Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż

Estonja

Il-kontenut ipprovdut minn
Estonja

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talba għall-kumpens f’każijiet transfruntiera?

Il-Bord tal-Assigurazzjoni Soċjali

Endla 8
15092
TALLINN

Telefon: +372 612 1360
Fax: +372 640 8155

Posta elettronika: info@sotsiaalkindlustusamet.ee
Sit web: http://www.sotsiaalkindlustusamet.ee/

Kummenti:
L-awtorità li tiddeċiedi hija l-Bord tal-Assigurazzjoni Soċjali flimkien mad-dipartimenti tal-pensjoni lokali tiegħu. Dalwaqt se tkun tista’ ssib informazzjoni dwar id-dipartimenti lokali tal-pensjoni fuq din il-paġna.

Nista’ nibgħat it-talba tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli għalfejn ngħaddi mill-awtorità ta’ assistenza fil-pajjiż ta’ appartenenza tiegħi)?

Iva.

B’liema lingwa/lingwi taċċetta d-dokumenti l-awtorità ta’ kumpens?

Bil-lingwi uffiċjali Ewropej, preferibbilment l-Estonjan jew l-Ingliż.

Jekk l-awtorità ta’ kumpens tittraduċi t-talba / id-dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?

Is-servizz tat-traduzzjoni jitħallas mill-awtorità li tikkummissjona t-traduzzjoni.

Hemm xi imposti amministrattivi jew imposti oħra li jridu jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (riċevuta minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallashom?

Le.

Jekk ikolli bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u / jew meta tkun qiegħda tittieħed deċiżjoni dwar it-talba tiegħi, nista’ niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi? Kif nista’ nitlobhom? Lil min irrid nikkuntattja?

Mhijiex meħtieġa l-preżenza fiżika tiegħek waqt il-proċess ta' teħid ta' deċiżjoni.

Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli bżonn inkun preżenti personalment?

Mhijiex meħtieġa l-preżenza personali tiegħek.

Iċ-ċertifikati mediċi maħruġa mit-tobba fil-pajjiż tar-residenza tiegħi jiġu aċċettati jew rikonoxxuti – jew saħħti / il-korriment tiegħi jridu jiġu eżaminati mill-esperti mediċi tagħkom stess?

Id-dokumenti maħruġa fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea huma aċċettati, iżda tabib espert jivvaluta s-saħħa u l-korrimenti tal-vittma abbażi tad-dokumenti mediċi maħruġa fil-pajjiż tar-residenza tal-vittma.

Niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?

Ma għandekx għalfejn tattendi għal eżami mediku.

Bejn wieħed u ieħor kemm jieħu żmien biex l-awtorità/korp jiddeċiedu dwar il-kumpens?

Id-deċiżjoni tittieħed fi żmien 30 jum minn meta jasal l-aħħar dokument.

B’liema lingwa nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?

Bl-Estonjan.

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?

Tista’ tiġi ppreżentata oġġezzjoni kontra d-deċiżjoni fi żmien 30 jum minn meta tasal. B’mod alternattiv, jista’ jiġi ppreżentat ilment f’qorti amministrattiva skont il-proċedura prevista fil-Kodiċi ta’ Proċedura tal-Qorti Amministrattiva. Aħna nsolvu oġġezzjoni fi żmien 30 jum minn meta nirċievu l-oġġezzjoni.

Nista’ nikseb għajnuna legali (għajnuna minn avukat) skont ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?

Iva.

Hemm organizzazzjonijiet ta’ appoġġ lill-vittmi f’dan il-pajjiż li jistgħu jgħinuni nitlob il-kumpens f’każ transfruntier?

Iva: il-fornituri ta’ appoġġ lill-vittmi. Id-dettalji ta’ kuntatt tagħhom jistgħu jinstabu fuq is-sit web tal-Bord tal-Assigurazzjoni Soċjali.

L-aħħar aġġornament: 15/08/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.