsiderevoli minn każ għal ieħor. Dan huwa dovut, fost affarijiet oħra, għall-bżonn li tinkiseb informazzjoni addizzjonali għall-każ minn, skont iċ-ċirkostanzi speċifiċi, il-pulizija, it-tobba jew awtoritajiet oħra; bl-istess mod, f’każijiet fejn hemm kwistjoni ta’ korriment permanenti jew telf ta’ kapaċità tal-qligħ, il-każ jista’ jkollu bżonn jintbagħat lill-Assigurazzjoni tas-Suq tax-Xogħol (Arbejdsmarkedets Erhvervssikring), li jista’ jirriżulta f’estensjoni tal-ħin ta’ kunsiderazzjoni.
Aktar minn 50% tal-każiijiet il-ġodda li jaslu quddiem il-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż jiġu pproċessati fi żmien ħamsin jum b’proċedura partikolarment rapida użata f’każiijiet mhux ikkumplikati. Dawn jinkludu każijiet fejn ikun hemm sentenza finali rigward kemm il-kwistjoni ta’ ħtija kif ukoll l-ammont ta’ kumpens.
Jekk il-każ ma jistax jiġi deċiż b’din il-proċedura partikolarment rapida, il-ħin ta’ pproċessar ta’ każ ordinarju min-naħa tal-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż attwalment huwa ta’ massimu ta’ tmintax il-xahar minn meta l-Bord jirċievi applikazzjoni ġdida għall-kumpens.
Inti tista’ tħaffef il-kunsiderazzjoni tal-każ tiegħek billi tippreżenta provi tat-talbiet tiegħu lill-Bord. Id-dokumentazzjoni tista’ tikkonsisti minn, pereżempju, irċevuti għall-akkwist ta’ mediċini, ċertifikati mediċi għall-perjodu ta’ mard jew dikjarazzjoni mill-impjegatur tiegħek rigward il-qligħ mitluf kawża tal-korriment.
B’liema lingwa nirċievi deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?
Il-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż jipprepara d-deċiżjonijiet kollha bid-Daniż. Inti mbagħad ikollok l-opportunità li jkollik traduzzjoni tad-deċiżjoni mill-awtorità ta’ assistenza fil-pajjiż ta’ residenza tiegħek.
Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni, kif nista nikkontestaha?
Ma tistax tmur għand awtoritajiet oħra biex tappella d-deċiżjoni tal-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż. Jekk trid bidla fid-deċiżjoni, l-ewwel trid tikkuntattja lill-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż u tispjega għalfejn ma taqbilx mad-deċiżjoni. Il-Bord imbagħad jivvaluta jekk hemmx bażi biex jerġa jiftaħ l-eżaminazzjoni tal-każ. Il-kriterju normalment huwa li l-applikant ikun provda informazzjoni ġdida u rilevanti li hija importanti għall-eżitu tal-każ.
Jekk il-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż jilqa’ d-deċiżjoni, id-deċiżjoni tiegħek tista’ tiġi rieżaminata mill-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż.
Tista tappella wkoll quddiem l-Ombudsman Parlamentari.
Għandi dritt għall-għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) skont ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?
Il-kunsiderazzjoni tal-każijiet hija organizzata b’tali mod li ġeneralment ma jkollokx bżonn għajnuna legali, iżda hemm il-possibiltà tagħha skont ir-regolamenti tal-pajjiż. F’każijiet speċjali, il-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż jista’ jiddeċiedi li l-applikant irid iħallas bi sħiħ jew parzjalment l-ispejjeż imġarrba minnu b’rabta mal-proċedimenti quddiem il-Bord.
Mhemmx rekwiżit li l-għajuna legali jew l-aċċess għall-avukat trid tiġi provduta minn avukat jew minn organizzazzjoni għall-għajnuna legali f’dan il-pajjiż.
Hemm xi organizzazzjonijiet ta’ sapport għall-vittmi f’dan il-pajjiż li jistgħu jgħinuni biex nitlob kumpens f’każ transfruntier?
- Hjælp Voldsofre (Rådhusstræde 7, 1. sal, DK-8900 Randers C, posta elettronika: voldsofre@voldsofre.dk)
- Offerrådgivningen (Vesterballevej 5, DK-7000 Fredericia, posta elettronika: info@offerraadgivning.dk)
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.