- Liema awtorità tiddeċiedi dwar pretensjoni għal kumpens f’każijiet transfruntiera?
- Nista’ nibgħat il-pretensjoni tiegħi direttament lill-awtorità ta’ deċiżjoni f’dan il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli bżonn ngħaddi mingħand l-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżi)?
- Jekk l-awtorità li tkun qed tipprovdi l-kumpens tittraduċi l-pretensjoni/id-dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?
- Hemm xi imposti amministrattivi jew imposti oħra li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tal-pretensjoni tiegħi (li tkun waslet minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallashom?
- F’każ li jkolli bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew waqt li tkun qed tiġi deċiża l-pretensjoni tiegħi, nista’ niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivjaġġar tiegħi? Kif nista’ nagħmel pretensjoni għalihom? Lil min għandi nikkuntattja?
- Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun preżenti personalment?
- Iċ-ċertifikati mediċi, li jingħataw mit-tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi, se jiġu aċċettati jew rikonoxxuti – jew is-saħħa/korriment tiegħi jkun irid jiġi eżaminat mill-esperti mediċi tagħkom stess?
- Se niġi rimborżat(a) għall-ispejjeż tal-ivjaġġar tiegħi, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?
- Kemm tieħu żmien bejn wieħed u ieħor biex nirċievi deċiżjoni dwar kumpens mill-awtorità/korp?
- B’liema lingwa se nirċievi d-deċiżjoni dwar il-pretensjoni tiegħi?
- Jekk ma nkunx sodisfatt/a bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?
- Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) taħt ir-regoli tal-pajjiżi l-ieħor?
- Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi f’dan il-pajjiż li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntiera?
Liema awtorità tiddeċiedi dwar pretensjoni għal kumpens f’każijiet transfruntiera?
Bħala l-awtorità ta’ deċiżjoni, l-Uffiċċju tal-Gvern ta’ Budapest (Budapest Főváros Kormányhivatala) huwa awtorizzat biex jiddeċiedi dwar pretensjonijiet ta’ kumpens li jirċievi mill-Istati Membri l-oħra:
1117 Budapest, Prielle Kornélia u. 4.
+36 1 896 2104
indirizz elettroniku: isz.igazgatosag@bfkh.gov.hu
web: http://www.kormanyhivatal.hu/hu/budapest/hirek/aldozatsegitse-es-jogi-segitsegnyujtas
Nista’ nibgħat il-pretensjoni tiegħi direttament lill-awtorità ta’ deċiżjoni f’dan il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli bżonn ngħaddi mingħand l-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżi)?
Iva.
B’liema lingwa/i l-awtoritajiet li jkunu qed jipprovdu l-kumpens jaċċettaw:
– pretensjoni?
Kwalunkwe lingwa.
– dokumenti ta’ sostenn?
Kwalunkwe lingwa.
Jekk l-awtorità li tkun qed tipprovdi l-kumpens tittraduċi l-pretensjoni/id-dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?
L-Istat Ungeriż
Hemm xi imposti amministrattivi jew imposti oħra li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tal-pretensjoni tiegħi (li tkun waslet minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallashom?
Le, m’hemm l-ebda imposta bħal din li għandha titħallas.
F’każ li jkolli bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew waqt li tkun qed tiġi deċiża l-pretensjoni tiegħi, nista’ niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivjaġġar tiegħi? Kif nista’ nagħmel pretensjoni għalihom? Lil min għandi nikkuntattja?
Ma tistax tiġi rimborżat, peress li l-proċedura ma tirrikjedikx li tkun preżenti personalment.
Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun preżenti personalment?
Iva.
Iċ-ċertifikati mediċi, li jingħataw mit-tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi, se jiġu aċċettati jew rikonoxxuti – jew is-saħħa/korriment tiegħi jkun irid jiġi eżaminat mill-esperti mediċi tagħkom stess?
Naċċettawhom.
Se niġi rimborżat(a) għall-ispejjeż tal-ivjaġġar tiegħi, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?
Le.
Kemm tieħu żmien bejn wieħed u ieħor biex nirċievi deċiżjoni dwar kumpens mill-awtorità/korp?
Waqt il-proċedura, għandha tittieħed deċiżjoni fi żmien massimu ta’ 60 jum.
B’liema lingwa se nirċievi d-deċiżjoni dwar il-pretensjoni tiegħi?
Bl-Ungeriż.
Jekk ma nkunx sodisfatt/a bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?
Deċiżjoni li tingħata fil-prim’istanza hija soġġetta għal appell u l-appell jinstema’ mill-Ministeru tal-Ġustizzja bħala l-korp tat-tieni istanza. Il-proċedimenti amministrattivi jistgħu jitressqu quddiem il-qrati kontra d-deċiżjoni li tingħata mill-Ministeru tal-Ġustizzja fit-tieni istanza.
Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) taħt ir-regoli tal-pajjiżi l-ieħor?
Tista’ tirċievi għajnuna legali fuq il-bażi tal-Att Ungeriż LXXX tal-2003 dwar l-għajnuna legali.
Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi f’dan il-pajjiż li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntiera?
Servizzi biex jgħinuk tiddikjara l-interessi tiegħek huma disponibbli minn kwalunkwe uffiċċju ta’ servizz ta’ appoġġ għall-vittmi, fejn il-konsulenti tal-appoġġ għall-vittmi se jipprovdu assistenza prattika (pereżempju: assistenza biex timla l-applikazzjonijiet, jipprovdu informazzjoni) lill-partijiet interessati. Il-vittmi jistgħu wkoll jirrikorru għal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (pereżempju: Ċirku Abjad (Fehérgyűrű), Għajnuna Battista Ungeriża (Baptista Szeretetszolgálat), eċċ.)
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.