- Liema awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens f’każijiet transfruntieri?
- Nista’ nibgħat it-talba tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anki f’każijiet transfruntieri (mingħajr ma jkolli bżonn ngħaddi mil l-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżi)?
- B’liema lingwa/i l-awtoritajiet li jkunu qed jipprovdu l-kumpens jaċċettaw it-talba?
- U d-dokumenti ta’ sostenn?
- Jekk l-awtorità li tkun qed tipprovdi l-kumpens tittraduċi t-talba/id-dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?
- Hemm xi ħlasijiet amministrattivi jew ħlasijiet oħra li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (li tkun waslet minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallas għalihom?
- Jekk ikolli bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u / jew waqt li t-talba tiegħi tkun qed tiġi deċiża, nista’ niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi? Kif nista’ nagħmel talba għall-ħlas lura? Lil min għandi nikkuntattja?
- Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun personalment preżenti?
- Iċ-ċertifikati mediċi, li jingħataw mit-tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti – jew is-saħħa/korriment tiegħi jrid jiġi eżaminat mill-esperti mediċi tagħkom stess?
- Se niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?
- Kemm tieħu żmien (bejn wieħed u ieħor) biex l-awtorità / korp jiddeċiedi dwar talba għal kumpens?
- B’liema lingwa se nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?
- Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?
- Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) taħt ir-regoli tal-pajjiżi l-ieħor?
- Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi f’dan il-pajjiż li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens?
Sib informazzjoni għal kull reġjun
Liema awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens f’każijiet transfruntieri?
State Treasury
P.O. Box 50
FI-00054 State Treasury, Finland
E-mail: rikosvahingot@valtiokonttori.fi
https://www.valtiokonttori.fi/en/frontpage/
Nista’ nibgħat it-talba tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anki f’każijiet transfruntieri (mingħajr ma jkolli bżonn ngħaddi mil l-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżi)?
Inti tista’ tibgħa it-talba tiegħek direttament lit-Teżor tal-Istat (Valtiokonttori). Innota, madankollu, ir-restrizzjonijiet fuq il-lingwa tad-dokumenti kif spjegat hawn taħt.
B’liema lingwa/i l-awtoritajiet li jkunu qed jipprovdu l-kumpens jaċċettaw it-talba?
U d-dokumenti ta’ sostenn?
It-talba trid issir bil-Finlandiż, bl-Iżvediż jew bl-Ingliż. Id-dokumenti ta’ sostenni wkoll iridu jkunu f’waħda minn dawn il-lingwi.
Jekk l-awtorità li tkun qed tipprovdi l-kumpens tittraduċi t-talba/id-dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?
It-Teżor tal-Istat mhux se jaċċetta talba għall-ipproċessar jekk din ma ssirx f’waħda mil-lingwi msemmija hawn fuq. Jekk teħtieġ għajnuna bit-traduzzjoni tad-dokumenti, tista’ tikkuntattja lill-awtorità ta’ assistenza fil-pajjiż fejn tgħix.
Hemm xi ħlasijiet amministrattivi jew ħlasijiet oħra li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (li tkun waslet minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallas għalihom?
Inti mhux se tintalab tħallas kwalunkwe kost amministrattivi għall-ipproċessar tal-applikazzjoni tiegħek.
Jekk ikolli bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u / jew waqt li t-talba tiegħi tkun qed tiġi deċiża, nista’ niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi? Kif nista’ nagħmel talba għall-ħlas lura? Lil min għandi nikkuntattja?
Il-każ se jiġi pproċessat mit-Teżor tal-Istat bil-miktub. Inti mhux se tintalab tidher personalment matul kwalunkwe stadju tal-proċess.
Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun personalment preżenti?
Ara t-tweġiba preċedenti.
Iċ-ċertifikati mediċi, li jingħataw mit-tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti – jew is-saħħa/korriment tiegħi jrid jiġi eżaminat mill-esperti mediċi tagħkom stess?
Ċertifikat mediku maħruġ minn tabib fil-pajjiż ta’ residenza tiegħek se jiġi aċċettat bħala evidenza tal-korriment li soffrejt.
Se niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?
Ara t-tweġiba preċedenti.
Kemm tieħu żmien (bejn wieħed u ieħor) biex l-awtorità / korp jiddeċiedi dwar talba għal kumpens?
Inti tirċievi deċiżjoni fuq medja ta’ 6-8 xhur wara li t-Teżor tal-Istat jirċievi t-talba tiegħek.
B’liema lingwa se nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?
It-Teżor tal-Istat joħroġ id-deċiżjonijiet bil-Finlandiż u bl-Iżvediż biss. Jekk inti għamilt it-talba tiegħek bl-Ingliż, inti se tirċievi sommarju bl-Ingliż tal-kontenut tad-deċiżjoni flimkien mad-deċiżjoni.
Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?
Inti tista’ tappella bil-miktub lill-Qorti tal-Assigurazzjoni (Vakuutusoikeus) kontra deċiżjoni dwar kumpens li tkun irċevejt, fi żmien 30 jum mid-data li fiha ssir taf bid-deċiżjoni. Il-linji gwida dwar kif tista’ tappella huma mehmużin mad-deċiżjoni dwar il-kumpens tat-Teżor tal-Istat.
Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) taħt ir-regoli tal-pajjiżi l-ieħor?
It-Teżor tal-Istat jista’ jagħtik parir dwar affarijiet relatati mat-talba għal kumpens. Jekk inti tuża l-għajnuna ta’ avukat estern biex tipprepara t-talba tiegħek, il-kostijiet li jqumu minn dan jistgħu jiġu kumpensati biss jekk inti tkun ingħatajt għajnuna legali jew ġejt assenjat konsulent legali għas-smigħ tal-każ minn qorti. Il-kostijiet tal-preparazzjoni tat-talba jistgħu jiġu kkumpensati wkoll meta l-każ ma jinstemax minn qorti, jekk inti tissodisfa l-kundizzjonijiet finanzjarji stabbiliti biex tikseb għajnuna legali.
Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi f’dan il-pajjiż li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens?
Inti tista’ tikseb għajnuna biex tagħmel talba minn Appoġġ għall-Vittmi Finlandja (Rikosuhripäivystys) (RIKU). Inti tista’ ssib id-dettalji tal-kuntatt ta’ din l-organizzazzjoni fuq is-sit web tagħha fuq https://www.riku.fi/en/home/
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.