Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż

Olanda

Il-kontenut ipprovdut minn
Olanda

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens f’każijiet transfruntiera?

Il-Fond ta’ Kumpens bħala riżultat ta’ Reati Vjolenti (Schadefonds Geweldmisdrijven)

Indirizz:
Kneuterdijk 1
2514 EM The Hague

Telefon: 070-4142000
Posta elettronika: info@schadefonds.nl

Indirizz postali:
Postbus 71
2501 CB The Hague

Nista’ nibgħat it-talba tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli bżonn ngħaddi mill-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżi)?

Iva.

B’liema lingwa(i) l-awtoritajiet li jkunu qed jipprovdu l-kumpens jaċċettaw:

it-talba?

Kull lingwa li inti tagħżel, iżda preferibbilment l-Olandiż jew l-Ingliż.

dokumenti ta’ sostenn?

Kull lingwa li inti tagħżel, iżda preferibbilment l-Olandiż jew l-Ingliż.

Jekk l-awtorità li tkun qed tipprovdi l-kumpens tittraduċi t-talba/id-dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?

Il-Fond għal Kumpens b’riżultat ta’ Reati Vjolenti

Hemm xi imposti amministrattivi jew imposti oħra li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (li tkun waslet minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallashom?

Le, mhemm ebda spejjeż amministrattivi jew oħrajn għall-ipproċessar tat-talba.

F’każ li jkolli bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew waqt li tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi, nista’ niġi rimborżat/a għall-ispejjeż tal-ivjaġġar tiegħi? Kif nista’ nagħmel talba għalihom? Lil min għandi nikkuntattja?

M’hemmx għalfejn tkun preżenti waqt il-proċedura. Id-deċiżjoni tingħata dejjem bil-miktub u tintbagħtlek bil-posta.

Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun preżenti personalment?

Mhux applikabbli.

Iċ-ċertifikati mediċi, li jingħataw minn tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi, ser jiġu aċċettati jew rikonoxxuti – jew is-saħħa/il-korriment tiegħi jkun irid jiġi eżaminat mill-esperti mediċi tagħkom stess?

L-informazzjoni medika mit-tabib tiegħek normalment tiġi aċċettata mill-Fond għall-Kumpens b’riżultat ta’ Reati Vjolenti u, fejn meħtieġ, tiġi ppreżentata lill-konsulenti mediċi tiegħu stess għal valutazzjoni u parir. Dawn il-konsulenti mediċi ma jwettqux eżamijiet mediċi huma nfushom.

Se niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivjaġġar tiegħi jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?

Mhux applikabbli.

Bejn wieħed u ieħor, kemm jittieħed żmien biex l-awtorità/il-korp t/jiddeċiedi dwar il-kumpens?

Mhux aktar minn 26 ġimgħa, iżda normalment anqas.

B’liema lingwa nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?

Il-lingwa li biha int tissottometti t-talba.

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?

Billi tippreżenta oġġezzjoni mad-dipartiment tal-appelli tal-Fond għal Kumpens b’riżultat ta’ Reati Vjolenti. Id-deċiżjoni dwar it-talba tiegħek se tinkludi informazzjoni dwar il-proċedura għall-kontestazzjoni tagħha.

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) skont ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?

Le.

Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntier?

L-Appoġġ għall-Vittmi fin-Netherlands (Slachtofferhulp Nederland) jista’ jkun ta’ għajnuna għalik. L-Appoġġ għall-Vittmi fin-Netherlands jista’ jiġi kkuntattjat fuq 0900-0101.

L-aħħar aġġornament: 26/10/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.