- Liema awtorità tiddeċiedi fuq talba għal kumpens f’każijiet transfruntiera?
- It-talba tiegħi nista’ nibgħatha lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anke f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli għalfejn ninvolvi lill-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżi)?
- L-awtoritajiet ta’ kumpens b’liema lingwa(i) jaċċettaw:
- Jekk l-awtorità ta’ kumpens tittraduċi t-talba/dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallsu dan is-servizz?
- Hemm tariffi amministrattivi jew spejjeż oħra li jridu jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (irċevuta minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif għandi nħallashom?
- Jekk ikolli bżonn inkun preżenti matul il-proċedura u/jew meta tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi, nirċievi rimborż għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar? Kif għandi nitlobhom lura? Lil min għandi nikkuntattja?
- Jekk ikolli bżonn inkun preżenti personalment, jiġi provdut interpretu?
- Iċ-ċertifikati mediċi, maħruġa minn tobba fil-pajjiż tar-residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti - jew ikolli niġi eżaminat rigward saħħa/korriment mill-esperti mediċi tiegħek?
- Nirċievi rimborż għall-ispejjez tal-ivjaġġar, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?
- Kemm indum nistenna bejn wieħed u ieħor biex nirċievi deċiżjoni dwar il-kumpens mill-awtorità/korp?
- B’liema lingwa nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?
- Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni, kif nista nikkontestaha?
- Għandi dritt għall-għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) skont ir-regoli tal-pajjiż?
- Hemm xi organizzazzjonijiet għas-sapport tal-vittmi f’dan il-pajjiż li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntier?
Sib informazzjoni għal kull reġjun
Liema awtorità tiddeċiedi fuq talba għal kumpens f’każijiet transfruntiera?
F’kull qorti reġjonali (tribunal de grande instance), hemm il-Bord għal Kumpens ta’ Vittmi ta’ Reati (Commission d’indemnisation des victimes d’infractions — CIVI) li jiddeċiedi dwar talbiet għal kumpens ippreżentati mill-vittmi ta’ reati jew mill-persuni dipendenti fuqhom.
Fir-rigward tat-terroriżmu FR., il-Fond ta’ Garanzija għall-Vittmi tat-Terroriżmu u Reati Oħra (Fonds de garantie des actes de terrorisme et d’autres infractions — FGTI) jiddeċiedi fuq it-talbiet, b’rieżami mill-qorti f’każ ta’ tilwim.
It-talba tiegħi nista’ nibgħatha lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anke f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli għalfejn ninvolvi lill-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżi)?
Iva, tista’ tirreferi l-kwistjoni direttament lill-awtorità, li mbagħad tiddeċiedi fuq it-talba tiegħek.
L-awtoritajiet ta’ kumpens b’liema lingwa(i) jaċċettaw:
- it-talba?
- id-dokumenti ta’ sostenn?
It-talba u d-dokumenti ta’ sostenn jiġu aċċettati bil-Franċiż jew bl-Ingliż.
Jekk l-awtorità ta’ kumpens tittraduċi t-talba/dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallsu dan is-servizz?
Il-vittmi ta’ reati transfruntiera huma mitluba, kull meta jkun possibbli, biex jipprovdu traduzzjoni bil-Franċiż tad-dokumenti ewlenin bi spejjeż tagħhom.
Hemm tariffi amministrattivi jew spejjeż oħra li jridu jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (irċevuta minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif għandi nħallashom?
Le.
Jekk ikolli bżonn inkun preżenti matul il-proċedura u/jew meta tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi, nirċievi rimborż għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar? Kif għandi nitlobhom lura? Lil min għandi nikkuntattja?
Ma għandekx għalfejn tkun preżenti. Madankollu, taħt ċertu kundizzjonijiet tista’ titlob ir-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħek, gratifika għas-sussistenza għal kull jum, u kumpens għall-attendenza (indemnité de comparution).
Biex tikseb dan ir-rimborż, trid tikkuntattja lill-qorti li ħarkitek.
Jekk ikolli bżonn inkun preżenti personalment, jiġi provdut interpretu?
Iva, jekk tiġi, l-interpretu jkun mingħajr ħlas.
Iċ-ċertifikati mediċi, maħruġa minn tobba fil-pajjiż tar-residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti - jew ikolli niġi eżaminat rigward saħħa/korriment mill-esperti mediċi tiegħek?
Iċ-ċertifikati mediċi mill-pajjiż tar-residenza tiegħek jiġu aċċettati. Skont il-każ, tista’ ssir evalwazzjoni medika skont id-dokumenti provduti.
Nirċievi rimborż għall-ispejjez tal-ivjaġġar, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?
Preferibbilment l-eżami mediku jiġi organizzat bi ftehim reċiproku mal-vittma matul waħda miż-żjarat tagħhom fi Franza/ Inkella, l-ispejjeż tal-ivjaġġar tal-vittma biex tattendi għall-eżami mediku jistgħu, fuq preżentazzjoni tad-dokumenti ta’ sostenn, jiġu rimborżati mill-FGTI.
Kemm indum nistenna bejn wieħed u ieħor biex nirċievi deċiżjoni dwar il-kumpens mill-awtorità/korp?
L-applikazzjoni tiġi ppreżentata mir-reġistru lill-FGTI mingħajr dewmien.
L-FGTI trid tagħmel offerta lill-vittma fi żmien xahrejn mil-wasla tal-fajl komplut mibgħut mir-reġistru tac-CIVI.
Jekk il-vittma taċċetta l-offerta, nota dwar il-ftehim tintbagħat lill-President tac-CIVI għall-approvazzjoni. Mal-approvazzjoni, il-ftehim huwa eżegwibbli. Id-deċiżjoni tiġi nnotifikata lill-vittma u lill-FGTI, li jwettaq il-ħlas.
Jekk l-FGTI jirrifjuta, u jagħti r-raġunijiet tiegħu, jew jekk il-vittma tirrifjuta l-offerta, jew jekk il-vittma ma tweġibx għall-offerta tal-FGTI fi żmien xahrejn, ic-CIVI tikkunsidra l-każ, skont proċedura ġudizzjarja: f’dak il-każ, l-imħallef jisma’ r-ikors u jivverifika d-dikjarazzjonijiet u d-dokumenti provduti.
Il-prosekutur pubbliku l-FGTI jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom mhux iktar tard minn ħmistax il-jum qabel is-seduta ta’ smigħ. Ir-rikorrent u l-FGTI iridu jitħarrku mill-inqas xahrejn bil-quddiem.
Wara l-proċedimenti li jsiru f’seduta mhux miftuħa għall-pubbliku, id-deċiżjoni tal-FGTI biex tagħti jew tiċħad il-kumpens tiġi notifikata lir-rikorrent u lill-FGTI, li tħallas kwalunkwe kumpens mogħti fix-xahar wara dak tan-notifika.
Fir-rigward tat-terroriżmu (FR.), jekk tapplika, l-FGTI iħallas somma bil-quddiem matul ix-xahar wara l-irċevuta tal-fajl komplut. L-FGTI jissottometti offerta ta’ kumpens lill-vittma (fejn l-kundizzjoni tagħhom tkun stabbli) jew lill-membri tal-familja ta’ vittma li tkun mietet fi żmien tliet xhur.
B’liema lingwa nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?
Id-deċiżjoni tirċeviha bil-Franċiż. Tista’ titlob traduzzjoni tagħha mingħajr ħlas.
Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni, kif nista nikkontestaha?
Jekk ma tkunx sodisfatt bid-deċiżjoni tac-CIVI, inti tista titlob rieżami tagħha mill-qorti tal-appell (cour d’appel) li fil-ġurisdizzjoni tagħha taqa’ c-CIVI.
Għandi dritt għall-għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) skont ir-regoli tal-pajjiż?
Għandek dritt għall-għajnuna legali skont ir-regoli applikabbli fi Franza.
Hemm xi organizzazzjonijiet għas-sapport tal-vittmi f’dan il-pajjiż li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntier?
L-assoċjazzjonijiet ta’ sapport għall-vittmi li jistgħu jiġu kkuntattjati fl- uffiċċji ta’ sapport għall-vittmi tal-qrati jew fl-uffiċċji tagħhom stess jistgħu jagħtuk għajnuna b’xejn fit-tħejjija tat-talba ta’ kumpens tiegħek.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.